Arkivji mensili: Ottubru 2011

IL-PAPA: L-VJOLENZA M’GĦANDHIEX POST FIL-PROMOZZONI TAL-PAĊI U L-FIDI

Pope Benedict XVI

“Il-vjolenza m’għandhiex postha fil-promozzjoni tal-paċi u l-fidi”. Il-Papa Benedittu XVI qal dan f’Assisi flimkien ma’ rappreżentanti minn reliġjonijiet oħra u ma’ persuni li ma jemmnux għall-pellegrinaġġ li fih se jsiru djalogi u talb għall-paci u l-ġustizzja.

Dan il-pellegrinaġġ qiegħed isir fl-okkażjoni tal-25 anniversajru minn meta l-Beatu Ġwanni Pawli II għamel l-istess laqgħa.

Fid-diskors tiegħu l-Papa tkellem dwar il-vjolenza li qed tiddomina d-dinja… Kompli aqra »

IR-RISPETT LEJN L-ANNIMALI

Matul dawn l-aħħar xhur il-media wasslitilna rapporti dwar każijiet xokkanti ta’ kefrija kbira fuq l-annimali. Dawn l-atti ġibdu l-attenzjoni tal-pubbliku inġenerali u ħolqu ferment mal-pajjiż kollu. Bla tlaqliq ta’ xejn, il-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent (KA) tingħaqad mal-bqija tal-poplu u tikkundanna bla riżervi dawn l-atti barbareski. Li tispara fuq kelb u tidfnu ħaj, li tagħlaq kelb f’borża tal-plastik u titfgħu fiż-żibel ferut u agunija, li ssallab ġeru u ssammru rasu ’l isfel ma’ bieb ta’ residenza, minbarra li jnaqqsu mill-ġieħ tal-istess persuni li jwettquhom, huma atti li joffendu s-sentimenti tal-komunità u għalhekk huma atti li jitolbu kundanna serja li għandha tkun riflessa fis-sentenzi u l-pieni xierqa li jingħataw fil-qorti li jservu ta’ deterrent… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 28 ta’ Ottubru

Luqa 6, 12-19

Mela darba fost l-oħrajn ħareġ lejn l-għoljiet biex jitlob, u għadda l-lejl fit-talb lil Alla. Meta sebaħ, sejjaħ lejh id-dixxipli tiegħu u minnhom għażel tnax, li semmiehom appostli: Xmun, li semmieh Pietru, u ħuh Indrì, Ġakbu, Ġwanni, Filippu, Bartilmew, Mattew, Tumas, Ġakbu ta’ Alfew, Xmun l-Imħeġġeġ, Ġuda ta’ Ġakbu u Ġuda l-Iskarjota, li mbagħad ittradieh. Mbagħad niżel magħhom u waqaf f’wita, flimkien ma’ kotra kbira ta’ dixxipli u folla kbira ta’ nies minn kull naħa tal-Lhudija u Ġerusalemm u mix-xtajta ta’ Tir u Sidon… Kompli aqra »

ARĊIPRIET ĠDID GĦALL-PARROĊĊA TA’ SAN PAWL NAWFRAGU, VALLETTA

L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ħatar lil Dun Mario Tong bħala arċipriet tal-parroċċa ta’ San Pawl Nawfragu, Valletta.

Dun Mario twieled il-Hamrun nhar id-29 ta’ April 1953 u trabba f’Raħal Ġdid. Irċieva l-edukazzjoni tiegħu fl-iskola Primarja ta’ Raħal Ġdid, is-Seminarju minuri u dak Magguri.

Ġie ordnat saċerdot fid-19 ta’ Gunju 1977 u mill-ewwel mar jagħti servizz fid-Djoċesi ta’ Ġibilta, fejn f’Mejju 1978 ġie maħtur Kappillan tal-Parroċċa St Joseph the WorkerKompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 27 ta’ Ottubru

Luqa 13, 31-35

Dak il-ħin stess resqu fuqu xi Fariżej u qalulu: “Mur, itlaq minn hawn, għax Erodi jrid joqtlok.” U hu qalilhom: “Morru għidulu lil dak il-volpi, ‘Ara, jiena nkeċċi x-xjaten u nfejjaq il-mard illum u għada, u fit-tielet jum nasal fit-tmiem tiegħi. Madankollu llum u għada u pitgħada jeħtieġli nissokta t-triq tiegħi, għax ma għandux ikun li profeta jinqered barra minn Ġerusalemm… Kompli aqra »

MESSAĠĠ TAL-ARĊISQOF FL-OKKAŻJONI TAL-FUNERAL TA’ MISSIERU

KonKatidral ta’ San Ġwann, il-Belt, Vallettta

26 ta’ Ottubru, 2011

Ħuti,

Hemm diversi modi kif tibda tħares lejn dan il-mument, iżda jien nixtieq li nħarsu lejh fid-dawl tal-kliem li nsibu fil-ktieb ta’ Ġob: “Il-Mulej tani, il-Mulej ħadli: ikun imbierek isem il-Mulej” (1,21). Nixtieq li nagħmlu tagħna it-tagħlima ta’ Ġob għaliex hija l-unika triq lejn Alla: ta’ umilta’ u fiduċja quddiem il-kobor ta’ Alla, aktar milli ta’ pretensjoni quddiemu.  … Kompli aqra »

Seminar għall-mużiċisti nsara

Nhar is-Sibt 29 ta’ Ottubru 2011 – il-mużiċisti nsara se jiltaqgħu għall-seminar ta’ fomrazzjoni ġewwa Dar Frate Jacoba f’Marsascala, bi preparazzjoni għall-Konkors Jum Dinji taż-Żgħażagħ.

Il-konferenza, bit-tema ‘MoreVolume’, se tkun imqassma fuq sessjonijiet ta’ diskussjoni kif ukoll eżerċizzji prattiċi li jiffukaw fuq l-irwol uniku tal-mużiċisti bħala ministri.

‘MoreVolume’ se jkun immexxi mill-band taljana Nuova Civiltà li ġiet mistiedna apposta… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 26 ta’ Ottubru

Luqa 13,22-30

Huwa u sejjer lejn Ġerusalemm, għadda jgħallem f’xi bliet u rħula. U kien hemm wieħed qallu: “Mulej, jaqaw ftit huma dawk li jsalvaw?” U huwa weġibhom: “Tħabtu biex tidħlu mill-bieb  id-dejjaq, għax kif ngħidilkom jien, ħafna għad ifittxu li jidħlu u ma jirnexxilhomx. Għax meta sid id-dar ikun qam jagħlaq il-bieb, intom tibqgħu barra, u tibdew tħabbtu l-bieb u tgħidu, ‘Mulej, iftħilna.’ Iżda hu jweġibkom u jgħid, ‘Ma nafx mnejn intom.’ Mbagħad taqbdu tgħidulu, ‘Kilna u xrobna miegħek aħna, u int għallimt fil-pjazez tagħna.’ Hu jwieġeb u jgħidilkom, ‘Ma nafx mnejn intom; morru minn quddiemi, intom ilkoll li tagħmlu dak li m’hux sewwa!’ Hemmhekk ikun hemm il-biki u tgħażżiż tas-snien, meta taraw lil Abraham u lil Iżakk u lil Ġakobb u l-profeti kollha fis-Saltna ta’ Alla, u intom imkeċċija ‘l barra… Kompli aqra »

DOKUMENT TAL-VATIKAN JAPPELLA GĦAL REGOLAMENTAZZJONI TAS-SWIEQ

Financial Markets

Dokument tal-Vatikan appella għall-ħolqien gradwali ta’ awtorita politika dinjija b’poter wiesgħa biex tirregola s-swieq finanzjarji u tirrenja fl-inugwaljanzi u t-tfixkil fl-izvilupp kapitalista”. Id-dokument jgħid li l-krizi finanzjarja globali kurrenti qed turi “l-egoizmu kollettiv”. Zied li awtorita iktar minn nazzjonali hi meħtieġa sabiex il-ġid komuni jitpoġġa fil-qalba tal-attivita ekonomika internazzjonali.

It-test ta’ 41 paġna iġorr it-titlu “Toward Reforming the International Financial and Monetary Systems in the Context of Global Public Authority” jew “Lejn Riforma tas-Sistemi Finanzjarji u Monetarji Internazzjonali fil-Kuntest tal-Awtorita Pubblika Globali”… Kompli aqra »

SEMINAR MILL-KUMMISSJONI PASTORALI FID-DINJA TAX-XOGĦOL

Il-Kummissjoni Pastorali fid-Dinja tax-xogħol se torganizza nofs ta’ nhar seminar f’Dar l-Ewropa, Valletta, nhar l-Erbgħa 26 ta’ Ottubru 2011. Peress li din is-sena hija ddedikata lil volontarjat, dan is-seminar ser jiffoka fuq kif din it-tema torbot mad-dinja tax-xogħol.

Il-Kummissjoni, f’Lulju li għadda, ħarġet paper fuq ‘Min iħaddem u x-xogħol volontarju (Employers and Voluntary Work) li titkellem fuq kif il-Knisja tħares lejn ix-xogħol volontarju fid-dinja tax-xogħol, u anke xi suġġerimenti ta’ kif min iħaddem jista’ jippromwovi l-ħidma volontarja… Kompli aqra »