Arkivji mensili: Diċembru 2011

MESSAĠĠ TAL-MILIED LILL-EMIGRANTI MILL-ARĊISQOF PAWLU CREMONA

Għeżież Emigranti,

Wasal mill-ġdid il-Milied, il-Jum li fih saret l-ikbar ‘emigrazzjoni’ tal-istorja. L-Iben ta’ Alla ‘emigra’ biex ngħidu hekk, mingħand il-Missier biex jiġi fostna. Hawnhekk huwa għex, għamel il-ġid u miet imsallab.

Dan il-ħsieb ma jistax ma jfakkarniex fikom għeżież emigranti.

Għaliex anki intkom għamiltu l-istess vjaġġ. Hemm xi affarijiet f`Ġesú li jixxiebhu magħkom, u hemm xi affarijiet li jiddistingwu l-miġja ta’ Sidna Ġesú Kristu fostna… Kompli aqra »

PUBBLIKAZZJONI ĠDIDA BIS-SALMI RESPONSORJALI

There are two available versions of this publication: one for the organist and psalmist and another for the choir and the congregation. These books can be bought at the Archbishop’s Curia and major catholic bookstores. The hardback edition for the organist and psalmist is accompanied by four demo CDs at the price of €50 whereas the paperback edition for the choir and congregation is being sold at €10… Kompli aqra »

INAWGURAZZJONI TAL-EWWEL FAŻI TAL-MUŻEW TAL-MIGRAZZJONI

Nhar il-Ħamis 22 ta’ Diċembru 2011, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. inawgura l-ewwel fażi tal-Mużew Diġitali tal-Migrazzjoni li qed isir mill-Kummissjoni Emigranti fil-bini ta’ Dar l-Emigrant, Valletta.  L-inawgurazzjoni saret waqt l-okkażjoni soċjali tal-Milied li l-Kummissjoni Emigranti torganizza kull sena għall-operaturi u l-voluntiera fid-diversi ħidmiet tagħha.

Dun Alfred Vella, Direttur tal-Kummissjoni Emigranti, spjega li l-ewwel fażi tal-mużew, li x-xogħol fuqha qed isir mill-Grupp Exalta, tħaddan sistema ta’ digital collection management li tirrekordja, tikkonsolida u tippriserva d-dokumentazzjoni kollha li għandha l-Kummissjoni Emigranti dwar l-emigrazzjoni minn Malta.    … Kompli aqra »

IL-KNISJA TITTAMA LI TILĦAQ FTEHIM MAL-GĦAQDA NAZZJONALI ARMAR FIT-TOROQ

“Mal-Għaqda Nazzjonali Armar fit-Toroq għadu ma ntlaħaqx ftehim. Madankollu aħna qalbna qawwija li naslu ukoll fi ftit żmien. Riedna niffirmaw mal-għaqdiet b’mod separat għaliex kull għaqda hi awtonoma.”

Hekk qal lil IL-ĠENSillum online din il-ġimgħa kelliemi għall-Uffiċċju Komunikazzjoni tal-Kurja tal-Arċisqof, fid-dawl tal-ftehim dwar iċ-ċelebrazzjonijiet tal-festi reliġjużi, li kien iffirmat nhar l-Erbgħa bejn l-awtoritajiet tal-Knisja f’Malta u l-Għaqda Każini tal-Banda… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum 24 ta’ Dicembru

Luqa 1: 67-79

Żakkarija, missieru, mtela bl-Ispirtu s-Santu u beda jħabbar u jgħid:”Mbierek il-Mulej, Alla ta’ Iżrael, għaliex ġie jżur u jifdi l-poplu tiegħu, u waqqaf għalina qawwa ta’ salvazzjoni f’dar David qaddej tiegħu, bħalma wiegħed fl-imgħoddi b’fomm il-profeti qaddisin tiegħu, biex isalvana mill-għedewwa tagħna, u minn idejn dawk kollha li jobogħduna. B’hekk juri ħniena ma’ missirijietna u jiftakar fil-patt qaddis tiegħu, fil-ħalfa li ħalef lil Abraham missierna: li jagħtina l-grazzja li, wara li jeħlisna minn idejn l-għedewwa tagħna, naqduh bla biża’, tul ħajjitna kollha,bil-ġustizzja u l-qdusija quddiemu ħajjitna kollha… Kompli aqra »

ŻGĦAŻAGĦ SPANJOLI JRODDU LURA L-IKONA TAL-MADONNA F’RUMA

Marian icon

Fl-okkażjoni tal-laqgħa tradizzjonali tal-Papa mal-istudenti Universitarji fi Żmien il-Milied, ikona tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ kienet ritornata Ruma minn Madrid. Ix-xbieha tal-Verġni Marija, Tron tal-Għerf, daret ma’ Spanja kollha bi tħejjija għaċ-Ċelebrazzjonijiet tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ 2011.

L-ikona kienet ritornata Ruma minn delegazzjoni f’Madrid u grupp ta’ studenti Spanjoli li jinsabu jistudjaw f’Ruma. Il-Kappillan Spanjol spjega li “huma erba’ Professuri, Kappillan u xi studenti Universitarji ta’ Madrid, li flimkien ma’ studenti universitarji Spanjoli li kisbu borża ta’ studju biex jistudjaw f’pajjiż Ewropew, jinsabu Ruma… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum 23 ta’ Dicembru

Luqa 1: 56-66

Marija baqgħet ma’ Eliżabetta għal tliet xhur u mbagħad reġgħet lura lejn darha. Eliżabetta għalqilha ż-żmien biex teħles, u kellha tifel. Il-ġirien u qrabatha semgħu li l-Mulej wera ħniena kbira magħha, u marru jifirħu magħha. Meta mbagħad fit-tmien jum ġew biex jagħmlu ċ-ċirkonċiżjoni lit-tifel riedu jsemmuh Żakkarija għal missieru,  imma qabżet ommu u qalet: “Le, iżda Ġwanni jkun jismu.” Qalulha: “Ma hemm ħadd li jismu hekk fost qrabatek!” Mbagħad bdew jistaqsu bis-sinjali lil missieru x’ried isemmih, u hu talabhom xi ħaġa fuqiex jikteb, u kiteb hekk: “Ismu huwa Ġwanni.” U kulħadd baqa’ mistagħġeb… Kompli aqra »

INSARA INDJANI JIPPROMWOVU LIĠI KONTRA L-VJOLENZA RELIĠJUŻA

Grupp ta’ nsara fl-Indja bdew kampanja nazzjonali ta’ talb bil-għan li dawk li jfasslu l-liġijiet fil-pajjiż jindirizzaw abbozz ta’ liġi ferm mixtieqa li twaqqaf għal kollox il-vjolenza fil-mira tal-minoritajiet reliġjużi. Dan irrapurtatu l-Aġenzija Missjunarja tal-Aħbarijiet, il-Fides.

Membri tal-Kunsill Nisrani tal-Indja kollha, organizzazzjoni li tippromwovi l-liberta reliġjuża għall-minoritajiet kollha, partikolarment tal-Insara, nediet l-inizjattiva biex titqajjem kuxjenza lejn dik imsejħa l-‘Prevention of Communal and Targeted Violence Bill’… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum 22 ta’ Dicembru

Luqa 1: 46-56

Mbagħad qalet Marija: Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej,  u l-ispirtu tiegħi jifraħ f’Alla s-Salvatur tiegħi, għax hu xeħet għajnejh fuq iċ-ċokon tal-qaddejja tiegħu. Iva, minn issa ‘l quddiem kull nisel isejjaħli hienja, għax is-setgħani għamel miegħi ħwejjeġ kbar; qaddis hu l-isem tiegħu. Il-ħniena tiegħu tinfirex f’kull żmien fuq dawk li jibżgħu minnu… Kompli aqra »