Arkivji mensili: Ġunju 2011

QALB IL-KNISJA DEJJEM ĦABTET MA’ QALB IL-FAMILJI MALTIN – L-ARĊISQOF

F’messaġġ waqt Quddiesa għall-attivisti tal-Moviment Żwieġ Bla Divorzju, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. qal li xtaq li l-Knisja kienet f’pożizzjoni li tikkontribwixxi għajnuna finanzjarja akbar biex il-Moviment jinforma lin-nies bl-effetti ħżiena tad-divorzju: “Wettaqna dmirna meta kkontribwejna finanzjarjament biex ma jidħolx id-divorzju f’pajjiżna.”

L-Arċisqof irringrazzja lil dawk kollha li ħadmu biex jiddefendu ż-żwieġ u l-familja matul il-kampanja referendarja u qal li xtaq juri l-apprezzament tiegħu lejn l-attivisti tal-Moviment u l-familji tagħhom li ħadmu b’tant sagrifiċċju biex iwasslu l-messaġġ tagħhom… Kompli aqra »

IL-KNISJA TIMMULTIPLIKA R-RIŻORSI BIEX TIĠĠIELED L-ABBUŻ SESSWALI

sexual abuse

Konferenza fl-Universita Gregorjana Pontifiċja fi Frar u ġabra elettroinka ta’ informazzjoni bl-aqwa prattiċi u b’riżultati ta’ riċerka, huma żewġ mezzi oħra li l-Knisja qed toffri biex issaħħaħ ir-riżorsi tagħha fil-ġlieda globali kontra l-abbuż sesswali.

Il-Konferenza, li se ssir bejn is-6 u t-8 ta’ Frar 2012, se tiffoka fuq it-tema “Toward Healing and Renewal” – Lejn fejqan u tiġdid. Dettalji dwarha tħabbru f’konferenza fil-jiem li għaddew… Kompli aqra »

LAQGĦA TA’ DJALOGU EKUMENIKU

In-natura tal-Ministeru huwa t-titolu tal-laqgħa ta’ djalogu li sa jsir nhar il-Ħamis, 23 ta’ Ġunju, 2011. Christians Together in Malta (Malta Ecumenical Council) jistiednu lil kulħadd jattendi. Il-laqgħa sa ssir bejn is-6-7 p.m., f’St.Andrew’s House, Triq l-Ifran, il-Belt Valletta. Kulħadd huwa mistieden jaqsam il-veduti tiegħu. Persuni minn denominazzjonijiet nsara differenti jista jkollhom fehmiet l-istess jew differenti fuq is-suġġett. Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 22 ta’ Gunju

Mattew 7, 15-20

“Iftħu għajnejkom mill-profeti foloz; għax dawn jiġu għandkom libsin ta’ nagħaġ, u minn ġewwa jkunu lpup ħattafa! Mill-frott tagħhom tagħrfuhom. Jaqaw jiġbru għeneb mix-xewk, jew tin mill-għollieq? Hekk kull siġra tajba frott tajjeb tagħmel, imma s-siġra l-ħażina frott ħażin tagħmel. Siġra tajba ma tistax tagħmel frott ħażin, anqas siġra ħażina ma tagħmelx frott tajjeb… Kompli aqra »

IL-PAPA F’SAN MARINO: ‘MERĦBA U KUNDIZZJONIJIET DINJITUŻI LIR-REFUĠJATI’.

“F’din l-art ukoll, l-Imqaddsa Marija Santissma tingħata qima f’diversi bażiliċi. Lilha nafda lill-popolazzjoni kollha ta’ San Marino-Montefeltro, partikolarment lill-persuni li qed isofru fil-ġisem u fir-ruħ”. Din kienet id-dikjarazzjoni tal-Papa Benedittu XVI qabel ma talab it-talba tal-Angelus fl-istejdjum ta’ Serravalle waqt il-żjara pastorali tiegħu fid-djoċesi ta’ San Marino.

Il-Papa fakkar ukoll fil-beatifikazzjoni ta’ Sor Magerita Rutan tas-Sorijiet tal-Karita. “Fit-tieni nofs tas-seklu 18, hi ħadmet b’impenn kbir fl-isptar ta’ Dax fi Franza, biex eventwalment fil-persekuzzjoni traġika li segwiet ir-Rivoluzzjoni, hi kienet ikkundannata għall-mewt minħabba l-fidi kattolika tagħha u l-fedelta tagħha lejn il-Knisja”… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 21 ta’ Gunju

Mattew 7, 6. 12-14

Tagħtux lill-klieb dak li hu qaddis, u tixħtux il-ġawhar tagħkom quddiem il-ħnieżer li ma jmorrux jgħaffġuhom b’saqajhom u mbagħad iduru għalikom u jqattgħukom bi snienhom. Mela dak kollu li tridu li l-bnedmin jagħmlu lilkom, agħmluh ukoll intom lilhom; għax din hi l-Liġi u l-Profeti. Il-bieb id-dejjaq “Għaddu mill-bieb id-dejjaq. Għax wiesa’ l-bieb u spazjuża t-triq li tieħu għat-telfien, u ħafna huma li jgħaddu minnha… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 20ta’ Gunju

Mattew 7, 1-5

“Tiġġudikawx, biex ma tkunux iġġudikati; għax bl-istess ġudizzju li tagħmlu intom, tkunu ġġudikati; u bl-istess kejl li tkejjlu intom, jitkejjel lilkom. Xi trid tħares lejn it-tibna li hemm f’għajn ħuk? Għax ma tarax it-travu li għandek f’għajnek int? Jew kif tmur tgħid lil ħuk, ‘Ħa nneħħilek it-tibna minn għajnek,’ meta inti stess f’għajnek għandek travu? … Kompli aqra »

20 -26 ta’ Ġunju

It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja.

5.30 p.m. L-Arċisqof jindirizza l-Konferenza tas-Superjuri Reliġjużi Ewropej u wara jiekol magħhom, f’ Dar Mount St.Joseph.

It-Tlieta

9.00 a.m. L-Arċisqof jilqa’ lill-E.T. Brand Brawn, Ambaxxatur tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja f’viżta qabel itemm il-missjoni diplomatika tiegħu f’Malta.

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Konferenza Episkopali, l-Kurja… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum u Kelma Għall-Ħajja – 19ta’ Gunju

Agħfas fuq l-istampa li tidher hawn taħt biex tara l-iktar edizjoni riċenti tal-programm ‘Kelma għall-Ħajja’.


It-Trinità Mqaddsa

Gwann 3, 16-18

Għax Alla hekk ħabb lid-dinja li ta lil Ibnu l-waħdieni, biex kull min jemmen fih ma jintilifx, iżda jkollu l-ħajja ta’ dejjem… Kompli aqra »