Arkivji mensili: Ottubru 2010

Il-Vanġelu tal-Jum – 25 ta’ Ottubru

Luqa 13, 10-17

Darba s-Sibt kien qiegħed jgħallem f’waħda mis-sinagogi. U kien hemm mara li kienet ilha tmintax-il sena bi spirtu li kien imarradha; kienet milwija ħafna, u ma kinitx tista’ tieqaf dritta għalkollox. Kif raha Ġesù sejjħilha u qalilha: “Mara, inti meħlusa mill-mard tiegħek.” U qegħdilha idejh fuqha, u minnufih waqfet dritta u bdiet tfaħħar lil Alla… Kompli aqra »

25 – 31 ta’ Ottubru

It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.

5.00 p.m. L-Arċisqof iżur il-fergħa tal-MUSEUM tal-bniet, Mosta, fejn qed jagħmel iż-żjara pastorali.

6.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kummissjoni Djakonija, fil-Mosta.

7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Kateketika u mal-Katekisti tal-istess Parroċċa.

It-Tlieta

4.30 p.m. L-Arċisqof iżur il-komunita’ tas-sorijiet Franġiskani fil-Mosta.

6.00 p.m… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 24 ta’ Ottubru

Luqa 18, 9-14

Kien hemm uħud li kienu jafdaw fihom infushom li huma ġusti u kienu jmaqdru lill-oħrajn. Ġesù qalilhom din il-parabbola: “Żewġt irġiel, wieħed Fariżew u l-ieħor pubblikan, telgħu fit-tempju biex jitolbu. Il-Fariżew, wieqaf, talab hekk f’qalbu, ‘O Alla, niżżik ħajr li m’iniex bħall-bqija tal-bnedmin, ħalliela, inġusti, żienja, jew ukoll bħal dan il-pubblikan. Jiena nsum darbtejn fil-ġimgħa u nħallas l-għexur ta’ kull ma ndaħħal.’ Iżda l-pubblikan, bilwieqfa fil-bogħod anqas biss ried jerfa’ għajnejh lejn is-sema, imma beda jħabbat fuq sidru u jgħid: ‘O Alla, ħenn għalija, għax jien midneb!’Ngħidilkom jien li dan, u mhux l-ieħor, niżel id-dar iġġustifikat… Kompli aqra »

IL-PAPA F’LAQGĦA MAL-PRESIDENT TAL-PARLAMENT EWROPEW

2010

“Din hija s-Sena Ewropea kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali. Din iż-żjara hi rikonoxximent tal-irwol important ital-Knisja Kattolika fil-ġlieda kontra dawn iż-żewġ elementi”. Dan hu l-mod kif il-President tal-Parlament Ewropew, Jerzy Buzek, ikkummenta waqt li kkonferma l-udjenza private li se jkollu mal-Papa Benedittu XVI nhar it-Tnejn 25 ta’ Ottubru fil-Vatikan.

“Il-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali teħtieġ sħubija bejn il-partijiet kollha involuti”, kompla Buzek.  … Kompli aqra »

SEMINAR DWAR IĊ-CHARTER TAD-DRITTIJIET TAL-FAMILJA

Nhar il-Ġimgħa, 23 ta’ Ottubru, 2010 tfakkar is-27 anniversarju minn meta s-Santa Sede ppreżentat ic-Charter tad-Drittijiet tal-Familja.

Waqt konferenza organizzata mill-ProġettImpenn, fl-Istitut Kattolika, Floriana, il-kelliem ewlieni, Fr Rene’ Camilleri,  saħaq li m’hemm l-ebda dubju li llum, 27 sena wara, ic-Charter għadu jagħmel sens; imma mistoqsija li ssewgi hi jekk dan ic-Charter hux rimedju għal dak li llum qed jinkwetana fejn jidħlu żwieġ u familja… Kompli aqra »

PROKREAZZJONI ASSISTITA – KOLLOX LEĊITU?

Il-Kumitat Parlamentari Magħżul tal-Kamra tad-Deputati dwar il-Prokreazzjoni Medikament Assistita dil-ġimgħa ppreżenta Rapport li mal-ewwel daqqa t’għajn jidher li hu pass ’il quddiem fid-direzzjoni t-tajba. Il-Kumitat kien taħt it-tmexxija tal-Membru Parlamentari Dr Jean Pierre Farrugia.

Ngħiduha kif inhi, kien il-waqt li fil-pajjiż ikollna xi forma ta’ regolamentazzjoni f’dan is-settur. Qabel xejn, biex ikunu delineati l-parametri li fihom il-professjonisti tagħna jkunu jistgħu joperaw, u t-tieni, biex ikun żgurat l-aqwa servizz mediku f’dan il-qasam sofistikat… Kompli aqra »

FESTA TAL-MADONNA TA’ SAN LUQA – KATIDRAL TAL-IMDINA

Mit-Tnejn 25 sal-Ġimgħa 29 ta’ Ottubru ser isiru żjajjar lill-familji tal-Imdina mill-membri tal-Kapitlu Metropolitan.

Il-Ġimgħa 29 ta’ Ottubru ser ssir Siegħa Marjana fil-Katidral tal-Imdina fis-6.30pm (wara l-Quddiesa tas-6.00pm) bil-parteċipazzjoni tal-membri kollha tal-Leġjun ta’ Marija, tal-Moviment Marjan, tal-Kultura Marjana u tat-Terzordni Karmelitan.

Il-Ħadd 31 ta’ Ottubru fil-Katidral tal-Imdina jingħad ir-rużarju quddiem Ġesù Sagramentat espost fil-5.15pm u fis-6.00pm tibda Konċelebrazzjoni solenni li għaliha huma mistiedna speċjali l-koppji kollha li żżewġu fil-Katidral… Kompli aqra »

MESSAĠĠ F’JUM L-ORDINAZZJONI TA’ SEBA’ DJAKNI

Ħuti,

tafu li s-sagramenti huma sinjali li jidhru u li permezz tagħhom tingħata grazzja speċjali.Għandna ħames sagramenti li jagħtuna grazzja personali; erba’ sagramenti ngħidulhom ta’ l-inizzjazzjoni, tal-bidu: Magħmudija, Griżma ta’ l-Isqof jew Konfirmazzjoni, Qrar u Tqarbin u għandna s-sagrament tal-Morda li jiġi mogħti f’mument partikolari, f’mument ta’ tbatija tal-persuna. Imbagħad għandna żewġ sagramenti oħrajn li huma sagramenti li min jirċevihom, jirċevihom direttament għall-qadi tal-komunita’ nisranija… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 23 ta’ Ottubru

Luqa 13, 1-9

Dak il-ħin stess ġew xi wħud u qalulu b’dawk il-Galilin li Pilatu kien ħallat demmhom mad-demm tal-vittmi tas-sagrifiċċji tagħhom. U Ġesù qabad u qalilhom: “Taħsbu intom li dawn il-Galilin kienu iżjed midinbin mill-Galilin l-oħra biex sofrew dan kollu? Le, ngħidilkom; imma jekk ma tindmux, ilkoll tintilfu bħalhom. Jew dawk it-tmintax-il ruħ li fuqhom waqa’ t-torri ta’ Silwam u qatilhom, taħsbu intom li kienu iżjed ħatja min-nies l-oħra ta’ Ġerusalemm? … Kompli aqra »

L-ARĊISQOF IŻUR ID-DIPARTIMENT TAL-ARTIJIET

Nhar il-Ġimgħa, 22 ta’ Ottubru, 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona żar id-Dipartiment tal-Artijiet. Is-Segretarju Parlamentari għal Negozji Żgħar u Artijiet, l-Onor. Jason Azzopardi laqa’ lill-Arċisqof Pawlu Cremona fil-Berġa tal-Baviera, l-Belt Valletta.

F’kelmtejn tal-okkażjoni, l-Onor. Azzopardi qal li Mons. Pawl Cremona huwa l-ewwel Arċisqof li żar dan il-bini kemm ilu jilqa’ fih id-Dipartiment tal-Proprjeta’ tal-Gvern. Huwa feraħ lill-Arċisqof li laqa’ l-istedina tiegħu biex jiċċelebra Quddiesa għall-ħaddiema tal-Government Property Division (GPD)… Kompli aqra »