Arkivji mensili: Ġunju 2012

Business Breakfast dwar l-etika fil-media

L-Erbgħa 27 ta’ Ġunju, 2012, ġie organizzat Business Breakfast bit-tema ‘L-Etika u l-Media’, imtella’ mis-Segretarjat għall-Mezzi tal-Komunikazzjoni Soċjali tal-Knisja f’Malta.

Il-Business Breakfast, li sar fil-lukanda Excelsior tmexxa mis-Sinjura Josianne Camilleri, u għalih attendew esponenti tal-Media Maltija, fosthom edituri, deputy editors u diriġenti tal-organizzazzjonijiet tal-media.

Il-laqgħa bdiet b’diskors qasir mid-delegat tal-Arċisqof responsabbli mill-media, Fr Charles Tabone O.P, li tkellem fuq il-ħtieġa ta’ rapport aħjar bejn il-Knisja, il-ġurnalisti u dawk kollha nvoluti f’dan il-qasam… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum 27 ta’ Gunju

Mattew 7, 15-20

“Iftħu għajnejkom mill-profeti foloz; għax dawn jiġu għandkom libsin ta’ nagħaġ, u minn ġewwa jkunu lpup ħattafa! Mill-frott tagħhom tagħrfuhom. Jaqaw jiġbru għeneb mix-xewk, jew tin mill-għollieq? Hekk kull siġra tajba frott tajjeb tagħmel, imma s-siġra l-ħażina frott ħażin tagħmel. Siġra tajba ma tistax tagħmel frott ħażin, anqas siġra ħażina ma tagħmelx frott tajjeb. Kull siġra li ma tagħmilx frott tajjeb titqaċċat u tinxteħet fin-nar… Kompli aqra »

IL-PAPA JILQA’ LILL-GRAN MASTRU TAL-ORDNI TA’ SAN ĠWANN

Pope with Grand Master of Malta

Fil-Vatikan, il-Papa Benedittu XVI ilbieraħ iltaqa’ mal-Gran Mastru tal-Ordni ta’ Malta, Fra Matthew Festing, li kien akkumpanjat mill-Kunsill Sovran tal-Ordni. L-udjenza tradizzjonali saret fl-okkażjoni tal-Festa tat-twelid ta’ San Ġwann il-Battista, padrun tal-Ordni.

Ix-xogħol ewlieni tal-Ordni ta’ San Ġwann f’Malta jinvolvi għajnuna umanitarja u attivitajiet soċjali u ta’ natura medika. F’ħafna pajjiżi, korpi volontarji ta’ dan l-Ordni jipprovdu servizzi soċjali kif ukoll servizzi tal-ewwel għajnuna u servizzi mediċi ta’ emerġenza… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum 26 ta’ Gunju

Mattew 7, 6. 12-14

Tagħtux lill-klieb dak li hu qaddis, u tixħtux il-ġawhar tagħkom quddiem il-ħnieżer li ma jmorrux jgħaffġuhom b’saqajhom u mbagħad iduru għalikom u jqattgħukom bi snienhom. Mela dak kollu li tridu li l-bnedmin jagħmlu lilkom, agħmluh ukoll intom lilhom; għax din hi l-Liġi u l-Profeti. Il-bieb id-dejjaq “Għaddu mill-bieb id-dejjaq… Kompli aqra »

‘Malta Mass’ – l-ewwel mobile phone application mill-Knisja f’Malta

Is-Segretarjat għall-Mezzi tal-Komunikazzjoni Soċjali ser iniedi l-ewwel mobile phone application bl-informazzjoni kollha dwar il-ħinijiet u l-postijiet fejn jiġi ċċelebrat l-quddies fid-Djoċesi ta’ Malta. L-application Malta Mass’ tagħmilha faċli għall-pubbliku biex isib il-quddies fl-eqreb knejjes skont il-ħin, kemm fil-ġranet ta’ matul il-ġimgħa kif ukoll fil-Ħdud u l-festi. ‘Malta Mass’ hija application għal iPhone, iPad u iPod Touch u fi żmien qasir ser tkun disponibbli wkoll fuq Google Play għal Android 2.3 u verzjonijiet aktar riċenti… Kompli aqra »

IL-PAPA DWAR ĠWANNI L-BATTISTA U S-SEJĦA GĦALL-INDIEMA

John the Baptist

Il-Papa Benedittu XVI fakkar il-festa tat-twelid ta’ San Ġwann il-Battista u qal li kien hu li ħejja t-triq għall-Mulej. Ġwanni qal li kien vuċi, l-għajta fid-deżert, is-sejħa lill-poplu t’Alla għall-indiema. “Ejja nisimgħu l-vuċi tiegħu llum, u nagħmlu post għall-Mulej fil-qalb tagħna”.

Il-Kap tal-Knisja Kattolika qal li l-konċepiment ta’ Ġwanni għal Eliżabetta, qariba ta’ Marija, hu sinjal “li għal Alla ma hemm xejn li ma jistax isir”… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum 25 ta’ Gunju

Matthew 7, 1-5

“Tiġġudikawx, biex ma tkunux iġġudikati; għax bl-istess ġudizzju li tagħmlu intom, tkunu ġġudikati; u bl-istess kejl li tkejjlu intom, jitkejjel lilkom. Xi trid tħares lejn it-tibna li hemm f’għajn ħuk? Għax ma tarax it-travu li għandek f’għajnek int? Jew kif tmur tgħid lil ħuk, ‘Ħa nneħħilek it-tibna minn għajnek,’ meta inti stess f’għajnek għandek travu? … Kompli aqra »

IL-VATIKAN JIDDISKUTI L-KAŻ TA’ DOKUMENTI KUNFIDENZJALI TAL-PAPA LI SPIĊĊAW FIL-MEDIA

Fr Federico Lombardi sj, Papal spokesman.

l-Papa Benedittu XVI iltaqa’ mal-mexxejja tad-diversi dekasteri tal-Kurja ta’ Ruma u anki xi membri mill-Kulleġġ tal-Kardinali sabiex jevalwa ideat u jieħu pariri dwar il-mod kif għandha tiġi trattata l-kwistjoni ta’ dokumenti kunfidenzjali tal-Papa li spiċċaw f’idejn il-media.

Il-kelliem għall-Uffiċċju Stampa, Patri Federico Lombardi, qal fi stqarrija uffiċjali li l-Papa approfondixxa r-riflessjoni tiegħu permezz ta’ djalogu kontinwu ma’ dawk li jġorru miegħu l-piż u r-responsabbilta tat-tmexxija tal-Knisja… Kompli aqra »

25 ta’ Ġunju – 1 ta’ Lulju

It-Tnejn

9.15am           L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja.

4.30pm           L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ numru ta’ saċerdoti minn Liechtenstein, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.

6.00pm           L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-inawgurazzjoni ta’ Patri Ivan Scicluna O.Carm bħala kappillan tal-parroċċa ta’ Fleur-de-Lys.

It-Tlieta

9.30 a.m.        L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Konferenza Episkopali flimkien mal-Kunsill tas-Superjuri Maġġuri Reliġjużi, fil-Kurja.

4.30pm           L-Arċisqof jilqa’ lis-Superjura ġdida tal-Kongregazzjoni Little Sisters of the Poor, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum 24 ta’ Gunju

It-Twelid ta’ San Gwann il-Battista

Luqa 1, 57-66.80

Eliżabetta għalqilha ż-żmien biex teħles, u kellha tifel. Il-ġirien u qrabatha semgħu li l-Mulej wera ħniena kbira magħha, u marru jifirħu magħha. Meta mbagħad fit-tmien jum ġew biex jagħmlu ċ-ċirkonċiżjoni lit-tifel riedu jsemmuh Żakkarija għal missieru, imma qabżet ommu u qalet: “Le, iżda Ġwanni jkun jismu.” Qalulha: “Ma hemm ħadd li jismu hekk fost qrabatek!” Mbagħad bdew jistaqsu bis-sinjali lil missieru x’ried isemmih, u hu talabhom xi ħaġa fuqiex jikteb, u kiteb hekk: “Ismu huwa Ġwanni.” U kulħadd baqa’ mistagħġeb… Kompli aqra »