Arkivji mensili: Awwissu 2011

Il-Vanġelu tal-Jum – 27 ta’ Awwissu

Mattew 25, 14-30

“Dan bħal wieħed li kien se jsiefer, u sejjaħ lill-qaddejja tiegħu u ħallielhom ġidu f’idejhom. Lil wieħed tah ħames talenti, lil ieħor tnejn, u lil ieħor wieħed, kull wieħed skond il-ħila tiegħu. U siefer. Dak li kien ħa l-ħames talenti mar minnufih iħaddimhom u qala’ ħamsa oħra. Hekk ukoll dak li kien ħa tnejn qala’ tnejn oħra… Kompli aqra »

IRTIR TA’ ĠURNATA GĦALL-OPERATURI PASTORALI

L-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali flimkien mas-Segretrajat għall-Katekeżi u l-KDŻ, għall-ewwel darba fil-qasam tal-pastorali mal-Adolexxenti u Żgħażagħ qed jorganizza ġurnata rtir għall-Operaturi Pastorali kollha bil-għan li huma, qabel ma jerġgħu jibdew is-Sena Pastorali jkollhom opportunita’ ta’ tiġdid spiritwali personali liema tiġdid ikun ukoll ta’ benefiċċju għall-ħidma pastorali tagħhom.

Dan l-irtir ser isir nhar is-Sibt, 3 ta’ Settembru 2011, il-Lunzjata Rabat, mid-9.15a.m. – 6.00p.m. Il-prezz huwa ta €20.00… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 26 ta’ Awwissu

Mattew 25, 1-13

“Is-Saltna tas-Smewwiet ixebbhuha ma’ għaxar xebbiet li ħarġu bl-imsiebaħ tagħhom biex jilqgħu l-għarus. Ħamsa minnhom kienu boloh u ħamsa għaqlin, għax il-boloh ħadu l-imsiebaħ imma ma ħadux żejt magħhom, waqt li   l-għaqlin ħadu mhux biss l-imsiebaħ iżda wkoll iż-żejt fil-kwies.  L-għarus iddawwar ma ġie, u għalhekk ilkoll ħadhom  in-ngħas u raqdu. Mbagħad f’nofs ta’ lejl instama’ min jgħajjat, ‘Ara l-għarus! … Kompli aqra »

UĊUĦ

UĊUĦ fuq NET TV nhar il-Ġimgħa  26 t’Awwissu fid-9.32pm

UĊUĦ permezz ta’ Marthese Brincat li tippreżenta, din il-ġimgħa, aktar minn diskussjoni fuq argument, ser titkellem ma’ persuni li b’kuraġġ u diterminazzjoni, għamlu żewġ affarijiet kbar ħafna għal għan filantropiku.

Dawn  għamluha bl’iskop li jiġbru fondi għall-entitajiet differenti.  Turija ta’ Solidarjeta’.

Xi jġiegħel bniedem jagħmel xi ħaġa daqshekk kbira, li għaliha jkun irid iħejji ruħu minn ħafna xhur qabel?  … Kompli aqra »

Ċelebrazzjoni Żagħżugħa ta’ Fidi u Kultura

Nhar il-Ħadd 21 ta’ Awwissu 2011, is-26 edizzjoni tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ ġiet imfakkra fi Cuatro Vientos ġewwa Madrid. Żewġ miljun persuna ħadet sehem fl-avveniment, fosthom aktar minn 600 Maltin u Għawdxin.

Huma u jinġabru fuq il-post matul il-ġurnata ta’ qabel, iż-żgħażagħ irreżistew temperaturi għolja ħafna wara nofsinhar u xita qawwija filgħaxija sabiex jilqgħu lill-Papa Benedittu u jqattgħu il-lejl fit-talb flimkien miegħu… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 25 ta’ Awwissu

Mattew 24, 42-51

Ishru, mela, għax ma tafuhx il-jum li fih jiġi Sidkom. Kunu afu dan, li kieku sid id-dar kellu jkun jaf f’liema sahra tal-lejl se jiġi l-ħalliel, kien jishar u ma jħallix min jinfidlu  l-ħitan ta’ daru. Mela kunu lesti intom ukoll, għax qatt ma tistgħu tobsru s-siegħa li fiha jiġi Bin il-bniedem. “Intom min tgħidu li hu l-qaddej fidil u għaqli? … Kompli aqra »

F’GĦAXAR SNIN €4 MILJUNI FI PROĠETTI TA’ RESTAWR FIL-KONKATIDRAL

F’dawn l-aħħar għaxar snin il-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann nefqet aktar minn €4 miljuni fi proġetti ta’ restawr. Il-Fondazzjoni, li hi magħmula minn membri nominati mill-Arċisqof u oħrajn nominati mill-Prim Ministru, din is-sena qed tfakkar l-għaxra anniversarju mit-twaqqif tagħha.

Il-lista ta’ proġetti ta’ restawr hi waħda impressjonanti: ir-restawr sħiħ tal-kappella tal-Italja u dik ta’ Aragona; il-kappella tas-Sagrament u l-Madonna ta’ Filermos; ir-restawr tal-orgni storiku tal-Oratorju; restawr tal-pitturi ta’ San Ġorg fuq iż-Żiemel, San Karlu Borromeo, San Ġwann fid-Deżert, il-Verġni u Binha ma’ San Ġwann u Santa Eliżabbetta, il-Flaġellazzjoni ta’ Kristu, San Franġisk Saverju, San Ġakbu, u l-Martirju ta’ San Lawrenz, fost oħrajn… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 24 ta’ Awwissu

Ġwann 1, 45-51

Filippu sab lil Natanjel u qallu: “Sibna lil dak li fuqu kitbu Mosè fil-Liġi, u l-profeti fil-kotba tagħhom: Ġesù minn Nazaret, bin Ġużeppi.” Qallu Natanjel: “Tista’ toħroġ xi ħaġa tajba minn Nazaret?” “Ejja u ara,” wieġbu Filippu. Meta Ġesù ra lil Natanjel riesaq lejh qal għalih: “Ara, dan tassew wieħed minn Iżrael li jixraqlu dan l-isem; ma hemm ebda qerq fih.” ]atanjel staqsieh: “Kif sirt tafni?” U Ġesù wieġbu: “Rajtek taħt is-siġra tat-tin qabel ma sejjaħlek Filippu.” “Rabbi,” qallu Natanjel,”int l-Iben ta’ Alla, inti s-sultan ta’ Iżrael!” Ġesù wieġbu: “Qiegħed temmen għax għedtlek li rajtek taħt is-siġra tat-tin? … Kompli aqra »

RIFLESSJONI DWAR IĊ-ĊELEBRAZZJONI DINJIJA TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ

WYD2011

F’wieħed mill-aħħar editorjali ta’ Gian Maria Vian, direttur tal-gazzetta semi-uffiċjali tal-Vatikan, L’Osservatore Romano, wieħed isib riflessjoni u kummentarju dwar kliem il-Papa liż-żgħażagħ f’għeluq iċ-ċelebrazzjonijiet il-Ħadd li għadda.

Ifakkar l-ewwel li f’nofs it-tieni jum tal-preżenza tiegħu f’Madrid fi Spanja, il-Papa jikkwota lill-filosfu Platun iħeġġeġ biex ‘wieħed ifittex il-verita sakemm għadu żagħżugħ, inkella, jekk ma jagħmilx hekk, iżjed tard jaf ikun tard wisq’… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 23 ta’ Awwissu

Mattew 23,23-26

“Ħażin għalikom, intom il-kittieba u l-Fariżej, uċuħ b’oħra! Intom tħallsu d-dieċmi fuq in-nagħniegħ u l-busbies u l-kemmun, u mbagħad tagħlqu għajnejkom għal dak li hu l-aqwa fil-Liġi, jiġifieri, il-ġustizzja u l-ħniena u s-sinċerità! Dawn kien imisskom tagħmlu, bla ma tħallu l-oħrajn barra, ja mexxejja għomja, li ma tħallux nemusa tgħaddi mill-passatur, biex mbagħad tibilgħu ġemel! … Kompli aqra »