Arkivji mensili: Novembru 2011

Il-Vanġelu tal-Jum 25 ta’ Novembru

Luqa 21, 29-33

Gesu qalilhom parabbola: “Ħarsu lejn is-siġra tat-tin u s-siġar  l-oħra. Malli tarawhom jarmu, intom stess tintebħu li s-sajf diġà fil-qrib. Hekk ukoll meta taraw dan jiġri, kunu afu li s-Saltna ta’ Alla hi fil-qrib. Tassew ngħidilkom, li ma jgħaddix dan in-nisel sa ma jiġri dan kollu… Kompli aqra »

IL-PAPA LILL-CARITAS: ‘KUNU SINJAL TAL-IMĦABBA TA’ KRISTU’

Caritas Italiana

Meta laqa’ parteċipanti f’laqgħa organizzata minn Caritas tal-Italja f’għeluq l-40 anniversarju mit-twaqqif tagħha, il-Papa Benedittu XVI fakkar “fl-irwol importanti li Caritas għandha li teduka l-komunitajiet, il-familji u s-soċjeta ċivili, fejn il-Knisja hi msejħa tagħti”.

Il-Papa ħeġġeġ lil Caritas tal-Italja sabiex ma tabbandunax l-irwol edukattiv tagħha, anki meta l-missjoni ssir iktar diffi     ċli u tkun tidher li mhix tħalli l-frott. Ħeġġiġha tissokta bid-dmirijiet tagħha waqt li tibqa’ fidila lejn il-Knisja, b’rispett lejn l-identita tal-istituzzjonijiet fi ħdanha… Kompli aqra »

IL-KUMMISSJONI EMIGRANTI TOFFRI GĦAJNUNA OĦRA LIR-REFUĠJATI

It-Taqsima Refuġjati tal-Kummissjoni Emigranti tifhem id-diffikultà li wħud mir-refuġjati li hawn Malta jsibu biex iħallsu s-somma ta’ 58 Ewro biex japplikaw għall-permess tax-xogħol. Huwa għalhekk li l-Kummissjoni għamlet l-arranġamenti meħtieġa biex dawk li ma jistgħux iħallsu din is-somma jkunu jistgħu jissellfuha jew almenu parti minnha.

Fl-istess waqt, il-Kummissjoni tixtieq tieħu din l-opportunità li tirringrazzja lill-Gvern f’isem il-kategoriji kollha tar-refuġjati li hawn Malta għad-deċiżjoni għaqlija li jħalli lir-refuġjati, lil dawk mogħtija Protezzjoni Sussidjarja u Protezzjoni Umanitarja Temporanja u lil Asylum Seekers, li jaħdmu bil-permess tax-xogħol… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum 24 ta’ Novembru

Luqa 21, 20-28

“Meta mbagħad taraw lil Ġerusalemm magħluqa minn kullimkien bl-eżerċti, tkunu tafu li l-qerda tagħha tkun waslet. Ħa jaħarbu mbagħad lejn il-muntanji dawk li jkunu fil-Lhudija u jitbiegħdu minnha dawk li jkunu ġo nofsha, u ma jerġgħux lura fiha dawk li jkunu fir-raba’; għax dawk ikunu jiem il-kastig li fihom iseħħ kull ma hemm miktub… Kompli aqra »

ARĊIPRIET ĠDID GĦALL-PARROĊĊA TAL-MOSTA

L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ħatar lil Dun Albert Buhagiar bħala arċipriet tal-parroċċa tal-Mosta.

Dun Albert Buhagiar twieled f’Ħal Tarxien fid-19 ta’ Awwissu 1964. Irċieva l-edukazzjoni tiegħu fl-iskola Primarja ta’ Raħal Ġdid, il-Kulleġġ tal-Karmelitani, Santa Venera, u l-Kulleġġ De La Salle, Cottonera. Kompla l-istudji terzjarji tiegħu fil-Filosofija u t-Teoloġija, fl-Università ta’ Malta.

Dun Albert ġie ordnat saċerdot fit-2 ta’ Lulju, 1993… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF JINDIRIZZA LIŻ-ŻGĦAŻAGĦ

Nhar il-Ħadd 27 ta’ Novembru 2011, l-Arċisqof Pawl Cremona O.P. se joħroġ l-ittra annwali tiegħu liż-żgħażagħ waqt laqgħa ta’ talb fil-Kappella ta’ Maria Bambina f’Ħaż-Żabbar. Fl-indirizz tiegħu, l-Arċisqof huwa mistenni li jittratta l-idea tal-hena, hekk kif toħroġ mit-tema għaż-żgħażagħ insara dis-sena: “Ifirħu dejjem fil-Mulej” (Fil 4,4).

L-Arċisqof għażel li jwassal l-ittra tiegħu waqt is-serje ta’ laqgħat ‘Between the Lines’: esperjenzi mal-Kelma ta’ Alla mmexxija minn Mons… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF JILTAQA’ MA’ TERAPISTI

Nhar is-Tlieta 22 ta’ Novembru 2011 l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iltaqa’ ma’  numru ta’ terapisti (physiotherapists, speech therapists u occupational therapists). Il-laqgħa saret fis-Seminarju, Tal-Virtù. Din kienet waħda minn sensiela ta’ laqgħat organizzati mis-Segretarjat għal-Lajċi tal-Knisja f’Malta, fejn l-Arċisqof qiegħed jisma minn għand professjonisti minn setturi differenti dwar jekk it-twemmin nisrani jkunx ta’ għajnuna fil-qadi ta’ dmirijiethom u jekk jagħmilx differenza fit-twettiq tal-vokazzjoni tagħhom… Kompli aqra »

IL-ĦAJJA UMANA U D-DINJITA GĦANDHOM DEJJEM IKUNU SALVAGWARDJATI

Fl-Uffiċċju Stampa tas-Santa Sede saret il-preżentazzjoni tas-26 Konferenza Internazzjonali organizzata mill-Kunsill Pontifiċju għall-Kura Pastorali fil-qasam tas-saħħa. Il-Konferenza se jkollha t-tema “Health Pastoral Care, Serving Life in the Light of the Magisterium of Blessed John Paul II” – u se tkun qed issir bejn il-Ħamis u s-Sibt.

Waqt il-preżentazzjoni, l-Arċisqof Zygmunt Zimowski, President tal-Kunsill Pontifiċju rispettiv, qal li l-Konferenza għandha l-għan li tassigura li “t-tagħlim tal-Beatu Ġwanni Pawlu II fuq il-vanġelu tal-ħajja, u t-traduzzjoni ta’ dak it-tagħlim għall-attivita pastorali tal-Knisja, isejħu lil dawk kollha involuti u ta’ rieda tajba sabiex iħobbu l-ħajja u jgħixuha b’servizz, speċjalment lejn min hu dgħajjef u qed ibati”… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 23 ta’ Novembru

Luqa 21, 12-19

Imma qabel dan kollu jixħtu idejhom fuqkom u jippersegwitawkom, jagħtukom f’idejn il-mexxejja  tas-sinagoga u jitfgħukom il-ħabs, u jeħdukom quddiem slaten u gvernaturi minħabba f’ismi. Dan ikun jiswielkom biex tistgħu tagħtu xhieda. U żommu sewwa f’moħħkom: toqogħdux taħsbu minn qabel kif se tiddefendu ruħkom, għax jien nagħtikom kliem u għerf li kull min ikun kontra tagħkom ma jkunx jista’ jiqaflu jew imerih… Kompli aqra »

FIERA TAL-KOTBA S-SEMINARJU

The Seminary is organising a Grand Book Fair from Friday 25th November to Sunday 27th November, 2011. The fair will offer a varied range of books from English and Italian to Literature, Fiction, History, Philosophy, Theology, Melitensia and more. A coffee/cake shop will also be available during the opening hours. All proceeds go towards the Seminary.

The opening hours are:

Friday 25th November: 15:00 till 20:00;
Saturday 26th November: 09:00 till 20:00
Sunday 27th November: 08:00 Holy Mass; 09:00 till 20:00 Kompli aqra »