Arkivji mensili: Frar 2012

Il-Vanġelu tal-Jum 27 ta’ Frar

Mattew, 31-46

“Meta jiġi Bin il-bniedem fil-glorja tiegħu u bl-anġli kollha miegħu, mbagħad joqgħod fuq it-tron glorjuż tiegħu. U quddiemu jinġabru l-ġnus kollha, u hu jifridhom minn xulxin, bħalma r-ragħaj jifred in-nagħaġ mill-mogħoż: in-nagħaġ iqegħedhom fuq il-lemin tiegħu u l-mogħoż fuq ix-xellug. Mbagħad is-Sultan jgħid lil dawk ta’ fuq il-lemin tiegħu, ‘Ejjew, mberkin minn Missieri, ħudu b’wirt tagħkom is-Saltna li tħejjiet għalikom sa  mill-ħolqien tad-dinja… Kompli aqra »

27 – 4 ta’ Marzu

It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.

5.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tal-Kunsill Pastorali ta’ Ħal-Luqa dwar kappillan ġdid.

7.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tas-Soċjeta’ Ċivili ta’ San Ġiljan bħala parti  miż-Żjara Pastorali tiegħu fil-parroċċa.

It-Tlieta

5.30 p.m. L-Arċisqof iżur iċ-ċentru tal-katekeżi fil-MUSEUM tas-subien, f’San Ġiljan.

6.45 p.m… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum 26 ta’ Frar

l-Ewwel Hadd tar-Randan

Mark 1, 12-15

Mbagħad minnufih l-Ispirtu ħarġu fid-deżert. U baqa’ fid-deżert erbgħin jum, jiġġarrab mix-Xitan. Kien jgħix mal-bhejjem selvaġġi, u kienu jaqduh l-anġli. Wara li arrestaw lil Ġwanni, Ġesù mar il-Galilija jxandar l-Evanġelju ta’ Alla u jgħid: “Iż-żmien huwa mitmum, u s-Saltna ta’ Alla waslet; indmu u emmnu fl-Evanġelju.”

Il-Qaddis tal-jum: San Nestore

Kompli aqra »

ŻEWĠ KANDIDATI ĠODDA GĦAS-SAĊERDOZJU

Nhar il-Ġimgħa, 24 ta’ Frar 2012, saret ċelebrazzjoni fil-Knisja Parrokkjali ta’  Ħal Għaxaq li matulha żewġ seminaristi ntlaqgħu uffiċjalment mill-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. bħala kandidati għas-saċerdozju. Iż-żewġ seminaristi, li bħalissa jinsabu fil-ħames sena tal-formazzjoni, huma Luke Cutajar mill-parroċċa ta’ San Pawl, ir-Rabat, u Brian Gialanze mill-Parrocca San Pietru fil-Ktajjen, Birżebbuġa.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar… Kompli aqra »

L-ADOZZJONIJIET MILL-ETJOPJA:IL-KNISJA F’MALTA QATT MA TAT ‘STRUZZJONIJIET FORMALI’

Minkejja l-impressjoni li setgħet ingħatat f’kitbiet fuq timesofmalta.com u The Times f’dawn l-aħħar ġimgħat, IL-ĠENSillum online tista’ tikkonferma li l-Knisja f’Malta qatt ma tat struzzjonijiet formali dwar adozzjonijiet minn orfanatrofju mmexxi minn sorijiet Maltin fl-Etjopja. Il-verità hi, skont is-Superjura tal-Kidane Meheret Children’s Home, li l-policy tal-Gvern tal-Etjopja hi li tingħata prijorità lill-koppji miżżewġa u, fuq kollox, lil dawk Etjopiċi… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum 25 ta’ Frar

Luqa 5, 27-32

Wara dan, ħareġ u lemaħ wieħed pubblikan, jismu Levi, bilqiegħda quddiem il-mejda tat-taxxi, u qallu: “Ejja warajja.” Dak telaq kollox, qam u mar warajh. Mbagħad Levi għamillu laqgħa kbira f’daru stess, u kien hemm magħhom fuq il-mejda kotra kbira ta’ pubblikani u nies oħra. Il-Fariżej u l-kittieba sħabhom bdew igemgmu mad-dixxipli tiegħu, u qalulhom: “Dan l-għala tieklu u tixorbu mal-pubblikani u l-midinbin?” U Ġesù weġibhom: “Mhux dawk li huma f’saħħithom għandhom bżonn it-tabib, iżda l-morda… Kompli aqra »

IRTIR TAR-RANDAN

“U mar waħdu jitlob” … huwa l-isem ta’ Irtir tar-Randan li ser isir nhar  il-Ħadd 26  ta’ Frar 2012,  fl-Oratorju M.S.S.P., Triq San Ġiljan, B’Kara. L-irtir jibda fid-9:00 a.m.  sa 13:00 p.m. u jinkludi ċelebrazzjoni tal-Quddiesa. Dan l-irtir huwa parti mill-attivitajiet pastorali organizzati mill-Oratorju tal-M.S.S.P. Għal aktar informazzjoni ċemplu 99277648 jew 79876688 Kompli aqra »

IT-TORĊA BENEDITTINA TINXTGĦEL F’MALTA

The Benedictine Order has chosen Malta to hold its annual event of peace, hope and fraternity, known as the Benedictine Torch. Every year, since 1964, the Torch is the main feature of a pilgrimage beginning from the city chosen to light the torch and ending in Monte Cassino (Rome, Italy) at the Shrine of St Benedict.

This year, the Benedictine Torch will be lit in Malta by Archbishop Paul Cremona O.P… Kompli aqra »