Arkivji mensili: Ottubru 2011

Il-Vanġelu tal-Jum – 25 ta’ Ottubru

Luqa 13,18-21

Mela qal: “Lil xiex tixbah is-Saltna ta’ Alla, u ma’ xiex se nxebbhuha? Tixbah lil żerriegħa tal-mustarda li wieħed raġel qabad u żeragħha fil-ġnien tiegħu, u mbagħad kibret u saret siġra, u l-għasafar ta’ l-ajru marru jbejjtu fil-friegħi tagħha.” U reġa’ qalilhom: “Ma’ xiex se nxebbahha s-Saltna ta’ Alla? Tixbah lil ftit ħmira li waħda mara qabdet u ħalltet ma’ tliet sigħan dqiq sakemm għoliet l-għaġna kollha.”

Il-Qaddisin tal-jum: L-40 Qaddisin Martri ta’ l-Ingilterra u Wales

Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 24 ta’ Ottubru

Luqa 13,10-17

Darba s-Sibt kien qiegħed jgħallem f’waħda mis-sinagogi. U kien hemm mara li kienet ilha tmintax-il sena bi spirtu li kien imarradha; kienet milwija ħafna, u ma kinitx tista’ tieqaf dritta għalkollox. Kif raha Ġesù sejjħilha u qalilha: “Mara, inti meħlusa mill-mard tiegħek.” U qegħdilha idejh fuqha, u minnufih waqfet dritta u bdiet tfaħħar lil Alla… Kompli aqra »

TITĦABBAR IL-MEWT TAS-SUR JOSEPH CREMONA, MISSIER L-ARĊISQOF

Illum il-Ħadd, 23 ta’ Ottubru 2011 fis-7.10 p.m., fid-Dar Santa Katarina, Ħ’Attard, fejn kien rikoverat, is-Sur Joseph M. Cremona, missier l-Eċċellenza Tiegħu Monsinjur Arċisqof Pawlu Cremona O.P., irritorna lejn il-Ħallieq fl-eta’ ta’ 95 sena. Gawduh f’ħajtu: martu Josephine nee’ Cauchi, ibnu l-ieħor Carmel (k/a Lino) u martu Mary Helen u bintu Marie Louise, in-neputijiet Marco u martu Joanne, Stefano u martu Nicolette u Johann, kif ukoll il-pro-neputijiet Luigi, Gianluca, Lara u Sam… Kompli aqra »

IS-SANTA SEDE U L-LIBJA WARA L-MEWT TA’ GADDAFI

Wara l-mewt tal-Kurunell Moammar Gaddafi fil-Libja, is-Santa Sede ħarġet stqarrija li fiha ddikjarat li “l-aħbar tal-mewt ta’ Gaddafi ġġib fi tmiemha fazi traġika ta’ ġlieda brutali biex jitwaqqa’ r-reġim oppressiv ta’ Gaddafi. Dan kollu jressaq quddiemna l-obbligu għal riflessjoni dwar it-tbatija umana u l-kollass ta’ kwalunkwe sistema ta’ tmexxija li ma tkunx ibbazata fuq ir-rispett u d-dinjita umana, imma biss il-kilba għall-poter. Hu ttamat issa li l-awtoritajiet fil-Libja jfittxu li jimpenjaw irwieħhom fi sforzi għall-paċi u binja mill-ġdid ta’ spirtu ta’ solidarjeta… Kompli aqra »

AKTAR MINN 300 SAĊERDOT MALTI U 90 LAJK F’ĦIDMA MISSJUNARJA

Minn stħarriġ li għamlet Il-ĠENSillum online jirriżulta li bħalissa f’għadd ta’ pajjiżi fid-dinja, 318 saċerdot Malti u Għawdxi u 90 lajk huma impenjati f’ħidma pastorali, soċjali, edukattiva u ta’ karità. Fost dawn hemm tmien Isqfijiet Maltin, tnejn fil-Brażil, tnejn oħra fil-Ħonduras, u oħrajn fil-Kenja, l-Albanija, l-Libja u s-Sri Lanka.

Malta għandha wkoll ħames saċerdoti li qegħdin iwettqu ħidma għas-Santa Sede. Barra dawn is-saċerdoti u lajċi Maltin impenjati barra minn pajjiżna, għadd ta’ sorijiet Maltin qed iwettqu ħidma diversa f’artijiet tal-missjoni… Kompli aqra »

24-30 ta’ Ottubru

It-Tnejn

9.15 p.m.L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.

4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mat-tfal li jattendu l-katekeżi fiċ-Ċentru tal-Katekeżi San Duminku, r-Rabat bħala parti miż-żjara pastorali tiegħu.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-subien li jattendu l-katekeżi fil-qasam tal-MUSEUM tas-subien, ir-Rabat.

8.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ fil-MUSEUM (subien) mal-katekisti tat-tfal, ir-Rabat.

It-Tlieta

12.30 p.m. L-Arċisqof jipparteċipa fuq il-programm ‘Sellili’ fuq TVM… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 23 ta’ Ottubru

Mattew  22, 34-40

Il-Fariżej, meta semgħu kif lis-Sadduċej Ġesù kien saddilhom ħalqhom, nġabru madwaru, u wieħed minnhom, għaref fil-Liġi, għamillu din il-mistoqsija biex iġarrbu: “Mgħallem, liema hu l-kmandament il-kbir, fil-Liġi?” Qallu Ġesù: “Ħobb lill-Mulej, Alla tiegħek, b’qalbek kollha, b’ruħek kollha, u b’moħħok kollu.’ Dan hu l-kmandament il-kbir u l-ewwel wieħed. U it-tieni jixbhu: ‘Ħobb lil għajrek bħalek innifsek.’ Dawn iż-żewġ kmandamenti huma l-qofol tal-Liġi kollha u tal-Profeti.”

Il-Qaddis tal-jum: San Ġwann ta’ Kapistranu

Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 22 ta’ Ottubru

Luqa 13,1-9

Dak il-ħin stess ġew xi wħud u qalulu b’dawk il-Galilin li Pilatu kien ħallat demmhom mad-demm tal-vittmi tas-sagrifiċċji tagħhom. U Ġesù qabad u qalilhom: “Taħsbu intom li dawn il-Galilin kienu iżjed midinbin mill-Galilin l-oħra biex sofrew dan kollu? Le, ngħidilkom; imma jekk ma tindmux, ilkoll tintilfu bħalhom. Jew dawk it-tmintax-il ruħ li fuqhom waqa’ t-torri ta’ Silwam u qatilhom, taħsbu intom li kienu iżjed ħatja min-nies l-oħra ta’ Ġerusalemm ? … Kompli aqra »