Arkivji mensili: Ġunju 2012

Fr. Joe Alessandro OFM Cap nominat isqof koadjutur ta’ Garissa fil-Kenja

Il-Papa Benedittu XVI ilbieraħ, festa ta’ San Pietru u San Pawl, innomina lill-Patri Joe Alessandro OFM Cap bħala Isqof Koadjutur ta’ Garissa fil-Kenja.

“In-nomina ta’ Isqof Kapuċċin Malti fil-Kenja hi aħbar sabiħa għalina l-Maltin,” qal Patri Martin Micallef OFM Cap, Segretarju Provinċjali, lil IL-ĠENSillum online.

“Dan fil-fatt hu t-tielet Isqof Kapuċċin Malti li qed jaħdem fil-Kenja, wara Mons Pawlu Darmanin, Mons Emanuel Barbara.”

Agħfas hawn biex tkompli taqra dan l-artiklu mis-sit www.il-gensillum.com Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum 30 ta’ Gunju

Matthew 8, 5-17

Daħal Kafarnahum, u resaq fuqu wieħed ċenturjun jitolbu bil-ħerqa u jgħidlu: “Sinjur, id-dar għandi l-qaddej mixħut, mifluġ u batut wisq.” Qallu Ġesù: “Niġi jien infejjqu “ “Sinjur,” qallu ċ-ċenturjun, “Ma jistħoqqlix li tidħol taħt is-saqaf tiegħi. Iżda int għid kelma biss, u l-qaddej tiegħi jfiq. Għax jien ukoll bniedem taħt is-setgħa ta’ ħaddieħor, u jien stess għandi suldati taħti; lil wieħed ngħidlu, ‘Mur’, u jmur; lil ieħor ngħidlu, ‘Ejja’, u jiġi; u lill-ilsir tiegħi ngħidlu, ‘agħmel dan’, u jagħmlu.” Ġesù baqa’ mistagħġeb meta sama’ dan, u qal lil dawk li kienu miexja warajh: “Tassew, ngħidilkom, f’ħadd minn Iżrael ma sibt fidi bħal din… Kompli aqra »

Jiżdiedu l-vokazzjonijiet fl-Ingilterra u Wales

Vocations

Hu mistenni li fl-Ingilterra u Wales, fl-2013, 38 ġuvni jkunu ordnati saċerdoti. Dan ifisser id-doppju tal-ordinandi fl-2011 meta kienu ordnati 20 persuna.

Il-Catholic Herald irrapportat dan u osservat li l-għadd ta’ seminaristi fl-Arċidjoċesi ta’ Southwark biss hu iktar mid-doppju ta’ dak li kien hemm fl-2005, meta kien ta’ 10, waqt li llum hu ta’ 26.

Is-sit internet ta’ din l-Arċidjoċesi jgħid li “kampanja ta’ talb għall-vokazzjonijiet ikkoinċidiet ma’ żjieda drammatika fl-għadd ta’ ġuvintur li resqu bħala kandidati potenzjali għas-saċerdozju”… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum 29 ta’ Gunju

Mattew 16, 13-19

Meta wasal fl-inħawi ta’ Ċesarija ta’ Filippu, Ġesù staqsa  lid-dixxipli tiegħu u qalilhom: “Min jgħidu n-nies li hu Bin il-bniedem?” U huma weġbuh: “Xi wħud, Ġwanni l-Battista; oħrajn, Elija; u oħrajn, Ġeremija jew wieħed mill-profeti.” Imma intom min tgħidu li jien?” staqsiehom. U qabeż Xmun Pietru u qallu: “Inti l-Messija, Bin Alla l-ħaj.” U Ġesù wieġbu u qallu: “Hieni int, Xmun bin Ġona, għax mhux bniedem tad-demm u l-laħam uriek dan, imma Missieri li hu fis-smewwiet… Kompli aqra »

Disa’ saċerdoti ġodda

Photo by: Photocity, Valletta

Nhar il-Ġimgħa 29 ta’ Ġunju 2012, festa ta’ San Pietru u San Pawl, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. se jordna disa’ saċerdoti ġodda (7 djoċesani u 2 reliġjużi), fil-KonKatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Il-funzjoni tibda fid-9.30 ta’ filgħodu. Dawk li se jiġu ordnati saċerdoti huma:

  • Rev. Dillon Bugeja mill-Parroċċa ta’ Santa Katarina, Żurrieq
  • Rev…
  • Kompli aqra »

Mandat lill-Voluntiera 2012

Photo by: Photocity, Valletta

L-Erbgħa 27 ta’ Ġunju – voluntiera żgħażagħ irċivew il-mandat mingħand Arċisqof Pawl Cremona OP waqt ċerimonja uffiċjali li saret eżatt qabel ma jibdew il-proġetti ta’ volontarjat tas-sajf. It-tema tal-attività ittieħdet mill-vers “Dan għamiltuh miegħi” (Mattew 25, 40) u il-parteċipanti ħadu l-opportunità biex jitkellmu ma’ persuni li esperjenzaw direttament il-ħidma tal-voluntiera.

Arċisqof Cremona bierek mementos simboliċi u ppreżenta waħda lil kull voluntier, bħala tifkira tal-mandat tiegħu… Kompli aqra »

IL-KARDINAL BERTONE JAPPELLA GĦAL TRATTAMENT B’XEJN KONTRA L-AIDS FL-AFRIKA

Appeal for free treatment to AIDS' patients

Fi ftuħ it-tmien Konferenza Internazzjonali tal-AIDS, is-Segretarju tal-iStat tal-Vatikan, il-Kardinal Tarcisio Bertone, appella għal aċċess bla ħlas għal trattament tal-AIDS. Il-Konferenza fl-Istitut San Gallicano f’Ruma indirizzat it-tema “Long live mothers and children”.

Il-Kardinal Bertone għamel appell imqanqal għal koperazzjoni internazzjonali biex pazjenti tal-AIDS jingħataw l-għajnuna. “Fil-preżenza ta’ tant Ministri u persuni f’awtorita fil-qasam tal-kura tas-saħħa, nixtieq nappella lill-komunita internazzjonali, lill-pajjiżi, lid-donaturi, biex ilkoll u mill-iktar fis possibbli nipprovdu lill-pazjenti tal-AIDS trattament effettiv u bla ħlas… Kompli aqra »

Sabiħ li tagħti – Maratona ta’ Volleyball b’Riżq id-Dar tal-Providenza

The BOV Volleyball Marathon in aid of Dar tal-Providenza will kick off today at 6pm. The 53 hours non-stop volleyball Marathon, which will be held at the Car Park of the same Dar tal-Providenza will come to an end at midnight on Saturday.

Illum il-Ħamis 28 ta’ Ġunju ser jinghata bidu, għall-BOV Volleyball Marathon, b’ riżq id-Dar tal-Providenza li ser issir fil-parkeġġ tad-Dar tal-Providenza, li jingħata sura oħra u jigi trasformat biex jkun jistgħa jilqa’ il-maratona… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum 28 ta’ Gunju

Mattew 7, 21-29

“Mhux kull min jgħidli, ‘Mulej, Mulej’, jidħol fis-Saltna tas-Smewwiet, iżda min jagħmel ir-rieda ta’ Missieri li hu fis-smewwiet! F’dak il-jum ikun hemm ħafna li jgħiduli, ‘Mulej, Mulej, m’hux f’ismek ħabbarna aħna, u m’hux f’ismek keċċejna x-xjaten u f’ismek għamilna ħafna mirakli?’ Mbagħad jien ngħidilhom, ‘Lilkom qatt ma kont nafkom! Warrbu minn quddiemi, intom li tagħmlu l-ħażen!’ “Għalhekk, kull min jisma’ dan kliemi u jagħmel li qiegħed ngħid jien, isir jixbah lil bniedem għaqli li bena daru fuq il-blat… Kompli aqra »

IL-MULEJ LI NQIMU HU L-ISTESS WIEĦED LI FL-AĦĦAR ĊENA ĦASEL SAQAJN L-APPOSTLI

Pope in audience

L-Ittra lill-Filippin li fi kliem il-Papa, hi b’xi mod “l-aħħar testment spiritwali” ta’ San Pawl, kienet it-tema tal-katekeżi tal-Kap tal-Knisja fl-udjenza ġenerali ta’ kull nhar t’Erbgħa għal din il-ġimgħa fil-Vatikan.

Qal li din l-Ittra kienet iddettata mill-Appostlu tal-Ġentili mill-ħabs, meta kien qed iħoss il-mewt fil-viċin. Minkejja kollox għalqet bi stedina għall-ferħ, żied il-Papa. Qal li “l-ferħ hu karatteristika fundamentali għan-Nisrani”… Kompli aqra »