Arkivji mensili: Ġunju 2011

MESSAĠĠ MILL-ARĊISQOF WAQT QUDDIESA GĦAR-ROMOL

Kappella ta’ Kristu Re, Mrieħel

25/06/11

Ħuti,

Snin ilu kont Pirjol, u niftakar li konna bdejna Ladies’ Circle u kien hemm xi ħadd u qalli:  “Isma’ għaliex ma nibdewx ukoll grupp tar-romol?”  Għaliex ovvjament f’kull ċirkostanza tal-ħajja l-iktar persuna li tista’ tifhmek hija l-persuna li tgħaddi mill-istess esperjenza.  U din il-persuna qaltli:  “Jekk inlaqqgħu dawn ir-romol ikunu t’appoġġ għal xulxin… Kompli aqra »

L-IMNARJA FIL-KATIDRAL TAL-IMDINA

Il-Kapitlu tal-Katidral tal-Imdina, anki din is-sena se jkun qed itella’ programm ta’ attivitajiet reliġjużi biex jiċċelebra b’mod solenni l-festa tal-martirju ta’ San Pietru u San Pawl, patruni tal-istess katedra.

Iċ-ċelebrazzjonijiet jibdew nhar it-Tlieta 28 ta’ Ġunju għall-ħabta tal-5.30pm bil-wasla tal-Arċisqof Pawlu Cremona OP. Huwa se jkun qed jippresiedi fiċ-ċelebrazzjonijiet ta’ filgħaxija li jinkludu t-translazzjoni tar-Relikwiji u quddiesa bl-Ewwel Għasar Pontifikali.

Agħfas hawn biex tkompli taqra dan l-artiklu mis-sit www.il-gensillum.com Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 25 ta’ Gunju

Matthew 8, 5-17

Daħal Kafarnahum, u resaq fuqu wieħed ċenturjun jitolbu bil-ħerqa u jgħidlu: “Sinjur, id-dar għandi l-qaddej mixħut, mifluġ u batut wisq.” Qallu Ġesù: “Niġi jien infejjqu “ “Sinjur,” qallu ċ-ċenturjun, “Ma jistħoqqlix li tidħol taħt is-saqaf tiegħi. Iżda int għid kelma biss, u l-qaddej tiegħi jfiq. Għax jien ukoll bniedem taħt is-setgħa ta’ ħaddieħor, u jien stess għandi suldati taħti; lil wieħed ngħidlu, ‘Mur’, u jmur; lil ieħor ngħidlu, ‘Ejja’, u jiġi; u lill-ilsir tiegħi ngħidlu, ‘agħmel dan’, u jagħmlu.” Ġesù baqa’ mistagħġeb meta sama’ dan, u qal lil dawk li kienu miexja warajh: “Tassew, ngħidilkom, f’ħadd minn Iżrael ma sibt fidi bħal din… Kompli aqra »

FESTA TAL-BEATU NAZJU FALZON

Il-Festa tal-Beatu Nazju Falzon din is-sena ser tiġi ċċelebrata nhar il-Ħamis 30 ta’ Ġunju, 2011, peress li nhar l-1 ta’ Lulju taħbat il-festa tal-Qalb ta’ Ġesu’.

Nhar il-Gimgħa, 24 ta’ Ġunju, fis-6.15p.m. ir-Relikwja tal-Beatu Nazju Falzon ser tittieħed fil-Kappella tal-Isptar Mater Dei.  Mal-wasla tar-Relikwja fis-6.30p.m. ser tiġi ċċelebrata Quddiesa.

Nhar is-Sibt, 25 ta’ Ġunju, bejn it-8.00a.m. u 7.00p.m. ir-Relikwja  ser tkun esposta għall-qima tal-morda u l-familjari tagħhom fil-Kappella tal-Isptar… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 24 ta’ Gunju

Luqa 1, 57-66.80

Eliżabetta għalqilha ż-żmien biex teħles, u kellha tifel. Il-ġirien u qrabatha semgħu li l-Mulej wera ħniena kbira magħha, u marru jifirħu magħha. Meta mbagħad fit-tmien jum ġew biex jagħmlu ċ-ċirkonċiżjoni lit-tifel riedu jsemmuh Żakkarija għal missieru, imma qabżet ommu u qalet: “Le, iżda Ġwanni jkun jismu.” Qalulha: “Ma hemm ħadd li jismu hekk fost qrabatek!” Mbagħad bdew jistaqsu bis-sinjali lil missieru x’ried isemmih, u hu talabhom xi ħaġa fuqiex jikteb, u kiteb hekk: “Ismu huwa Ġwanni.” U kulħadd baqa’ mistagħġeb… Kompli aqra »

ŻJARA EKUMENIKA FIR-RUSSJA

Il-Kardinal Roger Etchegaray, ikkunsidrat qrib sew tal-mexxejja tal-Knisja Ortodossa Russa, żar ir-Russja għal Pentekoste u stieden lil kulħadd jimxi wara l-Ispirtu, lejn relazzjonijiet aħjar bejn iż-żewġ knejjes.

Il-Kardinal Etchegaray huwa Viċi-Dekan tal-Kulleġġ tal-Kardinali. Huwa serva bħala President tal-Kunsilli Pontifiċji Cor Unum u dak għall-Ġustizzja u l-Paċi.

F’nofs dan ix-xahar huwa kien f’San Pietruburgu, fejn beda ż-żjara ekumenika tiegħu b’talb fuq il-qabar tal-Metropolitan Nikodemu, li żar SanPietruburgu madwar 30 sena ilu… Kompli aqra »

DIVORZJU: ‘IL-BLUHA TA’ MALTA’

“Bla dubju kien ikun aħjar għal Malta kienu tgħallmet mill-iżbalji tad-dinja moderna qabel ma għaġlet biex tingħaqad magħha.”

Hekk ikkummenta l-editur maniġerjali ta’ First Things, Meghan Duke, dwar ir-referendum li sar ħmistax ilu u li għamilha possibbli li d-divorzju issa jibda jagħmel parti mil-leġislazzjoni ta’ pajjiżna.

First Things hu ġurnal online ippubbikat fl-Istati Uniti minn The Institute on Religion and Public Life… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 23 ta’ Gunju

Mattew 7, 21-29

“Mhux kull min jgħidli, ‘Mulej, Mulej’, jidħol fis-Saltna tas-Smewwiet, iżda min jagħmel ir-rieda ta’ Missieri li hu fis-smewwiet! F’dak il-jum ikun hemm ħafna li jgħiduli, ‘Mulej, Mulej, m’hux f’ismek ħabbarna aħna, u m’hux f’ismek keċċejna x-xjaten u f’ismek għamilna ħafna mirakli?’ Mbagħad jien ngħidilhom, ‘Lilkom qatt ma kont nafkom! Warrbu minn quddiemi, intom li tagħmlu l-ħażen!’ “Għalhekk, kull min jisma’ dan kliemi u jagħmel li qiegħed ngħid jien, isir jixbah lil bniedem għaqli li bena daru fuq il-blat… Kompli aqra »