Arkivji mensili: Marzu 2012

IL-ĠBIR NHAR ĦAMIS IX-XIRKA SE JSIR BIEX TINGĦATA GĦAJNUNA LIR-REFUĠJATI FIS-SIRJA

Church collections on Holy Thursday

Il-Papa Benedittu XVI iddeċieda li l-ġbir nhar Ħamis ix-Xirka, fiċ-ċelebrazzjoni ewkaristika ta’ filgħaxija – tifkira tal-Aħħar Ċena ta’ Ġesu mad-dixxipli tiegħu, se jintuża biex tkun offruta għajnuna umanitarja lir-refuġjati tas-Sirja.

Il-missjoni pontifiċja għall-Palestina – l-aġenzija fi ħdan il-Vatikan, t’għajnuna t’emerġenza għal-Lvant Nofsani, testima li l-għajnuna lir-refuġjati Sirjani fil-Ġordan se tiswa mal-20 miljun dollaru Amerikan. Skont id-dettalji tal-missjoni pontifiċja, l-uniċi fondi deħlin kienu biss nofs miljun dollaru f’għotja mill-gvern Irlandiż – mogħtija speċifikament biex tingħata għajnuna lir-refuġjati Sirjani fil-Libanu, fit-Turkija u fil-Ġordan… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum 28 ta’ Marzu

Ġwanni 8,31-42

Ġesù qal lil-Lhud li emmnu fih: “Jekk iżżommu fil-kelma tiegħi, tkunu tassew dixxipli tiegħi, u tagħrfu l-verità u l-verità teħliskom.” Qalulu: “Aħna nisel Abraham, u qatt ma konna lsiera ta’ ħadd. Kif tiġi tgħidilna li nkunu ħielsa?” Weġibhom Ġesù: “Tassew tassew ngħidilkom, li kull min jagħmel id-dnub huwa lsir tad-dnub. U l-ilsir ma jibqax fil-familja għal dejjem; imma l-iben għal dejjem jibqa’… Kompli aqra »

UFFIĊJAL KUBAN JGĦID LI L-GVERN IRID DJALOGU MAL-PAPA

Cuban Minister of Foreign Affairs

Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin f’Kuba qal iktar kmieni li l-Gvern iħares ‘il quddiem lejn l-okkażjoni li jiskambja miegħu ideat differenti, li kien irrappurtat li setgħu tqanqlu minn xi forma ta’ nuqqas ta’ qbil mal-kummenti li għadda l-Papa fil-konferenza tal-aħbarijiet li indirizza fuq l-ajruplan fi triqtu mill-Messiku lejn Kuba, fejn allegatament ikkritika l-ideoloġija Marksista.

Bruno Rodriguez, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin fi ħdan il-Gvern Komunista ta’ Kuba, intalab jgħaddi l-kummenti tiegħu ftit tal-jiem ilu fl-inawgurazzjoni taċ-ċentru għall-ġurnalisti li qed jintuża waqt dawn il-jiem ta’ żjara tal-Papa… Kompli aqra »

IL-FTEHIM BEJN IL-KURJA U L-GĦAQDA KAŻINI TAL-BANDA GĦADU JGĦODD

Nirreferu għall-istqarrija mxandra fl-Istampa mill-Għaqda Każini tal-Banda fejn intqal li l-Għaqda ssospendiet il-Ftehim li sar mal-Kurja f’Diċembru 2011.

Il-Kurja tixtieq tfakkar żewġ prinċipji ġenerali. L-ewwel, li ftehim jintlaħaq u jkun iffirmat biex jiġi rispettat miż-żewġ naħat. It-tieni, li l-Ftehim sar bejn iż-żewġ naħat u allura jista’ jinbidel biss bi ftehim ieħor bejn iż-żewġ naħat. Għalhekk, sakemm jintlaħaq xi forma ta’ ftehim ġdid, il-Ftehim eżisteni jibqa’ jgħodd… Kompli aqra »

F’KUBA, IL-PAPA JIRRIKONOXXI T-TAQBIDA TAL-KATTOLIĊI U JSEJJAĦ IL-LIBERTA ĦTIEĠA

Pope during mass in Cuba

Fl-ewwel jum taż-żjara tiegħu f’Kuba, il-Papa Benedittu XVI għaraf it-taqbida tal-kattoliċi wara nofs seklu ta’ komuniżmu. Huwa ddeskriva l-liberta umana bħala ħtieġa, kemm għas-salvazzjoni, kif ukoll għall-ġustizzja soċjali.

Il-Papa indirizza lill-ġemgħa fil-Pjazza tar-Rivoluzzjoni, fit-tieni l-ikbar belt ta’ Kuba. Huwa kien għadu kemm wasal Kuba, wara żjara ta’ tliet ijiem fil-Messiku. Kien irrappurtat li l-pjazza, li tiflaħ massimu ta’ 200,000 persuna, kienet mimlija, b’iktar eluf ta’ nies joħonqu t-toroq ewlenin li jwasslu għall-pjazza… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum 27 ta’ Marzu

Ġwanni 8,21-30

U Ġesù raġa’ qalilhom: “Jiena mmur, u intom għad tfittxuni, imma għad tmutu fid-dnub tagħkom. Fejn sejjer jien intom ma tistgħux tiġu.” Qalu l-Lhud: “Jaqaw se jneħħi ħajtu b’idejh dan? Għax qal li ‘Fejn sejjer jien intom ma tistgħux tiġu.’ ” Ġesù qalilhom: “Intom minn hawn isfel, u jiena ġej minn hemm fuq. Intom nies ta’ din  id-dinja, imma jien m’iniex ta’ din id-dinja… Kompli aqra »

IL-ĠIMGĦA TA’ SAGRIFIĊĊJU 2012

Is-Segretarjat Assistenza Soċjali (SAS) tal-Azzjoni Kattolika se jorganizza l-‘Ġimgħa ta’ Sagrifiċċju’ fl-Arċidjoċesi ta’ Malta bejn il-Ġimgħa 30 ta’ Marzu, Jum id-Duluri, u s-6 ta’ April, il-Ġimgħa l-Kbira. It-tema magħżula għal din is-sena hi: “Il-ferħ li tagħti”. Is-Segretarjat għażel din it-tema għaliex huwa meta tagħti u tagħti mill-qalb li tkun ferħan.  Għall-kuntrarju: meta tingħalaq fik innifsek tkun qed tifga t-tajjeb li hemm fik u tgħix ħajja bla skop… Kompli aqra »

IL-LAQGĦA ĠENERALI ANNWALI TAL-MOVIMENT TA’ KANA

On Friday, 23rd March 2012, Archbishop Paul Cremona O.P. attended the Annual General Meeting of the Cana Movement. The meeting was attended by a number of members who offer their voluntary services within the Movement. In their addresses, both the President, Dr Anna Vella and the Director, Rev Dr Joseph Mizzi, stated that it is important that Cana is not just viewed as a service-provider, an agency which offers several different services to families; rather it should retain its full identity as a Movement… Kompli aqra »

IL-PAPA JIKKUNDANNA L-KORRUZZJONI U T-TRAFFIKAR TAD-DROGA FIL-MESSIKU. JIBDA JŻJUR KUBA

Pope Benedict in Mexico

Waqt il-quddiesa fil-miftuħ li ċċelebra fil-Messiku ċentrali fi tmiem l-ewwel żjara fil-pajjiż Latin Amerikan, il-Papa Benedittu XVI ikkundanna t-traffikar tad-droga u l-korruzzjoni. Huwa appella lill-Kattoliċi sabiex iwieġbu għall-faqar u l-krimini bil-fidi tagħhom li twassalhom ukoll jirrifjutaw kull xorta ta’ vjolenza u spirtu ta’ vendetta.

Quddiem udjenza ta’ iktar minn nofs miljun persuna quddiem il-monument ta’ Kristu Sultan f’Silao, meqjus wieħed mill-iktar simboli sinifikanti għall-kattoliċi fil-Messiku, il-Papa Benedittu XVI qal li fiż-żmien meta ħafna familji qed jispiċċaw jitbiegħdu jew ikunu sfurzati jemigraw, fejn ħafna tbatija hi kkawżata mill-vjolenza domestika, mill-faqar, mill-korruzzjoni, mit-traffikar tad-droga, mill-kriżi ta’ valuri u saħansitra minn żjieda fil-kriminalita, hu meħtieġ kulħadd idur lejn Marija Santissma għall-konsolazzjoni, għall-qawwa u t-tama… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum 26 ta’ Marzu

Luke 1, 26-38

Mbagħad fis-sitt xahar Alla bagħat l-anġlu Gabrijel f’belt tal-Galilija. jisimha Nazaret, għand xebba, mgħarrsa ma’ raġel jismu Ġużeppi mid-dar ta’ David. Dix-xebba kien jisimha Marija. L-anġlu daħal għandha u qalilha: “Sliem għalik, mimlija bil-grazzja, il-Mulej miegħek.” Hi tħawwdet ħafna għal dan il-kliem, u bdiet taħseb bejnha u bejn ruħha x’setgħet qatt tfisser din it-tislima… Kompli aqra »