Arkivji mensili: Settembru 2011

CARITAS MALTA TIĠBOR €49,400

Il-Caritas Malta s’issa gabret is-somma ta’ €49,400 mill-programm tat televixin għall-ġbir ta’ fondi li xxandar nhar il-Ħadd 25 ta’ Settembru 2011.  Dawn il-fondi se jgħinu biex jiffinanzjaw is-servizzi li l-Caritas Malta toffri b’xejn lill-pubbliku Malti.

Kelliemi għall-Caritas Malta qal illum li l-organizazzjoni tirringrazzja lill-poplu Malti  talli wieġeb b’dan il-mod ġeneru¿ għall-appell biex jappoġġjaw id-diversi programmi u servizzi għal nies fid-diffikultà.

Huwa qal li ghal dan l-iskop jistgħu jibqgħu jintbgħatu donazzjonijiet lill-Caritas Malta 5, Triq l-Iljun, il-Floriana FRN1514… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 28 ta’ Settembru

Luqa 9, 57-62

Huma u miexja fit-triq kien hemm wieħed li qallu: “Tmur fejn tmur, jiena niġi warajk.” U qallu Ġesù: “Il-volpijiet għandhom l-għerien tagħhom u l-għasafar ta’ l-ajru l-bejtiet, iżda Bin il-bniedem ma għandux fejn imidd rasu.” Lil wieħed ieħor qallu: “Imxi warajja.” Iżda dak wieġbu: “Ħallini l-ewwel immur nidfen lil missieri.” Iżda hu wieġbu: “Ħalli l-mejtin jidfnu l-mejtin tagħhom; iżda int mur u xandar is-Saltna ta’ Alla.” U ieħor ukoll qallu: “Jien niġi, Mulej, warajk, imma l-ewwel ħallini nsellem lil  tad-dar.” Qallu Ġesù: “Min iqiegħed idu fuq il-moħriet u jħares lura m’huwiex tajjeb għas-Saltna ta’ Alla.”

Il-Qaddisin tal-jum: San Vincezlaw; San Lorenzu Ruiz u Shabu

Kompli aqra »

“ESPERJENZA TA’ TIĠDID” – L-ASSEMBLEA DJOĊESANA 2011

L-Arċisqof Pawlu Cremona OP ppresieda l-Assemblea Djoċesana tal-Knisja f’Malta li tlaqqet nhar il-Ġimgħa 23 u s-Sibt 24 ta’ Settembru, fiċ-Ċentru Animazzjoni u Komunikazzjoni (CAK), B’Kara.

Din hi laqgħa annwali li tiġbor flimkien mal-Arċisqof il-mexxejja tal-oqsma kollha tal-Knisja f’Malta – il-membri tal-kunsill presbiterali u tal-kunsill pastorali djoċesan, id-delegati tal-Arċisqof fis-Segretarjati u Kummissjonijiet Djoċesani, il-provinċjali tal-kongregazzjonijiet reliġjużi, il-kappillani, il-kapijiet tal-iskejjel tal-Knisja, il-mexxejja tal-għaqdiet u l-movimenti tal-Knisja, u diversi persuni oħra li jagħtu sehemhom fil-ħajja tal-Knisja… Kompli aqra »

ĊELEBRAZZJONIJIET PRESEDUTI MILL-PAPA TUL OTTUBRU U NOVEMBRU

St Peter's Square

L-Uffiċċju għaċ-ċelebrazzjonijiet Liturġiċi tal-Papa ppubblika l-kalendarju taċ-ċelebrazzjonijiet li l-Kap tal-Knisja Kattolika se jippresiedi tul Ottubru u Novembru.

9 t’Ottubru,  jaħbat it-28 Ħadd ta’ Matul is-sena. Dakinhar il-Papa se jagħmel żjara pastorali f’Lamezi Terme u Serra San BRUNO, L-Italja.

16 t’Ottubru, jaħbat id-29 Ħadd ta’ Matul is-sena. Fid-9.30am fil-Bażilika tal-Vatikan, il-Papa jiċċelebra quddiesa marbuta mal-evaġelizzazzjoni l-ġdida… Kompli aqra »

MESSAĠĠ GĦAL JUM DINJI TAT-TURIŻMU 2011

‘IT-TURIŻMU JGĦAQQAD IL-KULTURI’

Nhar is-27 ta’ Settembru bit-tħabbrik tal-World Tourism Organisation (UNWTO), li sa mill-ewwel ċelebrazzjoni tagħha fis-sena 1980 gawdiet is-sapport tas-Santa Sede, ser jiġi ċċelebrat il-Jum Dinji tat-Turiżmu.

It-tema għal din is-sena ser tkun:  it-Turiżmu jgħaqqad il-kulturi. Tema li  tenfasiżża l-importanza li s-safar għandu, u l-mod kif kulturi differenti jiltaqgħu permezz ta’ dan, speċjalment fid-dinja ta’ żmienna fejn madwar disgħin miljun ruh jivjaġġaw internazzjonalment; dan dejjem grazzi għal meżżi differenti ta’ komunikazzjoni u titjiriet bi prezz ridott… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 27 ta’ Settembru

Luqa 9, 51-56

Meta qorob għalih iż-żmien li fih kellu jittieħed mid-dinja, b’rieda sħiħa dar u telaq lejn Ġerusalemm. U bagħat xi messaġġiera qablu li, huma u sejrin, daħlu f’raħal tas-Samarija biex iħejjulu fejn joqgħod. Iżda hemmhekk ma laqgħuhx, billi hu kien sejjer Ġerusalemm. Meta raw dan, id-dixxipli Ġakbu u Ġwanni qalulu: “Mulej, tridx ngħidu lin-nar jinżel mis-sema u jeqridhom?” Iżda hu dar fuqhom u ċanfarhom… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 26 ta’ Settembru

Luqa 9, 46-50

Qamet kwistjoni bejniethom dwar min kien l-akbar fosthom. Ġesù għaraf x’kellhom f’moħħhom, u ressaq tifel żgħir lejh, qiegħdu maġenbu,  u qalilhom: “Min jilqa’ lil dan it-tifel żgħir minħabba f’ismi, ikun jilqa’ lili; u min jilqa’ lili, ikun jilqa’ lil dak li bagħatni. Għax min hu l-iżgħar fostkom ilkoll, dak hu l-kbir.” Qabeż Ġwanni u qallu: “Mgħallem, rajna wieħed ikeċċi x-xjaten f’ismek, u ridna nżommuh, għax hu m’huwiex wieħed minn tagħna.” Imma Ġesù qallu: “La żżommuhx, għax min m’huwiex kontra tagħkom, huwa magħkom.”

Il-Qaddisin  tal-jum: San Cosmas u Damian Kompli aqra »

MESSAĠĠ MILL-ARĊISQOF FL-OKKAŻJONI TAL-BEATIFIKAZZJONI TA’ SR ENRICHETTA ALFIERI

Konkatidral ta’ San Ġwann

25 ta’ Settembru 2011

Eċċellenza President ta’ Malta, Dr George Abela.

Ħuti,

aħna ġejna hawnhekk illum biex flimkien mal-Knisja universali u b’mod speċjali mas-Sorijiet tal-Karita, aħna nifirħu għaliex membru tal-Kongregazzjoni tagħhom, Sr Enrichetta Alfieri, il-Mulej ta grazzja permezz ta’ l-Ispirtu s-Santu li l-Knisja tirrikonoxxi li għandha messaġġ speċjali li kapaċi jkun ta’ dawl għalina lkoll… Kompli aqra »

26 ta’ Settembru – 2 ta’ Ottubru

It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.

4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-komunita’ tas-Sorijiet Ursolini, r-Rabat, bħala parti miż-Żjara Pastorali tiegħu f’din il-parroċċa.

5.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Djakonija tal-istess parroċċa, fis-Sala St Patrick.

6.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ fis-Sala St Patrick mal-Kummissjoni Liturġija tar-Rabat.

7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Pastorali Parrokkjali, Kummissjoni Ekonomiku Parrokkjali u Kunsill Implimentazzjoni Sinodu, fis-Sala St Patrick tar-Rabat… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum u Kelma Għall-Ħajja – 25 ta’ Settembru

Agħfas fuq l-istampa li tidher hawn taħt biex tara l-iktar edizjoni riċenti tal-programm ‘Kelma għall-Ħajja’.

Mattew 21, 28-32

“Intom x’jidhrilkom? Kien hemm raġel li kellu żewġ ulied. Resaq fuq il-kbir u qallu, ‘Ibni, illum mur aħdem l-għalqa tad-dwieli.’ U dak qallu, ‘Ma rridx.’ Iżda mbagħad biddel  il-fehma u mar… Kompli aqra »