Arkivji mensili: April 2012

KORS FUQ L-ISPIRITWALITA’ NISRANIJA

A course on Christian Spirituality will be held during the month of May. This course will be led by Fr Martin Cilia at the MSSP Oratory in Birkirkara. The course will be held on four Tuesdays: 1st, 8th, 15th and 22nd May 2012, at 7.30 p.m.

Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum 28 ta’ April

Ġwann 6, 60-69

Ħafna dixxipli tiegħu, meta semgħuh, qalu: “Iebes dan il-kliem! Min jiflaħ jisimgħu?” Ġesù ntebaħ waħdu li d-dixxipli tiegħu kienu qegħdin igergru fuq hekk, u qalilhom: “Dan il-kliem qiegħed ifixkilkom? Mela xi tgħidu kieku kellkom taraw lil Bin il-bniedem tiela’ fejn kien qabel? Hu l-ispirtu li jagħti l-ħajja, il-ġisem ma jiswa għal xejn. Il-kliem li jiena għedtilkom huwa spirtu u ħajja… Kompli aqra »

IL-KNISJA TKOMPLI TINVESTI FIL-MEDIA EDUCATION FL-ISKEJJEL

Il-Knisja f’Malta hija mpenjata li ssaħħaħ u tagħti vitalita ġdida lil Media Education għaliex temmen li, aktar minn qatt qabel, dan huwa suġġett indispensabbli għall-edukazzjoni holistika tat-tfal u ż-żgħażagħ tagħna. Għal dan il-għan, is-Segretarjat għall-Mezzi tal-Komunikazzjoni Soċjali u s-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija organizzaw seminar għall-għalliema kollha tal-PSD u l-Media Education fl-iskejjel tal-Knisja. Dan is-seminar sar il-Ġimgħa 27 ta’ April 2012, f’ Dar Ħanin Sammaritan, St.Venera… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum 27 ta’ April

Ġwann  6,52-59

Fuq hekk il-Lhud tlewwmu bejniethom, u bdew jgħidu: “Kif jista’ dan jagħtina ġismu biex nikluh?” Ġesù mela qalilhom: “Tassew tassew ngħidilkom, jekk ma tiklux il-ġisem ta’ Bin il-bniedem u ma tixorbux demmu, ma jkollkomx il-ħajja fikom. Min jiekol ġismi u jixrob demmi għandu l-ħajja ta’ dejjem, u jiena nqajjmu mill-imwiet fl-aħħar jum… Kompli aqra »

GĦOTI TAL-MINISTERU TAL-LETTORAT

Żewġ seminaristi, Luke Cutajar mill-Parroċċa tar-Rabat u Brian Gialanzè mill-Parroċċa ta’ Birżebbuġa, nhar is-Sibt 28 t’April fis-6.30pm ser jingħataw il-Ministeru tal-Lettorat mill-Arċisqof Pawlu Cremona, fil-Parroċċa ta’ San Piju X, Santa Luċija.

Bil-Ministeru tal-Lettorat is-seminaristi jsiru qarrejja uffiċjali tal-Kelma t’Alla waqt il-quddies u waqt ċelebrazzjonijiet liturġiċi oħra. Huma ser ikollhom ukoll ir-responsabiltà li jxandru l-Kelma t’Alla permezz tal-katekiżmu kif ukoll waqt laqgħat oħra ta’ formazzjoni nisranija… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF JILTAQA’ MAL-ĦADDIEMA TAL-ENEMALTA

Fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Ġużepp Ħaddiem, li tigi ċċelebrata fl-1 ta’ Mejju (Jum il-Ħaddiem), l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. żar lill-ħaddiema tal-Enemalta fil-Power Station tal-Marsa nhar l-Erbgħa 26 ta’ April 2012, hekk kif din is-sena taħbat il-35 sena mit-twaqqif ta’ din il-korporazzjoni. Wara li ltaqa’ mal-ħaddiema l-Arċisqof ċċelebra Quddiesa u wassal il-messaġġ annwali tiegħu lill-ħaddiema.

Agħfas hawn biex taqra l-messaġġ tal-Arċisqof għal din l-okkażjoni… Kompli aqra »

MESSAĠĠ TAL-ARĊISQOF FL-OKKAŻJONI TAL-FESTA TA’ SAN ĠUŻEPP ĦADDIEM

Enemalta Power Station, Marsa

26 ta’ April 2012

Qegħdin miġburin hawnhekk fl-okkażjoni ta’ Jum il-Ħaddiem. Għalina li nemmnu, kull jum, minbarra li nħarsu lejh mil-lenti tagħna l-bnedmin, nippruvaw inħarsu lejh ukoll mil-lenti tal-fidi tagħna. Għalhekk waqt li aħna niċċelebraw Jum il-Ħaddiem u niftakru fil-bżonn u fid-dinjita’ tax-xogħol, inġibu fil-ħsieb tagħna, il-qaddis prottettur tal-ħaddiema, San Ġużepp Ħaddiem. Fl-Evanġelju kull ma nsibu fuqu huwa li kien bniedem ġust quddiem Alla u li kien mastrudaxxa… Kompli aqra »

L-EDUKAZZJONI: IĊ-ĊAVETTA GĦALL-ERADIKAZZJONI TAL-MALARJA

World Malaria Day

llum huwa l-jum dinji ddedikat għall-marda tal-malarja. Dimostranti madwar id-dinja qed jinqdew b’din l-okkażjoni sabiex jappellaw għal 3.2 biljun dollaru bil-għan li jaslu finalment li jilħqu l-mira tal-Ġnus Maqgħuda u jeliminaw kważi għal kollox l-imwiet mill-marda tal-malarja sal-2015. Skont l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, il-WHO, sar progress sostanzjali fit-tnaqqis mill-imwiet ikkawżati mill-malarja, marda li bidet mill-gdiem ta’ inset. Dan permezz ta’ xbieki madwar is-sodda waqt l-irqad, permezz ta’ spray u sustanzi oħra li joqtlu l-insetti… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum 26 ta’ April

Ġwanni 6,44-51

‘Ħadd ma jista’ jiġi għandi jekk il-Missier li bagħatni ma jiġbdux lejja; u jiena nqajjmu mill-imwiet fl-aħħar jum. Hemm miktub fil-Profeti, ‘U kulħadd ikun mgħallem minn Alla.’ Mela kull min jisma’ lill-Missier u jitgħallem minnu jiġi għandi. Mhux għax xi ħadd qatt ra lill-Missier ħlief dak li hu minn Alla; hu dan li ra lill-Missier. Tassew tassew ngħidilkom, min jemmen għandu l-ħajja ta’ dejjem… Kompli aqra »