Arkivji mensili: Novembru 2011

IL-PAPA JGĦID LI HI MEĦTIEĠA REAZZJONI KREDIBBLI GĦALL-BIDLA FIL-KLIMA

Pope in audience

Il-Papa Benedittu XVI awgura suċċess fit-taħditiet dwar il-klima li se jiftħu t-Tnejn f’Durban fl-Afrika t’Isfel. Meta kien qed jindirizza lill-ġemgħa miġbura għat-talba tal-Angelus fi Pjazza San Pietru, Benedittu XVI esprima t-tama tiegħu “li l-membri kollha tal-komunita internazzjonali jilħqu qbil fuq reazzjoni responsabbli u kredibbli għall-fenomenu tal-bidla fil-klima”, li ddeskriva bħala wieħed “kumpless”.

Il-Papa appella wkoll lill-mexxejja internazzjonali involuti fit-taħditiet sabiex ir-risposta li jfittxu u possibbilment jaqblu fuqha tkun konformi mal-ispirtu ta’ solidarjeta, b’attenzjoni u sensittivita partikolari man-nies li jbatu l-iktar mill-faqar, flimkien mal-ġenerazzjonijiet li għadhom ġejjin… Kompli aqra »

28 ta’ Novembru – 4 ta’ Diċembru

Monday

9.15 a.m. The Archbishop presides over a Curia senior staff meeting.

5.15 p.m. The Archbishop meets children who attend Catechism at the Mtarfa parish centre, as part of his pastoral visit.

6.30 p.m. The Archbishop meets Mtarfa catechists.

7.30 p.m. The Archbishop meets the Parish Pastoral Council, the Council for the Implementation of the Synod, and the Parish Economical Council of Mtarfa… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum 27 ta’ Novembru

L-Ewwel Hadd tal-Avvent

Mark 13, 33-37

“Kunu għajnejkom miftuħa, ishru, għax ma tafux meta se jasal il-waqt. Jiġri bħal meta bniedem ikun siefer u telaq mid-dar, iħalli kollox f’idejn il-qaddejja tiegħu, kull wieħed fuq xogħlu, u lil tal-bieb jordnalu biex jibqa’ jishar. Mela ishru, għax ma tafux meta jiġi Sid id-dar, jekk hux fil-għaxija, jew f’nofs il-lejl, jew xħin jidden is-serduk, jew inkella mas-sebħ, li ma jmurx jiġi għal għarrieda u jsibkom reqdin… Kompli aqra »

IL-KURAĠĠ LI NIĠĠEDDU – AVVENT 2011

Ħutna,

Din l-ittra qed tasal għandkom fl-ewwel Ħadd tal-Avvent, iż-żmien li jwassalna għall-Milied. Il-Milied, fl-aspett uman, huwa r-rakkont ta’ kif żewġ ħajjiet – ta’ Marija u ta’ Ġużeppi – inbiddlu biex jidħol Ġesu` f’ħajjithom. It-tnejn ġew imnebbħin minn Alla. It-tweġiba ta’ Marija kienet “jiena l-qaddejja tal-Mulej, ħa jsir minni skont kelmtek”. It-tweġiba ta’ Ġużeppi kienet li jieħu lil Marija bħala martu… Kompli aqra »

ITTRA PASTORALI TAL-AVVENT GĦAT-TFAL

Għeżież Tfal,

Qed ngħaddilkom din l-ittra fl-ewwel Ħadd tal-Avvent, iż-żmien li jwassalna għall-festa tal-Milied. Il-Milied huwa rakkont tal-ħajja ta’ żewġ persuni li nbidlu għall-aħjar biex iħallu lil Ġesù jidħol f’ħajjithom, dawn huma Marija u Ġużeppi. Anke aħna bħal Marija u Ġużeppi rridu inħallu li ssir bidla fina, biex ikun jista’ jidħol Ġesù fil-ħajja tagħna.

Kemm hi xi ħaġa kerha meta l-bniedem ma jkunx irid jinbidel għall-aħjar… Kompli aqra »

IL-MAGĦMUDIJIET U T-TRABI LI TWIELDU BARRA Ż-ŻWIEĠ

Stħarriġ li sar mill-kappillani tat-Tlett Ibliet tal-Kottonera u dak tal-parroċċa tal-Kalkara juri li medjament 48.25 fil-mija tal-magħmudijiet li saru f’dawn l-erba’ parroċċi tul is-sena li għaddiet kienu ta’ trabi li twieldu barra ż-żwieġ. Kienu 51.75 fil-mija t-trabi li tgħammdu f’dawn il-parroċċi li kienu ta’ koppji miżżewġin.

Ir-riżultati ta’ dan l-istħarriġ kienu ppreżentati din il-ġimgħa waqt l-Assemblea tal-Parroċċi tat-Tlett Ibliet tal-Kottonera u tal-Kalkara li saret it-Tnejn li għadda… Kompli aqra »

QUDDIESA GĦAL DAWK LI MIETU FL-ARTIJIET TAL-EMIGRAZZJONI

Il-Kummissjoni Emigranti li segwiet mill-qrib u ħadet interess fil-każ ta’ ħruq fid-Dar tal-Anżjani fi Quakers Hill ġewwa Sydney, l-Awstralja, ttenni d-dispjaċir tagħha għal dak li ġara u għat-tbatija li kellu jgħaddi minna kull min ġarrab din l-esperjenza kera.

Il-Kummissjoni tixtieq twassal ukoll il-kondoljanzi lill-familjari tas-Sur Ceasar Galea, wieħed minn ħutna Maltin li tilef ħajtu f’din it-traġedja.

Nhar il-Ħadd 27 ta’ Novembru 2011, il-Kummissjoni Emigranti ser tiċċelebra quddiesa b’sufraġju għal ruħ dawk kollha li mietu fl-artijiet tal-Emigrazzjoni filwaqt li matul il-Quddiesa ser tiftakar b’mod speċjali f’dan ħuna li tilef ħajtu f’din it-traġedja… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum 26 ta’ Novembru

Luqa 21, 34-36

“Oqogħdu attenti, u qisu li l-ikel u x-xorb żejjed u s-sokor ma jmewwtulkomx qalbkom, u tħallux li l-ħafna tħassib għall-ħtiġiet tal-ħajja jeħdilkom raskom, li ma ssibuhx dak il-Jum fuqkom għal għarrieda. Għax hu Jum li għad jaqa’ bħal nassa fuq kull min jgħammar fuq wiċċ l-art kollha. Ishru, mela, u itolbu l-ħin kollu, biex tkunu tifilħu tgħaddu minn kull ma għandu jiġri u tieqfu quddiem Bin il-bniedem.”

Il-Qaddis tal-jum: San Leonardu Kompli aqra »

L-ARĊISQOF IMEXXI MUMENT TA’ TALB FL-IMTARFA

Nhar il-Ħamis 25 ta’ Novembru 2011, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. mexxa mument ta’ talb fiċ-ċentru parrokkjali tal-Imtarfa u wara ltaqa’ mal-Kummissjoni Evanġelizzazzjoni tal-istess parroċċa.

AGĦFAS HAWN għal aktar informazzjoni dwar iż-Żjara Pastorali tal-Arċisqof fil-parroċċa tiegħek.

Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar… Kompli aqra »

JUM IS-SAĊERDOT

Nhar il-Ħadd 4 ta’ Diċembru 2011, l-Arċidjoċesi ta’ Malta ser tiċċelebra għall-ewwel darba ‘Jum is-Saċerdot’ bis-suġġett ‘Jiena magħkom dejjem’ (Mt 16:20). L-għan ewlieni ta’ dan il-jum hu li jinħoloq għarfien dwar il-ħajja u l-ħidma tas-saċerdot fil-Knisja u fis-soċjetà għall-ġid tal-bniedem. Għalhekk, dakinhar fil-Quddies kollu ser isir talb speċjali għas-saċerdot.

Il-ħidma tas-saċerdot hi spiritwali u materjali. F’isem Sidna Ġesù Kristu u fuq l-eżempju tiegħu, s-saċerdot ifittex il-ġid tal-bniedem kollu u l-ġid tal-bnedmin kollha… Kompli aqra »