Nhar il-Ħadd 3 ta’ Lulju, 2011, Festa ta’ San Ġwann Battista, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP se jordna tnax-il saċerdot ġdid (5 djoċesani u 7 reliġjużi) fil-KonKatidral ta’ San Ġwann, il-Belt. Il-funzjoni tibda fis-6.00 ta’ filgħaxija. Dawk li se jiġu ordnati saċerdoti huma:

Carmelo Aquilina O.F.M. Cap. ta’ 43 sena mis-Siġġiewi, Franġiskan Kapuċċin

Stephen Attard ta’ 26 sena mill-Parroċċa ta’ Marija Mtellgħa s-Sema, il-Mosta

Joseph Ciappara O.F.M. mir-Rabat, Franġiskan Minuri

René Antoine Cilia ta’ 25 sena mill-Parroċċa ta’ San Ġorġ, Ħal Qormi

Nicholas Dimech ta’ 25 sena mill-Parroċċa ta’ San Nikola, is-Siġġiewi

Andrew Galea O.F.M. Conv. ta’ 28 sena minn Ħal Qormi, San Bastjan, Franġiskan Konventwali

Stephen Magro ta’ 25 sena mill-Parroċċa tal-Madonna tal-Grazzja, Ħaż-Żabbar

Gerald Mangion S.D.B, minn Ħal-Lija, Salezjan ta’ Don Bosco

Reno Muscat O.P. ta’ 46 sena minn Ħal Qormi, San Ġorġ, Dumnikan

Colin Sammut O.F.M. Conv., mill-Qawra, Franġiskan Konventwali

David Torpiano ta’ 28 sena mill-Parroċċa ta’ San Publju, Floriana

Jeremy Vella S.D.B ta’ 30 sena minn San Ġwann, Salezjan ta’ Don Bosco

Kulħadd huwa mistieden biex jattendi u jitlob għall-qdusija tas-saċerdoti, speċjalment għal dawk li se jiġu ordnati nhar il-Ħadd li ġej.

Ritratt: Photocity, Valletta