Arkivji mensili: Ottubru 2010

L-ARĊISQOF JORDNA SEBA’ DJAKNI

Nhar il-Ħadd, 17 ta’ Ottubru, 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ippresieda l-Ordinazzjoni għad-Djakonat ta’ seba’ seminaristi, fil-Katidral tal-iMdina.

Il-messaġġ tal-Arċisqof fiċ-ċelebrazzjoni tad-Djakonat:

Ħuti,

tafu li s-sagramenti huma sinjali li jidhru u li permezz tagħhom tingħata grazzja speċjali.Għandna ħames sagramenti li jagħtuna grazzja personali; erba’ sagramenti ngħidulhom ta’ l-inizzjazzjoni, tal-bidu: Magħmudija, Griżma ta’ l-Isqof jew Konfirmazzjoni, Qrar u Tqarbin u għandna s-sagrament tal-Morda li jiġi mogħti f’mument partikolari, f’mument ta’ tbatija tal-persuna… Kompli aqra »

L-EWWEL QADDISA AWSTRALJANA

Australians at the Vatican ceremony

Il-Papa Benedittu Sittax iddikjara bħala l-ewwel qaddisa Awstraljana lis-soru mwielda f’Melbourne, Sister Mary MacKillop.   Eluf ta’ pellegrini Awstraljani kienu preżenti għaċ-ċerimonja  fi Pjazza San Pietru fil-Vatikan.

Hija twieldet fis-sena 1842 u mietet fis-sena 1909. Fl-1867 MacKillop saret l-ewwel soru u ftit wara Madre Superjura tal-Ordni l-ġdida tas-Sorijiet ta’ San Ġużepp.  Din kienet l-ewwel ordni reliġjuża mwaqqfa minn Awstraljana biex jedukaw it-tfal fqar… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 18 ta’ Ottubru

Luqa 10, 1-9

Wara dan, il-Mulej għażel tnejn u sebgħin oħra u bagħathom tnejn tnejn qablu f’kull belt u post fejn kien se jmur hu. U qalilhom: “Il-ħsad huwa kbir, imma l-ħaddiema ftit. Itolbu mela lil Sid il-ħsad biex jibgħat ħaddiema għall-ħsad tiegħu. Morru! Araw, qiegħed nibgħatkom bħal ħrief qalb l-ilpup. Teħdux magħkom la but, la ħorġa u lanqas qrieq, u fit-triq issellmu lil ħadd… Kompli aqra »

KAPPILLAN ĠDID F’TA’ XBIEX

Patri Wistin Vella ocd se jkun il-kappillan il-ġdid għall-parroċċa f’Ta’ Xbiex b’effett minn nhar it-Tlieta, 23 ta’ Novembru, 2010. Dakinhar, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP se jippresiedi Quddiesa kkonċelebrata li tibda fis-6.00 p.m.

Imwieled il-Mellieħa, Patri Wistin Vella daħal mal-Karmelitani Tereżjani bħala aspirant fil-kunvent Santa Tereża f’Bormla. Il-formazzjoni tiegħu rċeviha hawn Malta, l-Ingilterra u l-Italja. Ġie ordnat saċerdot fil-15 ta’ Marzu, 1975. Kien surmast tal-aspiranti u tal-istudenti f’Malta u fit-Tajwan; kien superjur lokali f’Bormla, f’Tas-Silg u fit-Tajwan; u kien chaplain f’dar tal-anzjani… Kompli aqra »

18 – 24 ta’ Ottubru

It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.

4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-seminaristi, individwalment, jiċċelebra Quddiesa u joqgħod magħhom għall-ikel, fis-Seminarju t’tal-Virtu’.

It-Tlieta

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Konferenza Episkopali fil-Kurja.

5.00 p.m. L-Arċisqof iżur il-komunita’ tas-sorijiet Agostinjani fil-Mosta bħala parti miż-żjara pastorali f’din il-parroċċa.

6.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ persuni mil-Mosta li jkunu jixtiequ jkelmuh… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 17 ta’ Ottubru u Kelma għall-Ħajja

Agħfas hawn biex tara l-iktar edizjoni ricenti tal-programm ‘Kelma għall-Ħajja’.


Luke 18, 1-8

Mbagħad qalilhom parabbola biex jurihom li għandhom dejjem jitolbu bla ma jaqtgħu. Qalilhom: “Kien hemm f’belt wieħed imħallef, li la kien jibża’ minn Alla u lanqas iħabbel rasu minn ħadd… Kompli aqra »

IŻ-ŻWIEĠ U L-FAMILJA U N-NISRANI QUDDIEM ĠESU’

NOTA PASTORALI TAL-ISQFIJIET

Għeżież uliedna,

Iktar ma jgħaddi ż-żmien, iktar qed nindunaw kemm dak kollu li għamel il-Mulej meta kien fostna kien biex jgħin lilna nifhmu iktar il-pjan tiegħu. Il-Vanġelu nkiteb biex jurina min kien u x’għallem u x’għex Sidna Ġesu’ Kristu, iżda mhux biss. Permezz tad-dixxipli, u ta’ nies oħrajn u d-dubji tagħhom, huwa wriena t-tweġiba ta’ Ġesu’ quddiem dawn id-dubji biex nifhmu x’se tkun it-tweġiba ta’ Ġesu’ quddiem l-istess dubji tagħna f’kull żmien, anki llum… Kompli aqra »

IL-KNISJA TFAKKAR IL-JUM INTERNAZZJONALI GĦAL QIRDA TAL-FAQAR

Għada l-Ħadd 17 ta’ Ottubru, il-knejjes kollha ma’ Malta u Għawdex se jkunu qegħdin idoqqu l-qniepel tagħhom għal għaxar minuti f’nofsinhar biex ifakkru l-Jum Internazzjonali għall-Qirda tal-Faqar.

L-attività tad-daqq tal-qniepel għandha l-għan li tħajjar lill-poplu jkun iktar sensittiv dwar ir-realtà tal-faqar u l-esklużjoni soċjali. Din l-attività qed issir bħala parti mill-kampanja tas-Sena Ewropea 2010 fil-Ġlieda kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali (EY2010).

Is-17 ta’ Ottubru huwa l-Jum Dinji biex Jingħeleb il-Faqar Estrem u dan beda jiġi mfakkar mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fl-1992 bħala l-Jum Dinji għall-Qedra tal-Faqar… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 16 ta’ Ottubru

Luqa 12,8-12

“U ngħidilkom li kull min jistqarr quddiem il-bnedmin li huwa miegħi, Bin il-bniedem ukoll jistqarr li huwa miegħu quddiem l-anġli ta’ Alla. Iżda min jiċħad lili quddiem il-bnedmin, jien niċħad lilu quddiem l-anġli ta’ Alla.  U kull min jgħid xi ħaġa kontra Bin il-bniedem tinħafirlu; iżda min jieqaf lill-Ispirtu s-Santu ma jinħafirlux.  Meta jeħdukom quddiem is-sinagogi u l-kapijiet u s-setgħat, toqogħdux tħabblu raskom kif sejrin twieġbu jew x’sejrin tgħidu, għax l-Ispirtu s-Santu jgħallimkom dak il-ħin stess x’għandkom tgħidu.” Kompli aqra »