Arkivji mensili: Marzu 2010

L-Evangelu tal-Jum – 24 ta’Marzu

Ġwanni 8,31-42

Ġesù qal lil-Lhud li emmnu fih: “Jekk iżżommu fil-kelma tiegħi, tkunu tassew dixxipli tiegħi, u tagħrfu l-verità u l-verità teħliskom.” Qalulu: “Aħna nisel Abraham, u qatt ma konna lsiera ta’ ħadd. Kif tiġi tgħidilna li nkunu ħielsa?” Weġibhom Ġesù: “Tassew tassew ngħidilkom, li kull min jagħmel id-dnub huwa lsir tad-dnub. U l-ilsir ma jibqax fil-familja għal dejjem; imma l-iben għal dejjem jibqa’… Kompli aqra »

IL-FOKOLARI SE JKOLLHOM L-EWWEL MEMBRU BEATIFIKATA

Chiara Badano

Il-Moviment lajk kattoliku tal-Fokolari se jkollu daqt l-ewwel membru beatifikata. Chiara Badano, li mietet 20 sena ilu meta kienet għadha fl-adoloxxenza, se tkun beatifikata fil-25 ta’ Settembru li ġej. Dan tħabbar mill-Isqof Pier Giorgio Michiardi ta’ Acqui, l-Italja, li huwa l-Prefett tal-Kongregazzjoni għall-Kawżi tal-Qaddisin, hu li se jkun qed jippresiedi ċ-ċerimonja.

Żgħażagħ tal-Moviment tal-Fokolari se jkunu qed jiċċelebraw dakinhar il-beatifikazzjoni fl-Awla Pawlu VI… Kompli aqra »

DETTALJI DWAR IL-QUDDIESA ĊĊELEBRATA MILL-PAPA FUQ IL-FOSOS TAL-FLORIANA

Nhar it-Tlieta, 23 ta’ Marzu, 2010, ġiet mogħtija konferenza tal-aħbarijiet  mil-Kumitati Organiżżattivi. Dettalji dwar il-Quddiesa li se tiġi ċċelebrata mill-QT il-Papa Benedittu XVI, fuq il-Fosos tal-Floriana, nhar il-Hadd 18 ta’ April, 2010, ġew mogħtija.

Mons. Charles Cordina, Ko-Ordinatur tal-Kumitat Organiżżattiv Interdjoċesan qal li bħal fi żjarat oħra li għamel il-QT il-Papa Benedittu XVI, l-attivita’ prinċipali tkun dik taċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa.  … Kompli aqra »

L-Evangelu tal-Jum – 23 ta’ Marzu

Ġwanni 8,21-30

U raġa’ qalilhom: “Jiena mmur, u intom għad tfittxuni, imma għad tmutu fid-dnub tagħkom. Fejn sejjer jien intom ma tistgħux tiġu.” Qalu l-Lhud: “Jaqaw se jneħħi ħajtu b’idejh dan? Għax qal li ‘Fejn sejjer jien intom ma tistgħux tiġu.’?” Ġesù qalilhom: “Intom minn hawn isfel, u jiena ġej minn hemm fuq. Intom nies ta’ din id-dinja, imma jien m’iniex ta’ din id-dinja… Kompli aqra »

IL-KARDINAL BERTONE: “SAN BENEDITTU DAWL GĦALL-EWROPA”

Kompli aqra »Cardinal Tarcisio Bertone “L-Ewropa qed tipprova tfittex l-identita tagħha. Biex toħloq għaqda ġdida u dejjiema, għodda legali, politiċi u ekonomiċi  huma ferm importanti, imma tiġdid etiku u spiritwali għandu jsib postu fil-proċess li jkun ispirat mill-għeruq insara tal-Kontinent”. Dan qalu l-Kardinal Tarcisio Bertone, Segretarju tal-Istat tal-Vatikan li kien f’Montecassino għaċ-ċelebrazzjoni ta’ San Benedittu. Skont il-Kardinal, “anki llum, it-tagħlim ta’ San Benedittu hu dawl għal triqitna”…

L-Evanġelu tal-Jum – 22 ta’ Marzu

Ġwanni 8,12-20

Mill-ġdid Ġesù qabad ikellimhom u jgħidilhom: “Jiena d-dawl tad-dinja. Min jiġi warajja ma jimxix fid-dlam, iżda jkollu d-dawl tal-ħajja.” Qalulu l-Fariżej: “Qiegħed tixhed int għalik innifsek; mela x-xhieda tiegħek m’hix minnha.” Weġibhom Ġesù: “U wkoll kieku kelli nixhed jien għalija nnifsi, ix-xhieda tiegħi kienet tgħodd, għax jiena naf minn fejn ġej u fejn sejjer. Imma intom ma tafux minn fejn jien ġej jew fejn sejjer… Kompli aqra »

22 – 28 ta’ Marzu

It-Tnejn

10.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja.

4.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill Finanzjarju Djoċesan fil-Kurja.

It-Tlieta

7.30 a.m. L-Arċisqof iżur il-Junior College, Imsida, fejn jiċċelebra Quddiesa u wara jiltaqa’ mal-istaff u l-istudenti.

6.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-anniversarju tal-mitt sena mit-twaqqif tal-Oratorju San Duminku Savio, Birkirkara.

L-Erbgħa

10.00 a.m… Kompli aqra »

L-Evanġelu tal-Jum – 21 ta’ Marzu

Ġwanni 8,1-11

Ġesù telaq lejn l-Għolja taż-Żebbuġ. Imma l-għada qabel is-sebħ raġa’ mar fit-tempju, u l-poplu kollu ġie ħdejh, u hu qagħad bilqiegħda jgħallimhom. Mbagħad il-kittieba u l-Fariżej ħadulu quddiemu waħda mara li kienet inqabdet fl-adulterju. Huma qegħduha fin-nofs u qalulu: “Mgħallem, din il-mara nqabdet fil-fatt fl-adulterju. Issa fil-Liġi tagħna Mosè ordnalna biex nisa bħal dawn inħaġġruhom. Int, imma, xi tgħid?” Dan qaluhulu biex iġarrbuh, ħalli jkollhom fuqiex jixluh… Kompli aqra »

F’ITTRA PASTORALI LILL-KATTOLIĊI IRLANDIŻI, IL-PAPA JITLOB APOLOĠIJA LILL-VITTMI TAL-PEDOFELIJA MINN SAĊERDOTI

Pope Benedict XVI

Il-Papa Benedittu 16 talab apoloġija lill-vittmi ta’ abbużi sesswali mwettqa minn saċerdoti kattoliċi fl-Irlanda. F’ittra pastorali li għaddiet għand l-Isqfijiet Iralndiżi biex tinqara lill-kattoliċi fil-knejjes kollha għada, il-Papa irrikonoxxa s-sens ta’ ċaħda mill-Knisja li jħossu l-vittmi u l-familji tagħhom. Il-Papa qal li saru żbalji serji ukoll fost l-Isqfijiet fil-mod kif twieġbu l-allegazzjonijiet ta’ pedofelija.

L-Ittra Pastorali qed jingħad li hi l-ewwel stqarrija pubblika uffiċjali mill-Vatikan f’sekli sħaħ dwar l-abbużi sesswali tat-tfal… Kompli aqra »