Arkivji mensili: April 2011

“TKUN VERA ĦASRA JEKK NAGĦŻLU LI NIDĦLU LURA ĠOL-QABAR”

l-Knisja Kattolika għada tiċċelebra l-ikbar festa tagħha; dik tal-qawmien ta’ Ġesù mill-imwiet, u permezz t’hekk, ir-rebħa fuq il-mewt u d-dnub. Bi tħejjija għal din il-festa, IL-ĠENSillum online tkellmet ma’ Fr Hector Scerri, Kap tad-Dipartiment tat-Teoloġija Fundamentali u Dogmatika fil-Fakultà tat-Teoloġija dwar is-sinjifikat ta’ din il-festa llum.

San Pawl jgħid li mingħajr riżurrezzjoni, il-fidi tagħna tkun fiergħa. Kif din tista’ tagħmel sens għan-nisrani fil-ħajja ta’ llum? … Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 27 ta’ April

Luke 24, 13-25

Dak in-nhar stess ġara li tnejn minnhom kienu sejrin lejn raħal jismu Għemmaws, xi sittin stadju bogħod minn Ġerusalemm, jitħaddtu bejniethom fuq kull ma kien ġara. Huma u jitħaddtu u jitkixxfu bejniethom, Ġesù nnifsu resaq lejhom u baqa’ miexi magħhom. Imma għajnejhom kellhom xi jżommhom u ma setgħux jagħrfuh. U hu qalilhom: “X’intom tgħidu bejnietkom intom u miexja?” U huma waqfu, b’ħarsa ta’ niket fuq wiċċhom… Kompli aqra »

TWISSIJA MILL-PAPA DWAR L-OSTILITA TAL-FIDI U L-INDIFFERENZA

Pope Benedict XVI

Il-Papa jwissi kontra l-ostilita tal-fidi u l-istorja reliġjuża. Dan mal-kultura ta’ indifferenza konsegwenza tas-sekulariżmu.

Il-qofol ta’ laqgħa li saret riċentament bejn il-Papa Benedittu XVI u l-Ambaxxatur minn Spanja kienet id-determinazzjoni tal-Knisja li tibqa’ tiġġieled għall-ħajja umana u l-integrità taż-żwieġ u l-familja.

Il-messaġġ f’din il-laqgħa kien ċar – li l-Knisja trid tibqa’ taħdem kontra ‘l-kultura tal-mewt’ – fenomenu insijduż tas-soċjetà preżenti… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 26 ta’ April

Gwanni 20,11-18

Marija baqgħet ‘il barra mill-qabar, tibki. Kif kienet qiegħda tibki, tbaxxiet lejn il-qabar, u rat żewġ anġli lebsin l-abjad, bilqiegħda, wieħed in-naħa tar-ras u l-ieħor in-naħa tar-riġlejn fejn kienu qiegħdu l-ġisem ta’ Ġesù. Huma qalulha: “Mara, għalfejn qiegħda tibki?” Hi wieġbet: “Għax ħadu lil Sidi, u ma nafux fejn qegħduh.” Kif qalet hekk, daret lura u rat lil Ġesù wieqaf, iżda ma ntebħitx li kien Ġesù… Kompli aqra »

SERAPHIM METROPOLITAN IŻUR LIL-MALTA

On the Thursday, 28th April, 2011, at 7.00 p.m. Metropolitan Seraphim El-Suriany, Head of the British Orthodox Church, within the Coptic Orthodox Patriarchate of Alexandria, will preside at an Ecumenical Service  at Cospicua Parish Church. Metropolitan Seraphim will deliver a sermon on Building Bridges: A Witness to be borne jointly. The Coptic Christians who fell victims to violence in the last months will be commemorated… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 25 ta’ April

Mattew 28, 8-15

Dawk telqu malajr minn ħdejn il-qabar, kollhom biża’ u ferħ kbir, u marru jiġru jagħtu l-aħbar lid-dixxipli tiegħu. U ara, ltaqa’ magħhom Ġesù u qalilhom: “Is-sliem għalikom.” Huma resqu lejh, qabdulu riġlejh u nxteħtu quddiemu. Mbagħad Ġesù qalilhom: “Tibżgħu xejn; morru wasslu l-aħbar lil ħuti biex jitilqu lejn il-Galilija; lili jarawni hemmhekk.” Huma u sejrin, xi wħud mill-għases marru l-belt għand  il-qassisin il-kbar u tawhom l-aħbar ta’ kull ma kien ġara… Kompli aqra »

30 T’APRIL 2011: IL-LIBRERIJA TAL-PAPA TAGĦLAQ 560 SENA MINDU TWAQQFET

Vatican Library

Hi l-eqdem librerija fl-Ewropa, l-iżjed librerija rikka f’dawk li huma dokumenti Medjevali u tar-Rinaxximent. Persuna waħda biss tista’ tissellef kotba minnha… din hija l-librerija tal-Papa!

Nhar is-Sibt li ġej, il-Librerija tal-Papa tfakkar il-560 sena mit-twaqqif tagħha mill-Papa Nikol V fit-30 ta’ April 1451, iżda l-oriġini tagħha tmur lura sa żmien l-imperu Ruman.

F’kummenti lir-rivista internazzjonali Franġiskana Messenger of Saint Anthony, il-Prefett ta’ din il-Librerija, Mons Cesare Pasini, fisser li sa mis-seklu erbgħa jidher li f’Ruma kien hemm scrinium, jew arkivju ta’ dokumenti tal-Knisja… Kompli aqra »

25 TA’ April – 1 TA’ Mejju

It-Tnejn

10.00 a.m. L-Arċisqof jieħu sehem fiċ-ċeremonja b’tifkira ta’ Anzac Day fiċ-Ċimiterju Militari tal-Pieta.

It-Tlieta

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-istaff tas-Seminarju u l-membri tal-Fakulta tat-Teoloġija, fir-residenza tiegħu Ħ’Attard.

4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ Ms.Kathleen Beckman mill-Gruppi ta’ Talb Magnificat, fir-residenza tiegħu Ħ’Attard.

L-Erbgħa

9.30 a.m. L-Arċisqof jieħu sehem fil-purċissjoni tradizzjonali ta’ San Girgor fiż-Żejtun… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum u Kelma Għall-Ħajja – 24 ta’ April

Agħfas fuq l-istampa li tidher hawn taħt biex tara l-iktar edizjoni riċenti tal-programm ‘Kelma għall-Ħajja’.




L-Għid il Kbir

Gwanni 20,1-9

Kien l-ewwel jum tal-ġimgħa, fil-għodu kmieni kif kien għadu d-dlam, u Marija ta’ Magdala ġiet ħdejn il-qabar u rat il-blata mneħħija mill-qabar… Kompli aqra »

FUQ IT-TELEVIŻJONI, IL-PAPA JWIEĠEB DWAR IL-FIDI, IT-TBATIJA U L-GWERRA

Pope Benedict XVI

Il-Papa Benedittu XVI kiteb paġna ġdida fl-istorja tal-Papiet meta aċċetta li jwieġeb domandi dwar it-tbatija f’xandira fuq l-istazzjon nazzjonali Taljan RAI. Il-programm ta’ 80 minuta bl-isem ta’ ‘A sua immagine – speciale Venerdì Santo’, kien irrekordjat xi ġranet ilu fil-Librerija tal-Vatikan, u xxandar F’jum tal-Ġimgħa l-Kbira.

Il-Papa donnu bħal inħasad bl-ewwel domanda magħmula minn tifla Ġappuniża ta’ seba’ snin jisimha Elena, li staqsiet lill-Papa għalfejn kien qed ikollha tbati ħafna bħala riżultat tat-terremot u t-tsunami li laqat lil pajjiżha… Kompli aqra »