Arkivji mensili: Marzu 2010

L-Evanġelu tal-Jum – 27 ta’ Marzu

Ġwanni 11,45-56

Ħafna mil-Lhud, li kienu ġew għand Marija u raw dak li għamel Ġesù, emmnu fih. Imma xi wħud minnhom marru għand il-Fariżej u qalulhom x’kien għamel Ġesù. Għalhekk il-qassisin il-kbar u l-Fariżej laqqgħu s-Sinedriju u qalu: “X’sejrin nagħmlu? Għax dan il-bniedem qiegħed jagħmel ħafna sinjali. Jekk inħalluh sejjer hekk, kulħadd jemmen fih, u jiġu r-Rumani, u jeqirdulna kemm it-tempju u kemm il-ġens tagħna.” Imma wieħed minnhom, Kajfa, li kien il-qassis il-kbir dik is-sena, qalilhom: “Intom ma tafu xejn… Kompli aqra »

MĦABBRA L-BANDS U L-ARTISTI LI SE JIEĦDU SEHEM FIL-LAQGĦA TAL-PAPA MAŻ-ŻGĦAŻAGĦ

Nhar il-Ġimgħa, 26 ta’ Marzu, 2010, waqt konferenza stampa li ġiet mogħtija ġewwa l-MCAST, Raħal Ġdid, tħabbru l-bands, kantanti u żeffiena li se jieħdu sehem fil-laqgħa tal-Papa Benedittu XVI maż–żgħażagħ, nhar it-18 ta’ April. Il-kunċert mal-Papa jibda’ fis 2.15pm u dawk li ġew magħżula se jkollhom l-opportunita’ juru t-talenti tagħhom fuq skala internazzjonali.

Mit-18-il band li applikaw mal-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ (KDŻ) sabiex jieħdu sehem, ġew magħżula 10… Kompli aqra »

Riflessjoni għal Jum id-Duluri

O Marija, Omm wisq maħbuba tagħna,

int li toqgħod qrib is-slaleb tagħna

bħalma bqajt ħdejn is-salib ta’ Ġesù,

qawwi l-fidi tagħna sabiex, anki jekk mifluġa bid-dulur,

inżommu fissa l-ħarsa tagħna fuq il-wiċċ ta’ Kristu

li fih, fit-tbatija estrema tas-salib,

dehret l-imħabba kbira u safja ta’ Alla.

Omm tat-tama tagħna, agħtina l-għajnejn tiegħek biex,

lil hinn mit-tbatija u l-mewt, naraw id-dawl tal-qawmien;

agħtina l-qalb tiegħek biex inkomplu,

anki fil-mument tal-prova, inħobbu u naqdu… Kompli aqra »

CARITAS MALTA TIĠBOR €270,391 GĦALL-VITTMI TA’ ĦAITI

L-ammont miġbur minn Caritas Malta għal dawk milquta mit-terremot f’Haiti laħaq €270,391. Dwar din is-somma, Caritas Malta qalet li l-poplu Malti qatt ma jieqaf jissorprendi fil-ġenerożita tiegħu. Il-ġabra għall-fondi issa ngħalqet b’dan l-ammont jiġi trasferit  lill-Caritas Internationalis. Aktar informazzjoni dwar il-missjoni ta’ din l-organizzazzjoni ġewwa Haiti jinstab fuq is-sit www.caritas.org

Il-ġbir ta’ fondi beda fl-14 ta’ Jannar, 2010, wara t-terremoti li seħħ fit-12 ta’ Jannar… Kompli aqra »

L-Evanġelu tal-Jum – 26 ta’ Marzu

Ġwanni 10,31-42

Il-Lhud reġgħu qabdu l-ġebel biex iħaġġruh. Imma Ġesù qalilhom: “Kien hemm ħafna għemejjel tajba li jiena wrejtkom mingħand il-Missier; għal liema għemil minnhom tridu tħaġġruni?” Weġbuh il-Lhud: “Mhux għal xi għemil tajjeb irridu nħaġġruk, iżda minħabba d-dagħwa li dgħajt, u għax int, li m’intix ħlief bniedem, qiegħed tagħmel lilek innifsek Alla.” Qalilhom Ġesù: “Fil-Liġi tagħkom ma hemmx miktub, ‘Jiena għedt: Intom allat’? … Kompli aqra »

IL-PRESIDENT TA’ MALTA F’INTERVISTA MAL-AĠENZIJA TAL-AĦBARIJIET ZENIT

Dr George Abela

Il-President ta’ Malta George Abela qal li ż-żjara tal-Papa Benedittu XVI bejn is-17 u t-18 ta’ April li ġej f’Malta qed tispira ħafna tamiet fost il-poplu Malti. Il-President Abela qal dan f’intervista mal-Aġenzija tal-Aħbarijiet Kattolika ZENIT. Huwa tkellem dwar il-vjaġġ li l-Papa se jagħmel f’Malta biex ifakkar l-1950 anniversarju min-nawfraġju ta’ San Pawl. Fl-intervista huwa ddiskuta wkoll l-għeruq insara ta’ Malta u l-Ewropa in ġenerali, il-problema tal-Immigrazzjoni, is-sentenza tal-Qorti dwar il-kurċifisi fl-iskejjel u kwistjonijiet oħra li ffaċċjat Malta, pajjiż b’maġġoranza kattolika… Kompli aqra »

L-Evangelu tal-Jum – 25 ta’ Marzu

Luqa 1,26-38

Mbagħad fis-sitt xahar Alla bagħat l-anġlu Gabrijel f’belt tal-Galilija, jisimha Nazaret, għand xebba, mgħarrsa ma’ raġel jismu Ġużeppi mid-dar ta’ David. Dix-xebba kien jisimha Marija. L-anġlu daħal għandha u qalilha: “Sliem għalik, mimlija bil-grazzja, il-Mulej miegħek.” Hi tħawwdet ħafna għal dan il-kliem, u bdiet taħseb bejnha u bejn ruħha x’setgħet qatt tfisser din it-tislima. Iżda l-anġlu qalilha: “Tibżax, Marija, għax inti sibt grazzja quddiem Alla… Kompli aqra »

QUDDIESA BIEX JITFAKKAR L-ANNIVERSARJU MILL-MEWT TAL-PAPA ĠWANNI PAWLU II

Pope John Paul II

Il-Papa Benedittu XVI l-ġimgħa d-dieħla se jippresiedi quddiesa biex ifakkar il-ħames anniversarju mill-mewt tal-Papa predeċessur tiegħu, Ġwanni Pawlu II. Il-quddiesa se ssir fid-29 ta’ Marzu minflok fil-jum propju li jfakkar il-mewt tiegħu. Dan minħabba li t-2 t’April se jaħbat jum il-Ġimgħa l-Kbira.

Matul it-talb tal-fidili f’din il-quddiesa, se ssir talba bil-Pollakk “għall-Venerabbli Ġwanni Pawlu II li serva lill-Knisja b’kull sforz li kellu…biex mis-sema huwa jinterċedi fit-tixrid tat-tama realizzata bis-sehem sħiħ fil-glorja tal-qawmien”… Kompli aqra »

L-UŻU TAS-SIĠAR TAL-PALM MATUL IL-ĠIMGĦA MQADDSA

Now that the Holy Week celebrations are soon with us, Nature Trust (Malta) and the Kummissjoni Interdjocesana Ambjent (Environment Commission) would like to appeal to all churches and parishes especially to those parishes that organise the passion processions on Good Friday to refrain from using entire olive trees in this holy event.

The olive tree is an ecologically and economically important indigenous tree which reaches maturity only after a couple of years… Kompli aqra »