Arkivji mensili: Marzu 2012

26 ta’ Marzu – 1 ta’ April

It-Tnejn

11.45 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kardinal Joao Braz de Aviz, f’Mount St Joseph.

7.00 p.m. L-Arċisqof imexxi Eżerċizzi spiritwali għall-persuni separati, fil-Knisja ta’ Sarrija, il-Furjana.

It-Tlieta

8.35 a.m. L-Arċisqof jakkumpanja l-Kardinal Joao Braz de Aviz l-ajruport.

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja.

7.00 p.m. L-Arċisqof imexxi Eżerċizzi spiritwali għall-persuni separati, fil-Knisja ta’ Sarrija, il-Furjana… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum 25 ta’ Marzu

Il-Hames Hadd tar-Randan

Gwann 12,20-30

Fost dawk li telgħu biex iqimu lil Alla fil-festa kien hemm xi Griegi. Dawn marru għand Filippu li kien minn Betsajda tal-Galilija, u talbuh: “Sinjur, nixtiequ naraw lil Ġesù.” Filippu mar jgħid lil Indrì, u mbagħad Indrì u Filippu marru jgħidu lil Ġesù. U Ġesù weġibhom: “Waslet is-siegħa li fiha Bin il-bniedem ikun igglorifikat… Kompli aqra »

MALTA SSELLEM SAĊERDOT B’QALB KBIRA U MOĦĦ STRAORDINARJU

“L-ottimiżmu ta’ Fr Peter kien ġej mill-fehma sħiħa li kellu li, bit-trawwim u t-tħaddim xieraq tal-qalb u l-moħħ, xejn, xejn ma kellu għalfejn iżomm lill-bniedem milli jagħmel l-aħħar daħka fuq kull sitwazzjoni tal-ħajja.”

Din l-istqarrija għamilha Fr Mark Montebello OP fl-omelija li għamel waqt il-quddiesa tal-funeral ta’ Fr Peter Serracino Inglott, li saret ilbieraħ fil-knisja Arċipretali ta’ San Pawl Nawfraġu fil-Belt Valletta, u li kienet immexxija mill-Pro Vigarju Ġenerali, Mons Anton Gouder… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum 24 ta’ Marzu

Gwanni, 7,40-52

Meta xi wħud semgħu kliemu qalu: “Tassew dan hu l-Profeta.” Oħrajn qalu: “Dan hu l-Messija.” Iżda xi wħud qalu: “Mela l-Messija għandu jiġi mill-Galilija? Ma tgħidx l-Iskrittura li l-Messija għandu jiġi min-nisel ta’ David u minn Betlehem, ir-raħal minn fejn kien David?” Hekk in-nies ma qablux bejniethom minħabba fih. Xi wħud minnhom riedu jaqbduh, iżda ħadd ma medd idejh fuqu… Kompli aqra »

EŻERĊIZZI TAR-RANDAN MILL-ARĊISQOF PAWLU CREMONA

L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ser imexxi l-eżerċizzi tar-Randan għall-persuni separati. Dawn ser jibdew nhar it-Tnejn 26 sa nhar il-Ħamis 29 ta’ Marzu, kuljum, fis-7.00 p.m., fil-Knisja ta’ Sarrija, il-Furjana. Dawn l-eżerċizzi għall-persuni separati saru għall-ewwel darba s-sena l-oħra.

Mitlub jikkumenta fuq dawn l-eżerċizzi, l-Arċisqof qal li l-Knisja trid twassal il-messaġġ tal-Vanġelu lill-bnedmin kollha, partikolarment dawk li għaddejjin minn ċirkustanzi tal-ħajja li jeħtieġu kelma ta’ faraġ u ta’ kuraġġ… Kompli aqra »

“NINSABU F’MUMENT DEĊIZIV GĦALL-FUTUR TAL-EWROPA” – COMECE

Cardinal Reinhard Marx has been elected as the new President of the Commission of Catholic Bishops’ Conferences in the EU (COMECE). The Archbishop of Munich and Freising was elected by the Bishop Members yesterday, for a 3-year term of office as the COMECE Chair. He will be assisted by four Vice-Presidents: Mgr Gianni Ambrosio (Bishop of Piacenza-Bobbio, Italy), Mgr Virgil Bercea (Bishop of Oradea Mare, Romania), Mgr Jarecki (Auxiliary Bishop of Warsaw, Poland) and Mgr Jean Kockerols (Auxiliary Bishop of Brussels-Malines, Belgium)… Kompli aqra »

Ħadd il-Palm ifakkar Jum Iż-Żgħażagħ

Ħadd il-Palm, April 1 2012 – Id-djoċesijiet madwar id-dinja ser ikunu qiegħdin jiċċelebraw il-fidi taż-żgħażagħ. Konxja mill-irwol taż-żgħażagħ fil-komunità nisranija, il-Knisja f’Malta wkoll se tfakkar din il-ġurnata b’mod speċjali.

L-Arċisqof Pawlu Cremona se jmexxi quddiesa uffiċċjali ġewwa l-Mosta, fis-6:00pm. Diversi komunitajiet żgħażagħ qiegħdin jaħdmu flimkien permezz tal-Kummissjoni Parrokkjali Żgħażagħ fil-Mosta, sabiex jippreparaw ċelebrazzjoni tassew żagħżugħa.

Tradizzjonalment, Ħadd il-Palm joħloq diversi opportunitajiet għaż- żgħażagħ biex jesploraw u jesprimu l-fidi tagħhom… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum 23 ta’ Marzu

Gwanni 7, 1-2.10.25-30

Wara dan, Ġesù baqa’ jdur fil-Galilija, għax ma riedx joqgħod idur fil-Lhudija billi l-Lhud kienu qegħdin ifittxu li joqtluh. Kienet qorbot għal-Lhud il-festa ta’ l-Għerejjex, Imma wara li ħutu telgħu għall-festa tela’ hu wkoll, mhux  bid-dieher, imma bil-moħbi. Xi wħud min-nies ta’ Ġerusalemm qalu: “Dan m’huwiex dak li qegħdin ifittxuh biex joqtluh? Araw, b’wiċċu minn quddiem qiegħed jitkellem, u ħadd ma hu jgħidlu xejn… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF IŻUR IĊ-ĊENTRU TAL-KATEKEŻI TA’ PEMBROKE U JILTAQA’ MA’ KUMMISSJONIJIET U KUNSILLI DIFFERENTI

Nhar it-Tlieta 20 ta’ Marzu 2012, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. żar iċ-ċentru tal-Katekeżi ta Pembroke, bħala parti miż-żjara pastorali tiegħu fil-parroċċa. Aktar tard, l-Arċisqof iltaqa’ mal-Kummissjoni Kateketika, mal-Kunsill Pastorali Parrokkjali, Kummissjoni Ekonomiku Parrokkjali u mal-Kummissjoni Implimentazzjoni Sinodu ta’ Pembroke.

AGĦFAS HAWN biex tara aktar ritratti taż-żjara pastorali tal-Arċisqof f’ Pembroke.

Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar… Kompli aqra »