Arkivji mensili: Jannar 2012

L-ARĊISQOF IŻUR IT-TFAL LI JATTENDU L-KATEKIŻMU U L-KATEKISTI

Nhar it-Tnejn 23 ta’ Jannar 2012, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P.  iltaqa’ mat-tfal li jattendu l-katekiżmu fiċ-Ċentru Ġesu’ l-Ħabib tat-Tfal, San Ġwann, bħala parti miż-żjara pastorali tiegħu. Aktar tard, l-Arċisqof iltaqa’ mal-katekisti tat-tfal fiċ-Ċentru Parrokkjali.

AGĦFAS HAWN biex tara aktar ritratti taż-żjara pastorali tal-Arċisqof f’ San Ġwann.

Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar… Kompli aqra »

FTUĦ TAŻ-ŻJARA PASTORALI F’SAN ĠWANN

Nhar is-Sibt 21 ta’ Jannar 2012, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. żar il-komunita’ tas-Sorijiet Franġiskani f’San Ġwann. Aktar tard, l-Arċisqof iċċelebra Quddiesa fil-ftuħ taż-żjara pastorali tiegħu u wara ltaqa’ man-nies.

AGĦFAS HAWN għal aktar informazzjoni dwar iż-Żjara Pastorali tal-Arċisqof fil-parroċċa tiegħek.

Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar… Kompli aqra »

IL-PAPA DWAR IL-VALUR TAS-SILENZJU

Pope Benedict XVI

Is-silenzju ma jfissirx nuqqas ta’ komunikazzjoni. Huwa pjuttost wiċċ ieħor tal-istess kelma, b’tifsira relatata mas-soċjalizzazzjoni, l-edukazzjoni u l-evanġelizzazzjoni. Dan hu dak li l-Papa Benedittu XVI japprofondixxi dwaru fil-messaġġ tiegħu għas-46 Jum Dinji tal-Komunikazzjoni Soċjali, ippubblikat f’jum San Frangisk ta’ Sales, padrun tal-ġurnalisti.  It-tema tal-messaġġ huwa “Silence and Word: Path of Evangelization”  jew fi traduzzjoni litterali, “Is-Silenzju u l-Kelma: It-triq lejn l-Evanġelizzazzjoni”… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum 25 ta’ Jannar

San Mark 16,15-18

U qalilhom: “Morru fid-dinja kollha, xandru l-Evanġelju lill-ħolqien kollu. Min jemmen u jitgħammed, isalva; iżda min ma jemminx, ikun ikkundannat. U dawn huma s-sinjali li jsieħbu lil dawk li jemmnu: f’ismi jkeċċu x-xjaten, jitkellmu b’ilsna ġodda, jaqbdu s-sriep b’idejhom, u jekk jixorbu xi xorb li jġib il-mewt ma jagħmlilhomx ħsara; iqiegħdu idejhom fuq il-morda u dawn ifiqu.”

Il-Qaddis tal-jum: Il-Konversjoni ta’ San Pawl Kompli aqra »

KIF TIKKUNTATTJA T-TRIBUNAL METROPOLITAN U T-TRIBUNAL REĠJONALI

It-Tribunali tal-Knisja jixtiequ jinfurmaw lill-pubbliku dwar tibdil fin-numru tat-telefon li issa huwa 20119911 (l-ewwel istanza) u 20119922 (it-tieni istanza). L-indirizz tal-email u l-website tat-Tribunal huma [email protected] u www.maltachurchtribunals.org

Il-ħinijiet tal-ftuħ tat-Tribunali huma mit-8.00 a.m. sal-4.00 p.m. it-Tnejn, it-Tlieta, l-Erbgħa u l-Ġimgħa, u mit-8.00 a.m. sa nofsinhar is-Sibt. Kompli aqra »

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ĠUSTIZZJA U PAĊI

Il-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi tal-Knisja f’Malta tingħaqad mal-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ biex turi t-tħassib tagħha dwar dak li ġie rappurtat fil-media, dwar l-attakk vjolenti fuq żewġ tfajliet minħabba l-orjentazzjoni sesswali tagħhom.

Il-Kummissjoni tikkundanna bla riservi dan l-attakk u kull forma oħra ta’ diskriminazzjoni fuq bażi ta’ sess, razza, ġeneru, orjentazzjoni sesswali u reliġjon.

Il-Kummissjoni tixtieq tfakkar li aħna lkoll maħluqin fix-xbieha ta’ Alla u quddiem Alla ma hemmx omosesswali jew eterosesswali… Kompli aqra »

ELUF F’MIXJA FAVUR IL-ĦAJJA F’WASHINGTON

March for Life in Washington

Eluf ta’ nies li huma favur il-ħajja mxew sa quddiem il-Qorti Suprema Amerikana f’Washington sabiex ifakkru d-39 anniversarju ta’ deċiżjoni li wasslet għal-legalizzazzjoni tal-abort fl-Istati Uniti. Il-Mixja favur il-ħajja saret kull sena sa mill-1974, sena wara d-deċiżjoni tal-Qorti Sprema. Konsistentament, din hi waħda mill-ikbar protesti organizzati matul is-sena kollha f’Washington, anki meta l-kundizzjonijiet tat-temp ma jkunux favorevoli sabiex jingħaqdu iżjed nies fil-marċ ta’ protesta, kif ħafna jqisuh fir-rigward tal-abort… Kompli aqra »

KDZ: “disturbati bl-azzjonijiet ħarxa tal-offensuri”

L-omofobia hija sinjal perikoluż ta’ arroganza. Ħadd m’għandu jħossu mhedded minħabba l-orjentazzjoni sesswali. L-inċident vjolenti tal-ġimgħa li għaddiet huwa, qabel xejn, attakk fuq id-dinjità tal-vittmi u l-familji tagħhom. Iż-żgħażagħ fi ħdan il-knisja jħossuhom disturbati bl-azzjonijiet ħarxa tal-offensuri. L-iskoperta sesswali hija aspett kruċjali fit-tfittxija tal-identità personali, skoperta li għandha ssib appoġġ u mhux ostakli. L-iżvilupp taż-żgħożija huwa proċess delikat u jeħtieġ li jkun protett fl-istadji kollha tiegħu… Kompli aqra »