Arkivji mensili: Awwissu 2011

Il-Vanġelu tal-Jum – 22 ta’ Awwissu

Il-Festa ta’ Marija Regina

Luqa 1,26-38

Mbagħad fis-sitt xahar Alla bagħat l-anġlu Gabrijel f’belt tal-Galilija. jisimha Nazaret, għand xebba, mgħarrsa ma’ raġel jismu Ġużeppi mid-dar ta’ David. Dix-xebba kien jisimha Marija. L-anġlu daħal għandha u qalilha: “Sliem għalik, mimlija bil-grazzja, il-Mulej miegħek.” Hi tħawwdet ħafna għal dan il-kliem, u bdiet taħseb bejnha u bejn ruħha x’setgħet qatt tfisser din it-tislima… Kompli aqra »

22 – 28 ta’ Awwissu

It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja.

4.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi l-elezzjoni tal-Badessa fil-Monasteru ta’ Santa Skolastika, Birgu.

It-Tlieta

L-Erbgħa

9.30 a.m. L-Arċisqof iżur il-bini l-ġdid tal-Progress Press.

6.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fis-Santwarju ta’ Santa Tereza, B’Kara, bi preparazzjoni għall-pellegrinaġġ tal-morda organizzat mill-Assoċjazzjoni Volontiera Lourdes

Il-Ħamis

Wara nofs in-nhar l-Arċisqof iżur l-abbatini ta’ Birkirkara, f’Għawdex… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum u Kelma Għall-Ħajja – 21 ta’ Awwissu

Agħfas fuq l-istampa li tidher hawn taħt biex tara l-iktar edizjoni riċenti tal-programm ‘Kelma għall-Ħajja’.


Mattew 16, 13-20

Meta wasal fl-inħawi ta’ Ċesarija ta’ Filippu, Ġesù staqsa  lid-dixxipli tiegħu u qalilhom: “Min jgħidu n-nies li hu Bin il-bniedem?” U huma weġbuh: “Xi wħud, Ġwanni l-Battista; oħrajn, Elija; u oħrajn, Ġeremija jew wieħed mill-profeti… Kompli aqra »

MESSAĠĠ MILL-ARĊISQOF FL-OKKAŻJONI TAL-FONDAZZJONI ĠDID TAS-SORIJIET KLARISSI F’GĦAWDEX

Dar tal-Klarissi, San Ġiljan

20 ta’ Awwissu 2011

Ħuti,

Intom għażiltu l-jum u l-jum huwa marbut mal-Liturġija tal-Ħadd,  allura jien se nieħu xi siltiet, mill-Kelma ta’ Alla tal-ġurnata għall-aħwa li sejrin Għawdex. Għax dawn iż-żewġ lezzjonijiet donni rajthom li bihom il-Mulej jaf jipprovdi r-riflessjonijiet tiegħu. Għalhekk jien ħadt siltiet mill-Ittra lir-Rumani u mill-Vanġelu skont S… Kompli aqra »

VJOLENZA QATT, IMMA KELLHOM GĦALFEJN JIPPROTESTAW?

L-irvelli li seħħu din il-ġimgħa fost l-immigranti irregolari li qed jinżammu fiċ-ċentru tad-detenzjoni f’Ħal Safi qajmu reazzjonijiet qawwija, kif mistennija wara kollox. Kif, staqsew ħafna, waslu għal dan? Mhux sew li biex wieħed jipprotesta, jispiċċa biex ikisser, ifarrak, jaħraq u jinsulenta. Hemm modi oħra ta’ kif wieħed iwassal l-ilmenti jew ir-rabja li jista’ jkollu. Barra li ħafna huma tal-fehma li Malta, mill-mezzi limitati li għadha, u minkejja ċ-ċokon tagħha, qed tagħmel sforz ġenwin biex tirrispetta l-obbligi internazzjonali tagħha bħala pajjiż ċivilizzat, u tilqa’ lil dawn ħutna li jispiċċaw ifittxu refuġju f’pajjiżna… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 20 ta’ Awwissu

Matthew 23, 1-12

Mbagħad Ġesù kellem lin-nies u lid- dixxipli tiegħu, u qalilhom: “Fuq il-katedra ta’ Mosè qagħdu l-kittieba u   Fariżej.  Mela kull ma jgħidulkom huma agħmluh u ħarsuh, iżda tagħmlux kif jagħmlu huma, għax huma kliem biss għandhom, imma fatti xejn. Huma jorbtu qatet kbar u tqal u jgħabbuhom fuq spallejn ħaddieħor, waqt li huma stess anqas b’sebagħhom wieħed ma jridu jħarrkuhom… Kompli aqra »

QUDDIESA B’TIFKIRA TAL-MEWT TAL-ISQOF EMANUEL GALEA

Fil-Parroċċa ta’ S. Pawl il-Baħar ser issir tifkira tal-mewt tal-Qaddej t’Alla, l-Isqof Emanuel Galea, nhar is-Sibt, 27 t’ Awwissu 2011, fil-Quddiesa tas-6.00 p.m. Il-Kappillan u l-Viċi Postulatur jistiednu lil dawk kollha li jinsabu fil-vaganzi f’ S. Pawl il-Baħar u lill-parruċċani kollha biex jieħdu sehem.

Il-Qaddej t’Alla, l-Isqof Galea, li l-qdusija tiegħu saħħret lil kulħadd, se jagħlaq 37 sena minn mindu mar lura f’dar il-Missier fil-21 t’ Awwissu 1974… Kompli aqra »

‘IEQFU, ISIMGĦU U RRIFLETTU FUQ DAK LI QED JIPPROVA JGĦIDILKOM ALLA’ – IL-PAPA LIŻ-ŻGĦAŻAGĦ

Pope Benedict XVI

Fl-aħħar messaġġ tiegħu f’udjenza ġenerali qabel ma vjaġġalejn Spanja, fejn bħalissa jinsab għall-qofol taċ-ċelebrazzjonijiet tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ, il-Papa Benedittu XVI qal li “ħafna nies lanqas biss iħallu ftit ħin fil-ġurnata sabiex huma stess jieqfu u jaħsbu ftit fuq dak li Alla qed jagħmel f’ħajjithom”. Fi kliemu, “il-ħin tagħna hu okkupat b’daqtsant attivitajiet, impenji,tħassib u problemi, li nispiċċaw ma nsibux ħin għalina nfusna, biex nieqfu nirriflettu bl-iskop li narrikkixxu l-ħajja spiritwali tagħna permezz ta’ kuntatt dirett m’Alla”… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 19 ta’ Awwissu

Mattew 22,34-40

Il-Fariżej, meta semgħu kif lis-Sadduċej kien saddilhom ħalqhom, nġabru madwaru, u wieħed minnhom, għaref fil-Liġi, għamillu din il-mistoqsija biex iġarrbu: “Mgħallem, liema hu l-kmandament il-kbir, fil-Liġi?” Qallu Ġesù: “Ħobb lill-Mulej, Alla tiegħek, b’qalbek kollha, b’ruħek kollha, u b’moħħok kollu.’ Dan hu l-kmandament il-kbir u l-ewwel wieħed… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 18 ta’ Awwissu

Matthew 221-14

Ġesù raġa’ qabad ikellimhom bil-parabboli u qalilhom: “Is-Saltna tas-smewwiet tixbah lil wieħed sultan li għamel festa għat-tieġ ta’ ibnu. U bagħat għall-mistednin mal-qaddejja tiegħu biex jiġu għall-festa; imma dawk ma ridux jiġu. U reġa’ bagħat qaddejja oħra, u qalilhom, ‘Għidu lill-mistednin: Ara, il-mejda tiegħi lesta; il-barrin u l-għoġiela msemmna diġà maqtula u kollox lest; ejjew għall-festa.’ Iżda dawk ma tawx kas; min mar l-għalqa, min għan-negozju tiegħu, u l-bqija qabdu lill-qaddejja tas-sultan, żebilħuhom u qatluhom… Kompli aqra »