Arkivji mensili: Settembru 2012

Impenn akbar lejn Djar tal-Anzjani aktar sostenibbli

Nhar l-Erbgħa 26 ta’ Settembru 2012, saret konferenza tal-aħbarijiet li saret fid-dar tal-anzjani ‘Dar Sagra Familja’, in-Naxxar. Indirizza il-konferenza tal-aħbarijiet is-Sur Joe Rossi, Manager tad-Dar, is-Sur Paul Portelli, Direttur għad-Djar tal-Knisja għall-Anzjani u Mons. Anton Portelli, Segretarju Amministrattiv tal-Kurja.

F’dawn l-aħħar ħames snin, il-Knisja f’Malta ħarġet aktar minn miljun u mitt elf Ewro biex tissussidja l-ħames djar tal-anzjani li jaqgħu taħt ir-responsabbilta’ tagħha, u li fihom llum jgħixu madwar 240 resident… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tas-27 ta’ Settembru

Luqa 9, 7-9

Dawn il-ġrajja kollha waslu f’widnejn Erodi t-tetrarka u beda jitħasseb, għaliex xi wħud kienu qegħdin jgħidu li Ġwanni qam mill-imwiet, waqt li oħrajn qalu li deher Elija, u oħrajn li qam wieħed mill-profeti ta’ l-imgħoddi. Iżda Erodi qal: “Lil Ġwanni qtajtlu rasu; mela min hu dan li fuqu qiegħed nisma’ dan kollu?” U beda jfittex li jarah… Kompli aqra »

L-udjenza: Il-liturġija, skola ta’ talb

Pope Benedict XVI elevates the Eucharist

F’udjenza oħra ddedikata għat-talb u l-liturġija, fis-sensiela dwar l-iSkola ta’ Talb, fl-udjenza ġenerali ta’ kull nhar t’Erbgħa, il-Papa Benedittu XVI illum qal li “il-Liturġija hija l-iskola ta’ talb fejn Alla nnifsu jgħallimna nitolbu. Pero, biex niċċelebraw il-liturġija sew, sabiex nerġgħu ngħixu l-esperjenza tal-Misteru tal-Għid li għex Ġesu nnifsu, hu meħtieġ li nħejju qalbna sabiex tkun l-altar t’Alla u nifhmu li l-liturġija hi att t’Alla u att tal-bniedem, kif jgħallimna l-Konċilju Vatikan II”… Kompli aqra »

Programm taż-Żjara Pastorali fil-Parroċċa ta’ San Ġużepp, il-Kalkara

It-Tlieta 2 t’Ottubru

10.00am            L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kappillan fil-Kurja.

Il-Ħadd 7 t’Ottubru

8.30am                L-Arċisqof  iqaddes fil-Knisja Parrokkjali bħala ftuħ tal-Viżta Pastorali u wara jiltaqa’ man-nies.

11.00am              L-Arċisqof  jiltaqa’ mal-Kummissjoni Familja fid-Dar Parrokkjali

It-Tlieta 9 t’Ottubru

5.30pm           L- Arċisqof  jiltaqa’ mas-subien  li jattendu l-katekiżmu fil-Museum tas-Subien

7.00pm           L- Arċisqof  jiltaqa’ mal-Kunsill Pastorali Parrokkjali, mal-Kummissjoni Implimentazzjoni Sinodu u mal-Kunsill Ekonomiku Parrokkjali fid-Dar Parrokkjali

L-Erbgħa 10 t’Ottubru

7.00pm           L- Arċisqof  Jiltaqa’ ma’ persuni li jixtiequ jkellmuh fuq il-parroċċa, fid-Dar Parrokkjali… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tas-26 ta’ Settembru

Luqa 9, 1-6

Sejjaħ lit-Tnax madwaru u tahom qawwa u setgħa fuq ix-xjaten kollha u li jfejjqu l-mard U bagħathom ixandru s-Saltna ta’ Alla u jfejjqu l-morda. U qalilhom: “Tieħdu xejn magħkom għat-triq, la ħatar, la ħorġa, la ħobż u lanqas flus, u lanqas ma jkollkom żewġ ilbiesi. Jekk tidħlu f’xi dar, ibqgħu hemm sa ma tiġu biex titilqu… Kompli aqra »

Mill-Arkivji: film ġdid jimmarka l-anniversarju tal-Konċilju Vatikan II

Vatican Council II

Permezz ta’ dokumentarju ġdid li se jkun qed jitnieda biex jimmarka l-50 anniversarju mill-Konċilju Vatikan II, nhar il-11 t’Ottubru li ġej, il-Kunsill Pontifiċju għall-Komunikazzjoni Soċjali se jkun qed jagħti l-opportunita li wieħed jifhem aħjar x’kien ġara ħamsin sena ilu.

Amalgamat mill-kumpanija Micromegas Communication minn madwar 200 siegħa ta’ materjal mill-arkivju tal-Vatikan, il-produzzjoni tinkludi xeni li qatt ma dehru pubblikament, kif ukoll intervisti ma’ mexxejja tal-Knisja madwar id-dinja kollha li lkoll kemm huma jiftakru u jirrakkuntaw it-tifkiriet li għandhom flimkien ma’ perspettivi storiċi tas-sinifikat tal-Konċilju f’pajjiżi differenti u kuntesti kulturali diversi… Kompli aqra »

Laqgħa ta’ Djalogu Ekumeniku

“Jiena Ġesu, li int qiegħed tippersegwitaħ”(Atti 9,5) huwa it-titolu tal-laqgħa ta’djalogu li se ssir nhar il-Ħamis, 27 ta’ Settembru, 2012. Christians Together in Malta (Malta Ecumenical Council) jistiednu lil kulħadd jattendi. Il- laqgħa sa ssir bejn is-6.30-7.30pm, fil- “Marsa Open Centre” Xatt il-Mollijiet, Albertown, Marsa. Kulħadd huwa mistieden jaqsam il-veduti tiegħu. Persuni minn denominazzjonijiet Nsara differenti jista jkollhom fehmiet l-istess jew differenti fuq is-suġġett… Kompli aqra »

Sal-Milied, pubblikatur Taljan se jippubblika ‘Ġesu ta’ Nażaret Vol III’

One of the volumes of Jesu of Nazaret by Pope Benedict XVI

Id-Dar tal-Pubblikazzjonijiet tal-Vatikan ħabbret li laħqet ftehim mal-pubblikatur Taljan Rizzoli dwar it-tielet u l-aħħar volum tal-ktieb tal-Papa Benedittu XVI dwar Ġesu. Din l-aħħar fażi ta’ dan il-proġett mistennija tkun lesta fl-Italja sal-Milied.

Kien tħabbar li x-xahar li għadda l-Papa kien qed jaħdem fuq it-tielet volum, dwar l-infanzja ta’ Ġesu. L-ewwel volum ta’ ‘Ġesu ta’ Nażaret’ kien tlesta mill-Papa fl-2006… Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof matul seminar għall-Għalliema fl-Iskejjel tal-Knisja

Il-Kurja, Floriana

20 ta’ Setttembru 2012

l-Lezzjonijiet tal-lum m’għażilnihomx aħna, mela jiena nħoss li kien hemm il-messaġġ li Alla l-Imbierek irid jibagħtilna llum.

Fil-fatt fl-ewwel lezzjoni ta’ S. Pawl lil-Korintin,  S. Pawl qisu għaddej mill-istess esperjenza; qiegħed jibni komunita’ f’Korintu u qiegħed jgħidilhom dak li jgħin lil-komunita tikber, x’inhu dak li jgħin lil komunita. Xtaqt infakkarkom daqsxejn f’dak li jgħid S… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-25 ta’ Settembru

Luqa 8, 19-21

Ġew għalih ommu u ħutu, iżda ma setgħux jersqu lejh minħabba l-folla. Xi ħadd qallu: “Ommok u ħutek qegħdin hawn barra u jridu jarawk.” Iżda hu weġibhom: “Ommi u ħuti huma dawk li jisimgħu l-kelma ta’ Alla u jagħmlu li jgħid Hu.”

Il-Qaddis tal-jum: San Finnbar Kompli aqra »