Arkivji mensili: April 2012

L-ARĊISQOF JILTAQA’ MAL-IMPJEGATI TAD-DJAR TAL-ANZJANI TAL-KNISJA

Fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Ġużepp Ħaddiem, li tigi ċċelebrata fl-1 ta’ Mejju (Jum il-Ħaddiem), l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. żar lill-ħaddiema li jaħdmu fid-djar tal-anżjani tal-Knisja nhar il-Erbgħa 25 ta’ April 2012. Din iż-żjara saret fir-residenza għall-anżjani ‘Casa Leone’ f’San Ġiljan. Din il-kategorija ta’ ħaddiema ntagħżlet fl-okkażjoni tas-sena ddedikata lill-Anzjanità Attiva u s-Solidarjeta bejn il-Ġenerazzjonijiet.

Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar… Kompli aqra »

LITERACY WEEK

On the occasion of Library Week, the Secretariat for Catholic Education is organising a week of activities focusing on culture and literacy to help nurture ‘Little Literates’. The activities are being held in Valletta, at the Museum of Fine Arts, The Studio Theatre at the Manoel Theatre and Auberge d’Italie. Grade 3 Church Schools students have been invited during this week… Kompli aqra »

KUMMISSJONI ĠDIDA TA’ KARDINALI TISTĦARREĠ SVELAR TA’ DOKUMENTI KUNFIDENZJALI

Vatican

Fid-dawl ta’ svelar riċenti ta’ dokumenti kunfidenzjali tal-Vatikan fuq il-mezzi tal-media, partikolarment fuq it-televiżjoni u fil-gazzetti, anki fuq l-internet, il-Papa Benedittu XVI ordna li titwaqqaf Kummissjoni ta’ Kardinali li tinvestiga b’awtorita u tixħet dawl fuq x’seta’ wassal għal dawn l-episodji.

Dan irriżulta fi stqarrija għall-istampa maħruġa mis-Segretarjat tal-iStat tal-Vatikan dalgħodu. Intqal fl-istqarrija li “il-Papa iddetermina li l-Kummissjoni tal-Kardinali, li taġixxi bl-awtorita kollha li jagħtiha l-istess mandat pontifiċju, tkun ippreseduta mill-Kardinal Julian Herranz, u jkollha bħala membri lill-Kardinal Josef Tomko u lill-Kardinal Salvatore De Giorgi”… Kompli aqra »

ESPERJENZA F’MALTA TA’ STUDENTI MILL-UNIVERSITA’ PONTIFICJA SALEŻJANA

Esperjenza li ma tintesiex kienet dik ta’ sittax-il student mill-Università Pontifiċja Sależjana, flimkien mal-lecturer tagħhom Don Ubaldo Montisci SDB li għamlu f’Malta bejn l-10 u t-13 ta’ April. L-għan ta’ dan il-vjaġġ ta’ studju kien dak li jaraw x’metodoloġija kateketika hi użata fil-gżejjer tagħna. Il-programm tagħhom kien mimli u mżewwaq sewwa tant li kellhom iċ-ċans, anki jekk fi żmien qasir, jaraw dak li jikkaratterizza l-katekeżi f’Malta u Għawdex… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum 25 ta’ April

Mark 16, 15-20

U Ġesù qalilhom: “Morru fid-dinja kollha, xandru l-Evanġelju lill-ħolqien kollu. Min jemmen u jitgħammed, isalva; iżda min ma jemminx, ikun ikkundannat. U dawn huma s-sinjali li jsieħbu lil dawk li jemmnu: f’ismi jkeċċu x-xjaten, jitkellmu b’ilsna ġodda, jaqbdu s-sriep b’idejhom, u jekk jixorbu xi xorb li jġib il-mewt ma jagħmlilhomx ħsara; iqiegħdu idejhom fuq il-morda u dawn ifiqu.” U hekk il-Mulej Ġesù, wara li kellimhom, kien imtella’ fis-sema u qagħad in-naħa tal-lemin ta’ Alla.  … Kompli aqra »

SYMPOSIUM

Nhar il-Ġimgħa 27 ta’ April 2012, is-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija, M.U.S.E.U.M. qed torganiżża Symposium bit-tema: “Id-dinja għad għandha bżonn ix-xhieda tal-Qaddisin” li se jsir fis-7.00 p.m. fis-sala tal-iskola ta’ St Michael’s, Santa Venera. Kompli aqra »

ĊELEBRAZZJONIJIET LITURĠIĊI PRESEDUTI MILL-PAPA BEJN APRIL U ĠUNJU

Pope Benedict XVI

L-uffiċċju għaċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi tal-Papa ippubblika l-kalendarju taċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi li se jkunu preseduti mill-Kap tal-Knisja bejn dax-xahar u Ġunju.

F’dan ix-xahar t’April, preċiżament nhar il-Ħadd li ġej, li jaħbat ir-raba’ Ħadd tal-Għid, il-Papa se jippresiedi l-ordinazzjonijiet saċerdotali fil-Bażilika tal-Vatikan fid-9am.

Matul ix-xahar ta’ Mejju, fis-sitt Ħadd tal-Għid, nhar it-13 ta’ Mejju, il-Papa se jagħmel żjara pastorali fl-ibliet Taljani ta’ Arezzo, La Verna u San Sepolcro… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum 24 ta’ April

Ġwanni 6,30-35

In-nies qalulu: “X’sinjal se tagħmel biex aħna narawh u nemmnuk? X’sejjer tagħmel? Missirijietna kielu l-manna fid-deżert, bħalma hemm miktub, ‘Tahom jieklu ħobż mis-sema.’ ” Weġibhom Ġesù: “Tassew tassew ngħidilkom, mhux Mosè takom il-ħobż mis-sema, iżda Missieri jagħtikom il-ħobż tassew mis-sema; għaliex il-ħobż ta’ Alla huwa dak li jinżel mis-sema u jagħti l-ħajja lid-dinja.” “Sinjur,” qalulu huma, “agħtina dejjem minn dan il-ħobż.” Weġibhom Ġesù: “Jiena hu l-ħobż tal-ħajja… Kompli aqra »