Arkivji mensili: Jannar 2012

Il-Vanġelu tal-Jum 28 ta’ Jannar

Mark 4,35-41

Dakinhar, xħin sar filgħaxija qalilhom: “Ejjew naqsmu  għax-xatt l-ieħor.” Ħallew in-nies, u ħaduh magħhom kif kien fid-dgħajsa; u marru miegħu dgħajjes oħra. U qam riefnu kbir, u l-mewġ beda tiela’ għal ġod-dgħajsa, hekk li kienet ġa bdiet timtela  bl-ilma. Hu kien fil-poppa, rieqed fuq imħadda… Kompli aqra »

IL-MESSAĠĠ TAL-PAPA GĦALL-JUM DINJI

Mission Sunday

Il-Papa Benedittu XVI ħareġ bil-messaġġ tal-Jum Missjunarju Dinji , iċċelebrat f’Ottubru li ġej. It-tema għall-messaġġ ta’ din is-sena huwa marbut mar-radjazzjoni tal-kelma tal-verita li ħallielna Ġesu. Il-messaġġ tal-Papa hu maqsum f’erba’ partijiet. Fl-introduzzjoni, il-Jum Missjunarju Dinji jitpoġġa fil-kuntest tal-50 anniversarju tal-Konċilju Vatikan II, id-Dikjarazzjoni Konċiljari Ad gentes, is-Sena tal-Fidi u l-Assemblea Sinodali dwar l-Evanġelizzazzjoni l-Ġdida.

Viżibbilment separati b’titli, l-erba’ partijiet tal-messaġġ tal-Papa huma ddedikati għall-ekkleżjoloġija missjunarja, il-priorita tal-evanġelizzazzjoni, il-fidi u l-proklamazzjoni u l-proklamazzjoni li ssir imħabba… Kompli aqra »

EDIZZJONI SPEĊJALI TA’ QALBINNIES MINN RUMA NHAR IT-TNEJN LI ĠEJ FUQ TVM

Edizzjoni specjali ta’ Qalbinies minn Ruma nhar it-Tnejn 30 ta’ Jannar fuq TVM (9:45 p.m.).

Il-prezentatrici Josianne Camilleri, f’isem l-inewsroom ta’ radju RTK, tiltaqa’ ma’ Patri Prospero Grech O.S.A., li ser jinħatar kardinal mill-Papa Benedittu XVI fil-Konċistorju tat-18 ta’ Frar. Il-crew ta’ Qalbinnies qatta’ ftit jiem fil-Kunvent tal-Agostinjani f’Ruma biex insiru nafu iktar min hu dan il-patri tant maħbub… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum 27 ta’ Jannar

San Mark 4,26-34

U qal: “Is-Saltna ta’ Alla hi bħal meta raġel ikun xeħet  iż-żerriegħa fl-art. Rieqed jew imqajjem, billejl jew binhar, iż-żerriegħa tinbet u tikber, bla ma jaf kif. L-art trodd minnha nfisha l-ewwel il-barma, mbagħad is-sbula, mbagħad il-qamħ mimli fis-sbula. U meta l-frott isir, malajr il-bidwi jmidd idu  għall-minġel, għax ikun wasal żmien il-ħsad.” U qal: “Ma’ xiex sejrin inqabbluha s-Saltna ta’ Alla, jew b’liema parabbola nfissruha? … Kompli aqra »

FL-UDJENZA ĠENERALI DIL-ĠIMGĦA L-PAPA JGĦID LI L-ĦAJJA KKONSGRATA TFISSER LI TGĦIX GĦALL-OĦRAJN

Consecrated life – Living for God and for others

Fl-udjenza ġenerali ta’ kull nhar t’Erbgħa l-Papa Benedittu XVI dil-ġimgħa qal li l-“ħajja kkonsagrata tfisser li wieħed jagħti ħajtu kompletament għal Alla u għall-oħrajn”. Il-Papa ssokta bil-katekeżi tiegħu dwar it-talb nisrani, ħares lejn l-Aħħar Ċena, fejn Ġesu waqqaf l-Ewkaristija u l-Ministeru Saċerdotali. Benedittu XVI qal li Ġesu talab l-interċessjoni tal-Missier fuq id-dixxipli tiegħu “għax bħalu, huma wkoll mhumiex ta’ din id-dinja… Kompli aqra »

DOKUMENT TA’ FEHMA DWAR L-ABBOZZ TAL-POLITIKA NAZZJONALI TAT-TFAL

Reflecting on and actively participating in major national debates constitutes an essential part of the Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent’s (KA) remit. Consequently, the KA has, on several occasions, responded to various consultation documents addressing various aspects of Maltese society, thus actively contributing to the ensuing national debate.

For those who think that the KA’s sphere of activity should revolve only around the natural environment and its protection, the KA’s interest in the Draft National Children’s Policy might seem incongruent… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum 26 ta’ Jannar

Luqa 10, 1-9

Wara dan, il-Mulej għażel tnejn u sebgħin oħra u bagħathom tnejn tnejn qablu f’kull belt u post fejn kien se jmur hu. U qalilhom: “Il-ħsad huwa kbir, imma l-ħaddiema ftit. Itolbu mela lil Sid il-ħsad biex jibgħat ħaddiema għall-ħsad tiegħu. Morru! Araw, qiegħed nibgħatkom bħal ħrief qalb l-ilpup… Kompli aqra »

LECTURE MILL-PROFESSUR SANTE GUIDO

On Saturday 28th January 2012, at 10.00 a.m., Professor Sante Guido will be delivering a lecture at Palazzo de Piro, Mdina, on the recently discovered wax reliefs by Melchiorre Gafá. This is an opportunity to study the insights of the most prolific Maltese sculptor of the Roman Baroque period.

Entrance is free and the general public is invited to attend. Kompli aqra »

IS-SALEŻJANI F’XOGĦOL B’RISQ ŻGĦAŻAGĦ BI PROBLEMI SOĊJALI

Il-Gvern u l-komunità tas-Sależjani ffirmaw ftehim li permezz tiegħu l-iskola ta’ St Patrick f’Tas-Sliema, li hi mmexxija mis-Sależjani, tibqa’ tipprovdi edukazzjoni u servizz residenzjali lil numru ta’ tfal u żgħażagħ vulnerabbli minħabba s-sitwazzjoni fil-familja tagħhom. Għal dawn is-servizzi l-Gvern se jħallas €1.3 miljun fis-sena fuq medda ta’ tliet snin.

Is-Sależjani ilhom għal aktar minn 100 sena jipprovdu dan is-servizz lis-Soċjetà Maltija u għamlu ġid kbir lil mijiet ta’ tfal u żgħażagħ li tpoġġew fil-kura tagħhom tul is-snin, kemm mill-aspett edukattiv kif ukoll minn dak soċjali… Kompli aqra »