Holy Land

Dawk kollha li jemmnu huma misteidna minn madwar id-dinja kollha sabiex jingħaqdu mal-2,000 belt li diġa qed jitħejjew biex jipparteċipaw f’ġurnata ta’ talb għall-paċi fl-Art Imqaddsa. It-tielet Jum Internazzjonali ta’ Interċessjoni għall-Paċi fl-Art Imqaddsa, inizjattiva organizzata minn għadd ta’ assoċjazzjonijiet ta’ żgħażagħ kattoliċi, se jsir bejn id-29 u t-30 ta’ Jannar.

Is-sena li għaddiet, mal-1,103 ibliet minn madwar id-dinja, ingħaqdu mal-Papa Benedittu XVI, mal-Kustodja tal-Art Imqaddsa, Fr Pierbattista Pizzaballa, u mal-Arċisqof Fouad Twal, li huwa l-Patrijarka Latin ta’ Ġerusalemm. Dawn ħadu sehem f’talb għall-paċi.

L-attivita għandha l-appoġġ tal-Kunsill Pontifiċju għall-Ġustizzja u l-Paċi u hi attivita li twieġeb għall-appell għat-talb li sar riċentament mill-Assemblea Speċjali għal-Lvant Nofsani tas-Sinodu tal-Isqfijiet.  L-organizzaturi innutaw li l-attivita hi mod kif wieħed jikkommetti lilu nnifsu u jgħix konkretament ġurnata ta’ talb profound.

L-24 siegħa ta’ talb kontinwu se jibdew f’paralelliżmu mal-5 Talba Straordinarja tal-Knejjes kollha għar-rikonċiljazzjoni, l-unita u l-paċi, liema talba tibda u tipproċedi minn Ġerusalemm, u mal-Ġimgħa ta’ talb għall-Għaqda Nisranija f’Ġerusalemm.  Uħud mill-gruppi fl-organizzazzjoni jinkludu l-Assoċjazzjoni taż-Żgħażagħ fl-Apostolat għall-Ħajja. Individwi u komunitajiet u gruppi huma mistiedna jingħaqdu fit-talb għall-paċi. Wieħed jista’ jissieħeb ukoll fil-grupp FACEBOOK “We Want Peace in the Holy Land 2”.