Arkivji mensili: Jannar 2010

FTUĦ TAŻ-ŻJARA PASTORALI F’ĦAL TARXIEN

Il-Ħadd 17 ta’ Jannar 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP, iċċelebra quddiesa f’Ħal Tarxien bħala ftuħ taż-żjara Pastorali tiegħu f’dan ir-raħal. Fl-omelija li għamel, l-Arċisqof tkellem dwar it-tifsira wara din il-viżta Pastorali u fiehem li kif timplika t-tifsira tal-kelma; ir-rgħaj jżur lill-merħla tiegħu biex jieħu ħsiebhom. L-Arċisqof enfasizza dwar l-importanza li jkun hemm l-unita’ fil-Komunita’, din tgħin billi tagħti s-saħħa meħtieġa biex taffaċċja kull forma ta’ ħażen li jista’ jinqala’… Kompli aqra »

IX-XEWQA U T-TALBA GĦALL-GĦAQDA FOST L-INSARA

Fl-okkażjoni tal-ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda fost l-Insara

Kull sena, bejn it-18 ta’ Jannar u l-25 ta’ Jannar, Festa tal-Konverżjoni tal-Appostlu tal-ġnus, San Pawl, issir ġimgħa ta’ talb intensiv mill-insara biex jingħelbu l-firdiet bejn il-Knejjes u d-denominazzjonijiet insara differenti. Sfortunatament, tul il-medda tas-sekli, il-Knisja għaddiet minn bosta firdiet. Biżżejjed insemmu l-firda tal-Ortodossi fis-Seklu ħdax, u aktar tard, il-firda tal-Protestanti, fis-Seklu Sittax… Kompli aqra »

MESSAĠĠ TAL-PAPA GĦALL-JUM DINJI TAL-MIGRANTI U REFUĠJATI

Pope Benedict XVI

Tema: Migranti f’eta’ bikrija u refuġjati

Għeżież ħuti,

Iċ-ċelebrazzjoni tal-jum dinji tal-Migranti u Refuġjati għal darba oħra jagħtini l-opportunita’ li nesprimi it-tħassib tal-Knisja għal dawk li minħabba raġunijiet differenti jkollhom jesperjenzaw ħajja ta’ emigrazzjoni. Dan il-fenomenu li kif ktibt fl-enċiklika Caritas in Veritate jinkwetana minħabba l-għadd kbir ta’ nies li jinvolvi u minħabba l-problemi soċjali, ekonomiċi, politiċi, kulturali u reliġjużi li joħorġu mill-isfidi drammatiċi li qajjem kemm għall-kommunitajiet nazzjonali kif ukoll internazzjonali… Kompli aqra »

ĠIMGĦA TA’ TALB GĦALL-GĦAQDA FOST L-INSARA

18 – 25 ta’ Jannar 2010

F’dawn l-aħħar mitt sena r-rikonċiljazzjoni bejn l-lnsara ħadet forom differenti. Ħafna enerġija ġiet indirizzata lejn riċerka teoloġika li waslet għal xi ftehim dottrinali. Il-koperazzjoni prattika fis-soċjal bejn il-knejjes tat bidu għal inizjattivi li taw il-frott tagħhom, fosthom fil-missjonijiet. Għalhekk nistgħu ngħidu li l-World Mission Conference ta’ Edinburgh fl-1910 kienet il-bidu tal-Moviment Ekumeniku… Kompli aqra »

18 – 24 ta’ Jannar

It-Tnejn

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja.

5.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-komunita’ tas-Sorijiet Ursolini u t-tfal residenti fid-dar, Ħal Tarxien.

6.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummisjoni Liturġija f’Dar Nażaret, Ħal Tarxien.

7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kunsill Pastorali Parrokjali, Kunsill Ekonomiku Parrokkjali, u Kummissjoni Implimentazzjoni Sinodu f’Dar Nażaret, Ħal Tarxien.

It-Tlieta

9.30 a.m… Kompli aqra »

JUM IL-KARITA’ 2010

17th – 24th January 2010

THE EUCHARIST, CHARITY AND ALMSGIVING

The author of the Book of Kings (2, 4:42-44) narrates the story about one of Elisha’s servants who doubts that 20 loaves of barley is enough to feed 100 people. Elisha, however, trusts the promise of the Lord and overrules his servant. The miracle vindicates Elisha’s trust. The numbers fed are modest in comparison with the feeding of the 5,000 in the Gospel of John! … Kompli aqra »

LAQGĦA TAL-ARCISQOF MAL-ISPIŻJARA

Nhar il-Ħamis, 14 ta’ Jannar 2010, is-Segretarjat għal-Lajċi tal-Arċidjoċesi, bl-għajnuna tal-Kamra tal-Ispiżjara,  organizza laqgħa, li għaliha l-Ispiżjara Maltin kienu mistiedna jiltaqgħu ma’ Monsinjur Arċisqof Pawlu Cremona OP.

Matul il-laqgħa, li fiha ħa sehem ukoll il-Professur Dun Manwel Agius, Dekan tal-Fakultà tat-Teoloġija u Lecturer tal-Morali u Bioetika fl-Università ta’ Malta, l-ispiżjara kellhom l-opportunità li jitkellmu dwar diversi sfidi ta’ natura etika u morali, li jiltaqgħu magħhom waqt il-qadi tal-professjoni tagħhom… Kompli aqra »

IL-PROGRAMM TAL-PAPA GĦAŻ-ŻJARA F’SINAGOGA L-ĦADD LI ĠEJ

Jewish sinagogue in Rome

Waqt iż-żjara li se jagħmel lill-komunita Lhudija ta’ Ruma nhar il-Ħadd li ġej, il-Papa Benedittu XVI se jonora lil iktar minn elf vittma tad-deportazzjoni tan-Nażi fl-1943. Il-programm ngħata fid-dettall f’xandira fuq Radju Vatikan.

L-ewwel waqfa tal-Papa se tkun quddiem il-plakka li tfakkar ir-rejd ordnat fis-16 t’Ottubru 1943 mill-kmandant  Herbert Kappler fuq talba ta’ Berlin. Aktar minn elf Lhudi Roman kien arrestat u deportat lejn Auschwitz fuq dik l-ordni… Kompli aqra »

L-Evanġelizzazzjoni maż-Żgħażagħ 16+

B’lenti fuq il-Pastorali mal-Adolexxenti u ż–Żgħażagħ

Għażiż/a,

Għall-bidu tas-sena ġdida reġa wasal iż-żmien biex nistednukom għar-Raba’ Assemblea Ġenerali b’lenti fuq il-Pastorali mal-Adolexxenti u ż-Żgħażagħ, li ser issir nhar is-Sibt 23 ta’ Jannar 2010, fejn sejrin napprofondixxu it-tema:

L-Evanġelizzazzjoni maż–Żgħażagħ 16+: Sfida, Opportunità u Mixja

Id-dettalji kollha loġistiċi flimkien ma’ punti dwar il-ħsieb wara din l-Assemblea u t-tema marbuta magħha, tistgħu ssibuhom fiż-żewġ komunikazzjonijiet li għandkom tirċievu ma’ din l-ittra… Kompli aqra »

FOND TAL-CARITAS GĦALL-VITTMI TA’ HAITI

Il-Caritas Malta fetħet fond jiex jinġabru flus b’risq il-vittmi tat-terremot ta’ Haiti u l-familji tagħhom.

Il-fond tnieda bl-approvazzjoni tal-Arċisqof ta’ Malta Pawlu Cremona OP u l-Isqof ta’ Għawdex Mario Grech, li appellaw għall-ġenerożita biex tingħata l-għajnuna kollha possibbli lil dawk li qed ibatu minħabba l-konsegwenzi tat-terremot.

Id-donazzjonijiet jistgħu jingħataw lill-kappillani ta’ Malta u Għawdex jew jintbagħtu direttament lill-Caritas permezz ta’ ċekk pagabbli lil ‘Caritas Haiti Fund’, fl-indirizz: Caritas Malta, 5, Triq l-Iljun, Floriana FRN 1514… Kompli aqra »