Arkivji mensili: Frar 2011

L-ARĊISQOF JILTAQA’ MAŻ-ŻGĦAŻAGĦ TAL-FGURA

Nhar l-Erbgħa 23 ta’ Frar, 2011, l-Arċisqof ltaqa’ mal-Kummissjoni Żagħżagħ u Adolexxenti tal-Fgura bħala parti miż-żjara pastorali tiegħu f’din il-parroċċa.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt… Kompli aqra »

MESSAĠĠ FIL-QUDDIESA TA’ ŻEWĠ KANDIDATI ĠODDA GĦAS-SAĊERDOZJU

25 ta’ Frar, 2011

Parroċċa San Pawl, Valletta

Ħuti,

L-ewwelnett nirringrazzja liż-żewġ kandidati tal-lum, lil Ruben u Charlon għaliex qed  jagħtuna ċ-ċans li aħna nirriflettu fuq dan il-misteru kbir; l-ewwelnett l-imħabba t’Alla lejn dan l-poplu tiegħu. Din l-imħabba t’Alla tiġi mhux minn preferenza li aħna nistgħu nipparagunawha mal-preferenza umana, imma preferenza għaliex dan il-poplu t’Alla għandu missjoni kbira li huwa jkompli jwassal dak li Ġesu’ wassal elfejn sena ilu f’verżjoni limitata għaliex kien jidher bħala bniedem, allura fiż-żmien u f’post, imma mbagħad għaliex kien l-Iben t’Alla li qed jagħmilha dimensjoni universali li tolqot f’kull post u f’kull żmien… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 25 ta’ Frar

Mark 10, 1-12

Telaq minn hemmhekk u mar fl-art tal-Lhudija u ‘l hemm mill-Ġordan, u n-nies mill-ġdid inġabret madwaru; u hu, kif kienet id-drawwa tiegħu, raġa’ qabad jgħallimhom. Resqu xi Fariżej lejh, u biex iġarrbuh staqsewh jekk raġel jistax jitlaq lil martu. Weġibhom u qal: “X’ordnalkom Mosè?” Qalulu: “Mosè ta  l-permess li wieħed jagħmel il-kitba tad-divorzju, u jibgħatha… Kompli aqra »

Assemblea Ġenerali tal-KDŻ għaż-Żgħażagħ

Is-Sibt 26 ta’ Frar – is-sitt edizzjoni tal-Assemblea Ġenerali għaż-żgħażagħ u l-mexxeja tagħhom se tkun imtella’ ġewwa l-Kumpless tal-Ħniena Divina, in-Naxxar. Din is-sena l-Assemblea ser tikkonċentra fuq il-formazzjoni – x’itfisser illum-il ġurnata u kif tista’ titkattar. Aktar minn hekk, l-Assemblea tirrifletti l-istampa tal-ħidma maż-żgħażagħ f’Malta bħalissa.

L-Assemblea Ġenerali hija okkażżjoni annwali biex tikkollabora, tisma’ u taqsam ma’ protagonisti oħra fil-qasam tal-pastorali maż-żgħażagħ. Id-diriġenti u kumitati ta’ għaqdiet kif ukoll iż-żgħażagħ infushom huma mistiedna li jieħdu sehem f’din il-laqgħa minn fejn tinħareġ il-viżjoni pastorali tad-djoċesi għaż-żgħażagħ… Kompli aqra »

IL-PAPA JILTAQA’ MAL-PRESIDENT TAL-LIBANU. JIRREFERI GĦAS-SITWAZZJONI FID-DINJA GĦARBIJA

Libya – Unrest

L-Uffiċċju Stampa tal-Vatikan qal f’komunikat li l-Papa Benedittu XVI laqa’ fil-Palazz Appostoliku lill-President tar-Repubblika tal-Libanu, Michel Sleiman, matul liema laqgħa hu mifhum li saret l-ewwel referenza espliċita għal dak li qed jikkostitwixxi sitwazzjoni mill-iktar inkwetanti fil-Libja, bil-kummenti diretti, anki jekk kawti, tal-Papa.

“Id-diskussjonijiet kordjali servew biex kien issottolineat kif il-Libanu, bil-preżenza ta’ għadd ta’ komunitajiet Insara u Musulmani, hi fiha nnifisha messaġġ ta’ ħelsien u koeżistenza rispettabbli, mhux biss għar-reġjun, iżda wkoll għad-dinja… Kompli aqra »

QALBINNIES DWAR L-GĦIRA

Agħfas hawn biex tara l-ahhar edizzjoni tal-programm ‘QalbinNies’.

Fil-lista tas-seba’ dnubiet il-mejta l-ghira qieghda fit-tieni post wara s-suppervja….l-ghira ggib maghha hafna inkwiet u hi rizultat ta’ firda bejn kollegi, pajjizi, ahwa, koppji u hafna ohrajn. Infatti jekk imorru lura fl-istorja, fl-ewwel ktieb tal-genesi sahansitra naqraw li s-serp kien ghajjur ghal Alla u ghalhekk wasal li jwaqqa lil Eva fid-dnub…naraw ukoll kif Kain qatel lil Abel ghax kien jghir ghalih… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 24 ta’ Frar

Mark 9,41-50

“Min jagħtikom tazza ilma x’tixorbu għax intom tal-Messija, ngħidilkom is-sewwa li ma jibqax mingħajr  il-ħlas tiegħu.” “Imma min jagħti skandlu lil wieħed minn dawn iċ-ċkejknin li jemmnu fija, ikun jaqbillu jekk jorbtulu ma’ għonqu ġebla tat-tħin minn dawk li jdawwru l-ħmir u jixħtuh fil-baħar. U jekk idek hija għalik okkażjoni ta’ dnub, aqtagħha barra; jaħbatlek aħjar li tidħol b’id waħda fil-ħajja, milli li tmur b’idejk it-tnejn fl-infern, fin-nar li ma jintefiex… Kompli aqra »

EVANĠELIZAZZJONI FL-UNIVERSITA’

On Tuesday, 22nd February 2011, Archbishop Paul Cremona O.P. visited the University Chapel and addressed a group of Lithuanian students and a group of Maltese students from the group ‘Dawl bil-Lejl’ who were preparing to evangelise at the University that same afternoon. The Archbishop imparted upon them his blessing  to go out and evangelise.

The Archbishop was then escorted to ‘it-Tajra’ place school, where he visited the children and staff… Kompli aqra »

IL-PAPA JFAKKAR LILL-VITTMI TAT-TERREMOT FI NEW ZEALAND

New Zealand earthquake

Fl-udjenza ġenerali ta’ kull nhar t’Erbgħa, din il-ġimgħa, il-Papa Benedittu XVI qal li “terremot b’saħħtu u qerriedi aktar minn dak ta’ Settembru li għadda, laħaq il-belt ta’ Christchurch fi New Zealand, u kkawżat telf ta’ ħajjiet u iktar nies mitlufa, minbarra tiġrif ta’ binjiet”.

Il-Papa esprima s-solidarjeta tiegħu speċjalment mal-poplu milqut minn din it-traġedja. Talab lil Alla sabiex itaffi t-tbatijiet tagħhom u jieqaf ukoll mal-ħaddiema involuti fl-operazzjoni ta’ salvataġġ… Kompli aqra »