Arkivji mensili: Jannar 2011

IL-PAPA JRESSAQ QADDISA MUDELL GĦALL-POLITIĊI NSARA

“B’ħajja ta’ talb profonda u bid-devozzjoni sħiħa tagħha biex isservi lil Alla u lill-komunita ta’ madwarha, il-qaddisa Joan ta’ Arc hi mudell stupend għall-politiċi Insara”, qal il-Papa Benedittu XVI. Żied li tagħha “hu eżempju sabiħ ta’ qdusija għal-lajċi involuti fil-ħajja politika, speċjalment f’sitwazzjonijiet diffiċli. Il-fidi kienet id-dawl li mexxieha fl-għażliet kollha tagħha”.

Kien waqt l-udjenza ġenerali tal-Erbgħa, li l-Papa għadda dawn il-kummenti abbażi tar-riflessjoni tiegħu din il-ġimgħa… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 27 ta’ Jannar

Mark 4,21-25

U qalilhom: “Jaqaw il-musbieħ iġibuh biex iqegħduh taħt  is-siegħ jew taħt is-sodda? M’hux fuq l-imnara jqegħduh? Għax ma hemm xejn moħbi jekk mhux biex jingħaraf, u xejn ma hu mistur jekk mhux biex jinġieb għad-dawl. Jekk hawn min għandu widnejn biex jisma’, ħa jisma’!” U qalilhom: “Oqogħdu attenti x’tisimgħu! … Kompli aqra »

QUDDIESA GĦALL-ĠURNALISTI

Nhar it-Tnejn, 24 ta’ Jannar 2011, Mons. Charles Cordina, Segretarju Pastorali, ċċelebra Quddiesa għall-ġurnalists fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Franġisk de Sales. Fil-messaġġ tiegħu, Mons. Cordina tkellem dwar il-medja li qal, toffrilna opportunita’ għall-evanġeliżazzjoni.

Messaġġ ta’ Mons. Cordina: In-Nisrani, frott tal-magħmudija tiegħu, għandu l-impenn li jkun ta’ ħmira, dawl, u melħ fis-soċjeta’ li fiha qed jgħix… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF IŻUR IL-FERGĦA TAL-MUSEUM, ŻABBAR

Nhar l-Erbgħa, 26 ta’ Jannar, 2011, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P.  żar il-fergħa tal-MUSEUM  tal-bniet, Żabbar.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF IŻUR L-ISKOLA PRIMARJA ‘A’ TA’ ŻABBAR

Il-Ħamis 20 ta’ Jannar 2011, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. żar il-Kulleġġ Santa Margerita – Skola Primarja A Żabbar. Fl-iskola jattendu 468 tifel u tifla mill-Kindergarten I sal-Year 2. Il-Kappillan ta’ Ħaż-Żabbar, Fr Sebatian Caruana u l-Prinċipal tal-Kulleġġ Mr Stephen Cachia, akkumpanjaw lill-Arċisqof. Kif daħal fil-playground tal-iskola l-Arċisqof sab jilqgħuh it-tfal ixejru bnadar ta’ Malta u tal-Vatikan. Imbagħad it-tfal kantaw ‘O Happy Day’… Kompli aqra »

IĊ-ĊELEBRAZZJONIJIET PRESEDUTI MILL-PAPA MINN FRAR S’APRIL

L-Uffiċċju għaċ-Ċelebrazzjonijiet Liturġiċi tal-Papa lbieraħ ippubblika l-kalendarju ta’ ċelebrazzjonijiet li se jkun qed jippresiedi l-Papa bejn Frar u April.

FRAR

L-Erbgħa 2: Festa tal-Preżentazzjoni ta’ Ġesu u l-Jum Dinji tal-Ħajja Ikkonsagrata. Fil-5.30pm fil-Bażilika tal-Vatikan, isiru l-Vespri minn membri tal-Istituti għall-Ħajja Ikkonsagrata u s-Soċjetajiet tal-Ħajja Appostolika.

Is-Sibt 5: Fl-10am fil-Bażilika tal-Vatikan, issir quddiesa u ordinazzjoni episkopali.

It-Tnejn 21: F’nofsinhar fl-Awla tal-Konċistorju, isir Konċistorju għal ċertu kawżi għall-kanonizzazzjoni… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 26 ta’ Jannar

Luqa 10, 1-9

Wara dan, il-Mulej għażel tnejn u sebgħin oħra u bagħathom tnejn tnejn qablu f’kull belt u post fejn kien se jmur hu. U qalilhom: “Il-ħsad huwa kbir, imma l-ħaddiema ftit. Itolbu mela lil Sid il-ħsad biex jibgħat ħaddiema għall-ħsad tiegħu. Morru! Araw, qiegħed nibgħatkom bħal ħrief qalb l-ilpup. Teħdux magħkom la but, la ħorġa u lanqas qrieq, u fit-triq issellmu lil ħadd… Kompli aqra »

“GĦIXU ĦAJJA KONFORMI MAL-VANĠELU”

L-uffiċċju Stampa tal-Vatikan, ippreżenta l-messaġġ għall-45 Jum Dinji tal-Komunikazzjoni Soċjali, bit-tema għal din is-sena tkun “Il-Verita, il-Proklamazzjoni u l-Awtentiċita tal-Ħajja fl-era diġitali”.

L-Arċisqof Claudio Maria Celli, Mons Paul Tighe u Mons Giuseppe Antonio Scotti flimkien ma’ Angelo Scelzo, fil-karigi ta’ President, Segretarju, Segretarju aġġunt u sotto-segretarju rispettivament, ħadu sehem fil-konferenza stampa.

F’dan il-messaġġ, ħareġ ċar l-appell għal konformita għall-vanġelu, wisq iżjed fil-ħajja tal-lum karatterizzata mill-iżviluppi teknoloġiċi li qed iġibu bidliet fis-sistema tal-komunikazzjoni… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 25 ta’ Jannar2nd

San Mark 16,15-18

U qalilhom: “Morru fid-dinja kollha, xandru l-Evanġelju lill-ħolqien kollu. Min jemmen u jitgħammed, isalva; iżda min ma jemminx, ikun ikkundannat. U dawn huma s-sinjali li jsieħbu lil dawk li jemmnu: f’ismi jkeċċu x-xjaten, jitkellmu b’ilsna ġodda, jaqbdu s-sriep b’idejhom, u jekk jixorbu xi xorb li jġib il-mewt ma jagħmlilhomx ħsara; iqiegħdu idejhom fuq il-morda u dawn ifiqu.”

Il-Qaddis tal-jum: Il-Konversjoni ta’ San Pawl Kompli aqra »