Arkivji mensili: Awwissu 2012

Il-Vanġelu tat-12 ta’ Awwissu

It-19- il-Hadd tas-Sena

Gwann 6, 41 – 51

Il-Lhud bdew igergru fuqu għax kien qal, ‘Jiena hu l-ħobż li niżel mis-sema.’ U bdew jgħidu: “Dan m’huwiex Ġesù bin Ġużeppi? Lil missieru u ‘l ommu ma nafuhomx? Mela kif qiegħed jgħid, ‘Jiena nżilt mis-sema’?” Ġesù weġibhom: “Toqogħdux tgorru bejnietkom. Ħadd ma jista’ jiġi għandi jekk il-Missier li bagħatni ma jiġbdux lejja; u jiena nqajjmu mill-imwiet fl-aħħar jum.  … Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-11 ta’ Awwissu

Matthew 17, 14-20

Meta reġgħu ġew ħdejn in-nies, resaq fuqu wieħed raġel, niżel għarkubbtejh quddiemu u qallu: “Mulej, ikollok ħniena minn ibni, għax marid b’tal-qamar u qiegħed ibati ħafna; għax sikwit jaqa’ jew fin-nar jew fl-ilma. Ġibtu lid-dixxipli tiegħek, iżda ma setgħux ifejjquh.”  Wieġeb Ġesù u qal: “Ja nies bla fidi u ħżiena, kemm se ndum magħkom? Kemm se ndum nissaportikom? … Kompli aqra »

Stqarrija mill-Moviment ta’ Kana

Il-Moviment ta’ Kana jilqa’ l-Ittra Pastorali tal-Isqfijiet taghna, Mons P. Cremona O.P. u Mons. M. Grech, fid-dawl tad-diskussjoni u l-konsultazzjoni li ghaddejja bhalissa f’pajjizna dwar l-Abbozz tal-Att tal-Protezzjoni tal-Embrijuni Umani.

Il-Moviment ta’ Kana:

  1. Jemmen li, l-bniedem mhux ‘prodott’ u lanqas ‘oggett’.  Il-bniedem huwa frott l-ghotja shiha u totali tar-ragel u l-mara fiz-zwieg permezz tar-rabta konjugali taghhom.  Jikkonsidra li huwa uman sa mill-ewwel mument tat-tnissil u ghalhekk jisthoqqlu l-harsien u l-protezzjoni kollha taghna;
  2. Ilu zmien twil jifhem u jghin lil dawk il-koppji li ghandhom problema ta’ infertilita’, u lest li joffri s-support mehtieg lil dawn il-koppji permezz tas-Support Group Wanting and Waiting;
  3. Konxju tal-fatt li, f’pajjizna ghandna numru ta’ koppji bla ulied, izda dan ma jfissirx li huma familji inqas mill-ohrajn jew li l-missjoni taghhom falliet.  …
  4. Kompli aqra »

L-Arċisqof jieħu sehem f’attività għat-tfal fil-Parroċċa ta’ Ħad-Dingli

Nhar il-Ħamis 9 ta’ Awwissu 2012, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ħa sehem f’attività għat-tfal u ċċelebra quddiesa fl-okkażjoni tal-festa ta’ Santa Marija ċċelebrata dan ix-xahar f’Ħad-Dingli. It-tfal inġabru bir-roti tagħhom ħdejn l-entratura tal-ġnien pubbliku fi Triq Maddalena, biex minn hemm telqu bir-roti għal Misrah Ġuże’ Abela. Hemmhekk, il-Kappillan, Dun Ewkarist Zammit, bierek lit-tfal kollha li mxew f’korteo bir-roti tagħhom wara l-istatwa tal-Assunta, bis-sehem tal-membri tal-M.U.S.E.U.M, il-Banda Santa Marija u l-gruppi tal-iScouts u l-Girl Guides, kollha fi ħdan il-parroċċa ta’ Ħad-Dingli… Kompli aqra »

Il-Kardinal Prospero Grech jiltaqa’ mal-Prim Ministru

Nhar il-Ħamis 9 t’Awwissu 2012, il-Kardinal Prospero Grech O.S.A. iltaqa’ mal-Prim Ministru Dr Lawrence Gonzi fil-Berġa ta’ Kastilja. Din il-laqgħa tifforma parti miż-żjara li l-Kardinal qiegħed jagħmel f’Malta, prinċiparjament għall-festa ta’ San Lawrenz fil-Birgu, il-belt li fiha twieled u trabba’.

Ritratti: DOI (Reuben Piscopo)

Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-10 t’ Awwissu

Gwanni 12,24-26

Tassew tassew ngħidilkom, jekk il-ħabba tal-qamħ ma taqax fl-art u tmut, hi tibqa’ weħidha; imma jekk tmut, tagħmel ħafna frott. Min iħobb lil ħajtu jitlifha; imma min jobgħod lil ħajtu f’din id-dinja jħarisha għall-ħajja ta’ dejjem. Jekk xi ħadd irid jaqdini, hu għandu jimxi warajja; u fejn inkun jien, hemm ukoll ikun il-qaddej tiegħi… Kompli aqra »

Korsijiet ta’ Formazzjoni għal-Leaders

L-applikazzjonijiet għall-programmi tal-leaders li se jibdew f’Ottubru issa huma miftuħin. L-istitut ta’ Formazzjoni Pastorali, is-Segretarjat tal-Katekeżi, Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ u il-Fakultà tat-Teoloġija ħadmu flimkien sabiex jippreparaw żewġ korsijiet ta’ Formazzjoni għall-Mexxeja taż-Żgħażagħ. It-tnejn li huma, huma rikonoxxuti u akkreditati mill-Qafas tal-Kwalifiki ta’ Malta.

Iċ-Ċertifikat ta’ Edukazzjoni Għolja jinkludi 112 siegħa ta’ lezzjonijiet li jinkludu suġġetti bħal Spiritwalità, Etika u Psikoloġija… Kompli aqra »

Kristjani Sirjani jirrinunzjaw għall-vjolenza

Sirjani Kristjani li jinsabu fil-belt ta’ Aleppo, fejn il-glied bejn ir-ribelli u l-forzi tal gvern qed jiħrax, qalu li mhumiex se jużaw armi.
L-aġenzija tal-aħbarijiet tal-Vatikan, Fides, ikkwotat persuni minn Knejjes fil-Belt Sirjana ta’ Aleppo jgħidu li qed jibżgħu li se jsir massakru ferm agħar jekk l-armata Sirjana tkompli tattakka ammonti kbar ta’ nies.

Minkejja li qalu li ma sar ebda theddid kontra persuni Kristjani, jeżisti biża’ kbir fost il-komunità Kristjana, l-iktar minħabba ġellieda barranin li wħud minnhom ġejjin mill-Al Qaeda… Kompli aqra »

L-Isqfijiet jesprimu solidarjeta mal-komunita Sikh wara t-traġedja fl-aħħar jiem

Grief at the attack on the Sikh community

Iċ-Ċermen tal-Kumitat tal-Isqfijiet Amerikani għall-Affarijiet Ekumeniċi u Reliġjużi esprima s-solidarjeta tal-Isqfijiet mal-komunita Sikh fl-Istati Uniti tal-Amerka wara t-traġedja tal-Ħadd bi sparer fit-tempju tas-Sikh f’Wisconsin.

“F’dal-mument ta’ niket u telfa, il-kattoliċi juru sogħba mal-komunita Sikh”, qal l-Isqof Awżiljarju ta’ Baltimore Denis Madden. “Aħna naqsmu flimkien ħbiberija ġenwina flimkien mal-ispirtu tal-imħabba t’Alla u l-ispirtu ta’ fiduċja fil-komunitajiet rispettivi… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tad-9 t’ Awwissu

Matthew 16, 13-20

Meta wasal fl-inħawi ta’ Ċesarija ta’ Filippu, Ġesù staqsa  lid-dixxipli tiegħu u qalilhom: “Min jgħidu n-nies li hu Bin il-bniedem?” U huma weġbuh: “Xi wħud, Ġwanni l-Battista; oħrajn, Elija; u oħrajn, Ġeremija jew wieħed mill-profeti. ” Imma intom min tgħidu li jien?” staqsiehom. U qabeż Xmun Pietru u qallu: “Inti l-Messija, Bin Alla l-ħaj.” U Ġesù wieġbu u qallu: “Hieni int, Xmun bin Ġona, għax mhux bniedem tad-demm u l-laħam uriek dan, imma Missieri li hu fis-smewwiet… Kompli aqra »