Arkivji mensili: Frar 2011

Il-Vanġelu tal-Jum – 23 ta’ Frar

Mark 9,38-40

“Mgħallem, qallu Ġwanni, “wieħed raġel, li s-soltu ma jkunx magħna, rajnieh ikeċċi x-xjaten f’ismek u ridna nżommuh, għax hu m’huwiex wieħed minn tagħna.” Imma Ġesù qal: “La żżommuhx, le, għax ma hemm ħadd li se jagħmel miraklu f’ismi u mbagħad malajr se jkollu ħila jgħid kontra tiegħi. Għax min m’huwiex kontra tagħna, huwa magħna.

Il-Qaddis tal-jum: San Policarp, Isqof

Kompli aqra »

IL-ĦTIEĠA TAL-ĠNUS LI JIRREAĠIXXU GĦAD-DITTATORJAT

Libya Protests

Il-Kardinal Angelo Bagnasco, Arċisqof ta’ Genoa u President tal-Konferenza Episkopali Taljana, tkellem dwar il-ħtieġa li jħossu l-ġnus biex jirreaġixxu għal tmexxija dittatorjali li tmur kontra d-drittijiet fundamentali u kontra d-dinjita tiegħu.

F’kummenti dalgħodu, il-Kardinal Bagnasco, qal li “minbarra l-kwistjoni tevolvi tal-Libja, hemm l-Afrika ta’ Fuq kollha kemm hi, u huwa fatt li jidhirli li sar ukoll fi Lvant”. F’ċertu punt, kompla jispjega, “minbarra l-problemi politiċi u ekonomiċi, il-ġnus jirreaġixxu bi ħtieġa għal antropoloġija, għal xenarju ta’ bniedem li jmur kontra l-istess drittijiet fundamentali u d-dinjita tiegħu”… Kompli aqra »

JUM IL-LAJĊI 2011

Is-Segretarjat għal-Lajċi qed jorganizza konferenza fl-okkażjoni ta’ Jum il-Lajċi, nhar il-Ħamis, 24 ta’ Frar, 2011. It-tema għal dan is-sena hi ‘Sehem il-Lajċi fil-Parroċċa’. L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. se jipparteċipa u jagħmel diskors f’għeluq il-konferenza li se ssir fl-iskola Santa Montika, Birkirkara.

Il-konferenza tibda fis-6.00 p.m. b’diskussjoni minn panel magħmul minn kappillani u lajċi u wara, diskors mis-Segretarju Pastorali, Mons. Charles Cordina.

Id-Delegat tal-Arċisqof għal-Lajċi, s-Sur Joe Farrugia, jixtieq jistieden lil dawk kollha li jagħtu s-sehem tagħhom fil-missjoni tal-Knisja sabiex jattendu u jieħdu sehem attiv f’din il-laqgħa… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 22 ta’ Frar

Mattew 16, 13-19

Meta wasal fl-inħawi ta’ Ċesarija ta’ Filippu, Ġesù staqsa  lid-dixxipli tiegħu u qalilhom: “Min jgħidu n-nies li hu Bin il-bniedem?” U huma weġbuh: “Xi wħud, Ġwanni l-Battista; oħrajn, Elija; u oħrajn, Ġeremija jew wieħed mill-profeti. ” Imma intom min tgħidu li jien?” staqsiehom. U qabeż Xmun Pietru u qallu: “Inti l-Messija, Bin Alla l-ħaj.” U Ġesù wieġbu u qallu: “Hieni int, Xmun bin Ġona, għax mhux bniedem tad-demm u l-laħam uriek dan, imma Missieri li hu fis-smewwiet… Kompli aqra »

FTUĦ TAŻ-ŻJARA PASTORALI FIL-FGURA U LAQGĦA MAS-SOĊJETA’ ĊIVILI

Is-Sibt, 19 ta’ Frar 2011, Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iċċelebra Quddiesa fil-Fgura, għall-ftuħ ufficċċjali tal-Vista Pastorali tiegħu f’din il-parroċċa. Il-ġurnata ta’ wara, l-Arċisqof iltaqa’ mas-Soċjeta’ Ċivili ta’ l-istess parroċċa.

AGĦFAS HAWN għal aktar informazzjoni dwar iż-Zjara Pastorali tal-Arċisqof fil-parroċċa tiegħek.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar… Kompli aqra »

MESSAĠĠ LIT-TRADE UNIONS

Għeżież,

Xtaqt nibda billi nirriflettu ftit fuq din il-mistoqsija.

X’inhu l-Valur ta’ din il-laqgħa?  Kif qed nifhimha jien … jiena kkonsidrajtha li bħalma nagħmlu s-soltu aħna nkunu l-ħin kollu meħudin f’affarijiet li huma konkreti fil-mument. Dan huwa l-mument fejn aħna ltqajna flimkien, ħadna nifs, mhux affarijiet konkreti u erġajna għal dawk li huma l-prinċipji li minnhom joħroġ din ir-realta tax-xogħol li hija ċentrali fis-soċjeta li qegħdin ngħixu fiha… Kompli aqra »