Arkivji mensili: Frar 2012

IL-PAPA JILTAQA’ MAS-SAĊERDOTI FID-DJOĊESI TIEGĦU

Pope doing lectio divina with Roman clergy

Meta ltaqa’ u tkellem għal kważi tliet kwarti mas-saċerdoti fi ħdan id-djoċesi tiegħu f’Ruma, il-Papa Benedittu XVI ta indikazzjoni, mhux biss ta’ kif jersaq lejn u juża l-Iskrittura, iżda anki tal-prioritajiet u l-personalita tiegħu. Waqt li indirizza lis-saċerdoti bħala “l-kleru” tiegħu, il-Papa qasam magħhom riflessjoni dwar il-fidi, il-verita, it-tama u l-umilta. Bilqiegħda u mingħajr test formali, Benedittu XVI spjega kelmiet Griegi, għamel referenza għal testi Skritturali u anki xejriet fit-teoloġija moderna… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum 24 ta’ Frar

Mt 9,14-15

Mbagħad resqu lejh id-dixxipli ta’ Ġwanni u qalulu: “Għaliex aħna u l-Fariżej insumu, u d-dixxipli tiegħek ma jsumux?” Qalilhom Ġesù: “Huwa l-mistednin ta’ l-għarus se jsewwdu qalbhom sakemm l-għarus ikun għadu magħhom? Imma jasal il-jum meta l-għarus jeħduhulhom minn magħhom, u mbagħad isumu.

Il-Qaddis tal-Jum: San Sergju ta’ Cesarea Kompli aqra »

L-INTERESS NAZZJONALI U L-ĠID KOMUNI GĦANDHOM IKUNU L-PRINĊIPJI FIS-SOLUZZJONI GĦAL DIN IL-PROBLEMA

Fil-fehma tar-rettur tal-Kulleġġ Santu Wistin, is-sitwazzjoni li nħolqot wara li fil-bidu ta’ dan ix-xahar il-Bord tal-MEPA ma laqax l-applikazzjoni li saret quddiemu biex issir estensjoni tal-Kulleġġ tista’ twassal kuntrarjament għal dak li ssostni r-Riforma Nazzjonali tal-Edukazzjoni, fejn għadd ta’ tfal mhux se jkollhom id-dritt li jipparteċipaw fil-proċess tad-dħul fl-Iskejjel tal-Knisja.

Dejjem skont Fr Alan, fin-nofs hemm ukoll il-prinċipju tal-kontinwità “li hu l-bażi ta’ din ir-riforma biex uliedna f’età daqshekk żgħira jgħaddu mingħajr skossi mill-fażi Primarja għal dik Sekondarja”… Kompli aqra »

L-ISQOF MALTI F’BENGHAZI JFAKKAR IR-RIVOLUZZJONI LIBJANA

Bishop Sylvester Magro in Benghazi

Hekk kif ir-residenti f’Benghazi fil-Libja fakkru l-ewwel anniversarju mir-rivoluzzjoni tal-Libja, ir-ragħaj spiritwali tal-komunita kattolika fil-belt, l-Isqof Malti Silvestru Magro, tkellem dwar il-ħtieġa li tinbena mill-ġdid il-kongregazzjoni taħt il-kura tiegħu, kif ukoll dwar l-inċertezzi li jeżistu.

F’jum dit-tifkira, appuntu wara quddiesa li għalija attendew ftit għaxriet ta’ fidili, l-Isqof ta’ Benghazi, Silvestru Magro, qal: “Niżżu ħajr ‘l Alla li għadda kollox b’wiċċ il-ġid”… Kompli aqra »

MESSAĠĠ TAL-ARĊISQOF WAQT QUDDIESA GĦAD-DILETTANTI U ORGANIŻŻATURI TAL-FESTI

KonKatidral ta’ San Ġwann

23 ta’ Frar 2012

Ħuti,

Il-laqgħa tagħna din is-sena għamilniha propju fil-bidu tar-Randan; fl-Erbgħa tal-Irmied. Għamilna l-irmied fuq moħħna biex ngharfu l-verita, il-verita li hemm tistenniena f’ħajja  differenti, għax dik ta’ din l-art tintemm bħal ma jintemm l-irmied.  Bdejna din il-mixja li se teħodna għal misteri kbar tat-tbatija, il-mewt u l-qawmien ta’ Ġesu… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum 23 ta’ Frar

Luqa 9, 22-25

U qalilhom: “Jeħtieġ li Bin il-bniedem ibati ħafna, jiċħduh ix-xjuħ u l-qassisin il-kbar u l-kittieba, joqtluh, u fit-tielet jum iqum.” Darba qal lil kulħadd: “Jekk xi ħadd irid jiġi warajja, għandu jiċħad lilu nnifsu, jerfa’ salibu kuljum, u jimxi warajja. Għax min irid isalva ħajtu, jitlifha; imma min jitlef ħajtu għall-imħabba tiegħi, isalvaha… Kompli aqra »

LAQGĦA DWAR L-ATTWALITA’ TAR-REGOLA TA’ SAN BENEDITTU FIL-ĦAJJA TAN-NISRANI

Nhar it-Tlieta 28 ta’ Frar 2012, is-Segretarjat għal-Lajċi fil-Monasteru Benedittin tal-Imdina ser torganiżża laqgħa dwar l-attwalità tar-regola ta’ San Benedittu fil-ħajja tan-nisrani llum.

Miktuba qabel kollox għal-lajċi, f’din ir-regola wieħed għadu jista’ jsib diversi prinċipji li jistgħu jitħaddmu mhux biss fil-monasteru, imma wkoll mill-insara kollha, kemm jekk individwi jew familji, kemm jekk fl-għaqdiet jew fil-parroċċi.

It-tema tkun preżentata minn Fr Keith Bonnici, Kappillan tal-Iklin u wara jkun hemm diskussjoni minn numru ta’ lajċi midħla tar-regola benedittina… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF IŻUR IL-KUMMISSJONIJIET U L-KUNSILLI TAL-PARROĊĊA TA’ SAN ĠILJAN

Nhar it-Tnejn 20 ta’ Frar 2012, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iltaqa’ mal-Kunsill Pastorali Parrokkjali, mal-Kummissjoni  Implimentazzjoni Sinodu u mal-Kunsill Parrokkjali Ekonomiku ta’ San Ġiljan, bħala parti miż-żjara pastorali tiegħu fil-parroċċa.

AGĦFAS HAWN biex tara aktar ritratti taż-żjara pastorali tal-Arċisqof f’ San Ġiljan.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF IŻUR IL-KLARISSI U L-KUMMISSJONI FAMILJI U KOPPJI MEXXEJJA TA’ SAN ĠILJAN

Nhar it-Tnejn 20 ta’ Frar 2012, l-Arċisqof  Pawlu Cremona O.P. iltaqa’ mal-komunita’ tas-Sorijiet tal-Klarissi ta’ San Ġiljan, bħala parti miż-Żjara Pastorali tiegħu fil-parroċċa. Aktar tard, l-Arċisqof iltaqa’ mal-Kummissjoni Familja u mal-Koppji Mexxejja tal-istess parroċċa.

AGĦFAS HAWN biex tara aktar ritratti taż-żjara pastorali tal-Arċisqof f’ San Ġiljan.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar… Kompli aqra »