Arkivji mensili: Ottubru 2010

WIRJA TAL-ARTI F’KASTILJA B’RISQ IL-CARITAS MALTA

Il-Caritas Malta qed torganizza Wirja tal-Arti fil-Berġa ta’ Kastilja bil-partecipazzjoni tal-artisti ewlenin John Martin Borg, Celia Borg Cardona, Anton Calleja u Andrew Diacono. Il-Prim Ministru Dr. Lawrence Gonzi ser jinawgura l-wirja nhar l-Erbgħa, 27 ta’ Ottubru 2010. Il-Wirja tkun miftuħa għall-pubbliku kuljum mill-4.00 p.m. sat-8.00 p.m. sas-Sibt, 30 ta’ Ottubru, 2010. Is-Sibt tkun miftuha wkoll filgħodu.

L-artisti, li esegwew ix-xogħolijiet tagħhom speċifikament biex jinbiegħu f’din il-wirja, ser jagħtu parti mill-qligħ tagħom lill-Caritas Malta biex jikkontribwixxu lejn l-ispejjeż li din l-organizzazzjoni tagħmel biex tagħti servizzi b’xejn lil persuni f’diffikultà… Kompli aqra »

IS-SINODU TA’ LVANT NOFSANI B’41 PROPOSTA LILL-PAPA

Middle East

Il-ħidma tas-Sinodu ta’ Lvant Nofsani hi ffukata fuq 41 proposta, li wara reviżjonijiet, se jkunu preżentati lill-Papa s-Sibt. Fost il-ħafna suġġetti hemm id-djalogu ekumeniku, id-djalogu inter-reliġjuż mal-Musulmani u l-Lhud u l-preżenza tal-insara fi Lvant Nofsani. Dwar dan l-għan tal-aħħar, il-missirijiet tal-Knisja kienu qed jenfasizzaw id-dmir lejn protezzjoni tal-identita tal-knejjes kattoliċi ta’ Lvant sabiex tkun ri-inforzata l-komunjoni fi ħdan il-Knisja Kattolika, fost l-Isqfijiet, il-kleru u l-fidili u ma’ Knejjes u komunitajiet ekkleżjali oħra… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 22 ta’ Ottubru

Luqa 12, 54-59

Lin-nies qalilhom ukoll: “Meta taraw sħaba tielgħa mill-punent, malajr tgħidu li tkun ġejja x-xita; u hekk jiġri. U meta jonfoħ ir-riħ isfel, tgħidu li sħana se tagħmel; u tagħmel tassew. Uċuħ b’oħra, tafu taqraw wiċċ is-sema, u wiċċ l-art ukoll; mela ż-żmien ta’ issa kif ma tafux tfissruh?” “U għala ma tiġġudikawx intom stess x’inhu s-sewwa? … Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 21 ta’ Ottubru

Luqa 12, 49-53

“Nar ġejt inqiegħed fuq l-art, u kemm nixtieq li diġà qabad! Iżda hemm magħmudija li biha għandi nitgħammed, u x’diqa għandi sa ma dan iseħħ!  Taħsbu intom li jien ġejt inġib il-paċi fid-dinja? Le, ngħidilkom, imma l-firda; għax mil-lum ‘il quddiem ħamsa minn nies f’dar waħda jkunu mifruda bejniethom, tlieta kontra tnejn u tnejn kontra tlieta;  jinfirdu l-missier kontra  l-iben u l-iben kontra l-missier, l-omm kontra l-bint u l-bint kontra l-omm, omm ir-raġel kontra mart binha u mart l-iben kontra omm żewġha.” Kompli aqra »

IL-PAPA JINNOMINA 24 KARDINAL ĠDID. KONĊISTORJU SKEDAT GĦALL-20 TA’ NOVEMBRU

New Cardinals on Nov 20

Il-Papa Benedittu XVI ħabbar l-ismijiet ta’ 24 Isqof li se jsiru Kardinali, 20 minnhom jikkwalifikaw għal eletturi fil-każ ta’ konklavi għall-ħatra ta’ Papa ġdid. Il-Papa ħabbar dan fi tmiem l-udjenza ġenerali ta’ din il-ġimgħa. L-24 se jsiru kardinali f’konċistorju fl-20 ta’ Novembru, lejliet is-solennita ta’ Kristu Sultan. Dan se jkun it-tielet konċistorju s’issa fil-pontifikat ta’ Benedittu XVI. Iż-żewġ konċistorji li saru s’isa kienu fl-24 ta’ Marzu 2006 u fl-24 ta’ Novembru 2007… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 20 ta’ Ottubru

Luqa 12, 39-48

Kunu afu dan, li kieku sid id-dar kellu jkun jaf xħin ikun ġej il-ħalliel ma kienx se jħalli min jinfidlu l-ħajt ta’ daru. Mela kunu lesti intom ukoll, għax qatt ma tistgħu tobsru s-siegħa li fiha jiġi Bin il-bniedem.” “Mulej,” qallu Pietru, “din il-parabbola qiegħed tgħidha għalina, jew għal kulħadd?” Wieġbu l-Mulej: “Int min tgħid li hu l-qaddej fidil u għaqli? … Kompli aqra »

IL-PAPA JGĦID LI L-FUTUR JEĦTIEĠ LIS-SAĊERDOTI

Ordination of priests

F’ittra lis-seminaristi, il-Papa Benedittu XVI afferma li s-saċerdozju mhuwiex xi ħaġa tal-pasat, imma hu meħtieġ ħafna għall-futur, għax in-nies dejjem jeħtieġu tali Ministri sabiex iqarrbuhom lejn Alla. F’messaġġ ippubblikat it-Tlieta, li iżda nkiteb għall-okkażjoni t’għeluq is-Sena ddedikata lis-Saċerdoti, f’Ġunju li għadda, il-Papa fakkar konverżazzjoni li kellu ma’ kmandant militari fl-1944. Irrakkonta li hu u sħabu kienu mistoqsija x’bi ħsiebhom jagħmlu fil-futur u li hu wieġeb li xtaq isir saċerdot… Kompli aqra »

FTUĦ TAŻ-ŻJARA PASTORALI FIL-MOSTA

Nhar is-Sibt, 16 ta’ Ottubru, 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iċċlebra Quddiesa fil-ftuħ taż-żjara Pastorali fil-Parroċċa tal-Mosta. L-Arċisqof inkorpora l-qari tan-nota pastorali dwar iż-Żwieġ u l-Familja mal-omelija speċjali li jagħmel fl-okkażjoni ta’ kull Żjara Pastorali.

L-Arċisqof ħa l-opportunita’ li jfakkar lil dawk kollha preżenti li parroċċa tfisser li l-membri jkunu magħquda flimkien, b’hekk biss tista’ tinbena parroċċa b’saħħitha mibnija fuq il-veri valuri nsara… Kompli aqra »

IĊ-CHARTER TAL-FAMILJA – 27 SENA WARA

Fit-23 ta’ Ottubru 1983, sentejn biss wara li l-Papa Ġwanni Pawlu II xandar il-Familiaris Consortio, il-Kummissjoni Pontifiċja tal-Familja fis-Santa Sede, nediet iċ-‘Charter tad-drittijiet tal-Familja. Dan id-dokument hekk importanti, jiġbor fih id-drittijiet fundamentali li huma l-qalba ta’ dak kollu li hu naturali u universali f’soċjetà li nsejħu l-familja, u jipprovdi lill-gvernijiet b’qafas għal-leġiżlazzjoni dwar il- familja.

Dan id-dokument ta’ 12-il artiklu, jiddefinixxi x’inhuma d-drittijiet fundamentali ta’ kull familja, kemm jekk nisranija jew le… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 19 ta’ Ottubru

Luqa 12, 35-38

“Żommu ġenbejkom imħażżma u l-imsiebaħ tagħkom mixgħula;  kunu bħal nies jistennew lil sidhom lura mill-festa tat-tieġ, biex malli jiġi u jħabbat jiftħulu minnufih.  Henjin dawk il-qaddejja li meta jiġi sidhom isibhom jishru! Tassew ngħidilkom, li hu jitħażżem, iqegħedhom madwar il-mejda, u jgħaddi quddiemhom iservihom.  U kieku kellu jiġi fil-ħin tat-tieni sahra, jew tat-tielet, u jsibhom xorta waħda fuq dmirhom, henjin huma! … Kompli aqra »