Arkivji mensili: Settembru 2012

Messaġġ tal-Arċisqof fl-okkażjoni ta’ Jum l-Indipendenza

Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

21 ta’ Settembru, 2012

Eċċellenza President ta’ Malta u Sinjura Abela,

Ħuti,

Il-Festi Pubbliċi li niċċelebraw f’pajjiżna, bħalma jagħmlu pajjiżi oħra, huma magħqudin mal-istorja tagħna. Għadna kemm iċċelebrajna l-Festa tal-Vitorja, li taħbat mal-Festa Liturġika ta’ Marija Bambina meta nfakkru t-tmiem tal-Assedju u t-Tieni Gwerra Dinjija.   … Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-21 ta’ Settembru

Mattew 9,9-13

Huwa u għaddej minn hemm, Ġesù ra wieħed bilqiegħda quddiem il-mejda tat-taxxi; kien jismu Mattew. “Ejja warajja,” qallu. Dak qam u mar warajh. U ġara li, kif qagħad għandu għall-mejda, ġew bosta pubblikani u midinbin u qagħdu madwar il-mejda ma’ Ġesù u d-dixxipli tiegħu. Meta raw dan il-Fariżej qalu lid-dixxipli: “Għaliex jiekol mal-pubblikani u l-midinbin l-Imgħallem tagħkom?” Hu semagħhom, u qal: “It-tabib ma jeħtiġuhx dawk li huma f’saħħithom, iżda l-morda… Kompli aqra »

Ir-relikwija ta’ San Franġisk Saverju tiddawwar l-Awstralja

St. Francis Xavier

Magħruf bħala l-Appostlu tal-Lvant, l-iktar missjunarju li vvjaġġa u evenġelizza minn żmien San Pawl ‘l hawn. San Franġisk Saverju, ko-fundatur tas-Soċjeta ta’ Ġesu, għex fl-ewwel nofs tas-16-il seklu u jibqa’ magħruf għall-ħidma tiegħu biex il-Vanġelu jasal l-Indja, il-Ġappun u anki f’partijiet ta’ dik li llum hi l-Indonesja.

Huwa qatt ma vjaġġa lejn l-Awstralja, għax ovvjament ma kinitx għadha magħrufa mill-Ewropej dak iż-żmien… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-20 ta’ Settembru

Luke 7, 36-50

Wieħed mill-Fariżej stieden lil Ġesù biex jiekol miegħu; Ġesù daħal għand il-Fariżew u qagħad għall-ikel. Issa fil-belt kien hemm midinba magħrufa. Din saret taf li kien qiegħed għall-ikel fid-dar tal-Fariżew; ġiebet vażett ta’ l-alabastru biż-żejt ifuħ; u marret qagħdet warajh ħdejn riġlejh, tibki u xxarrablu riġlejh bi dmugħha u tixxuttahomlu b’xuxitha; mbagħad bisitlu riġlejh u dilkithomlu biż-żejt ifuħ… Kompli aqra »

Il-Papa jirrifletti dwar il-vjaġġ tiegħu fi Lvant Nofsani

Papal audience

Matul l-udjenza ġenerali ta’ din il-ġimgħa, il-Papa Benedittu XVI qasam ir-riflessjonijiet tiegħu fuq iż-żjara li għadu kif lesta fil-Libanu, jiem li sejjaħ “manifestazzjoni sabiħa ħafna ta’ fidi u sentiment reliġjuż kif ukoll sinjal profetiku ta’ paċi”. Qal li l-firxa vasta ta’ persuni bit-twemmin differenti tagħhom kellhom l-opportunita jirriflettu, jitkellmu, u jitolbu flimkien, iġeddu l-impenn tagħhom sabiex għeruqhom ikunu fi Kristu.

Benedittu XVI qal li jinsab ċert li l-poplu tal-Libanu, magħġun b’elementi reliġjużi u soċjali li jarrikkixxuh, ikollu għarfien tajjeb biex jixhed b’impetu mġedded għall-vera paċi li tiġi mill-fidi f’Alla… Kompli aqra »

Il-Knisja f’Malta tħejji għas-Sena tal-Fidi bi stedina lill-Insara

Fil-11 ta’ Ottubru li ġej, il-Knisja f’Malta tingħaqad mal-Knisja Universali biex tniedi “is-Sena tal-Fidi”. Propju sena ilu, fl-Ittra Appostolika ‘Porta Fidei’ (il-Bieb tal-Fidi), il-Papa Benedittu XVI ħabbar dan iż-żmien speċjali fil-Knisja Kattolika. Fi kliem il-Papa, “is-Sena tal-Fidi hi sejħa biex mill-ġdid nikkonvertu b’mod awtentiku lejn Kristu, il-Feddej waħdieni tad-dinja”.

Il-Knisja f’Malta qed tħejji programm ta’ attivitajiet bil-għan li l-Maltin jiskopru mill-ġdid l-entużjazmu tal-fidi tagħhom… Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof fil-ftuħ taċ-Ċentru tal-Vokazzjonijiet, fis-Seminarju

Seminarju tal-Arcisqof, Tal-Virtu, Ir-Rabat

1 ta’ Settembru 2012

It-tlett lezzjonijiet li kellna llum juruna x’inhija l-funzjoni tas-saċerdot.  U kont nispjegaha hekk:  is-saċerdot huwa dak li għamel Ġesu, allura li kien ġdid għax għamlu Ġesu,  jgħaddih lilna. U t-tlett lezzjonijiet tal-lum qed jagħtuna tlett eżempji li huma differenti f’dan id-dawl.

Fl-ewwel lezzjoni tal-lum kellna lil Mose u qiegħed jgħid lill-poplu tiegħu: “Min qatt kellu Alla bħalma għandna aħna li huwa qrib tagħna  li kapaċi jimxi magħna, li kapaċi jiddefendina?”  U dawn kienu għadhom ma rawx la lil-Iben t’Alla isir bniedem u lanqas kienu raw lil Iben t’Alla iktar u iktar isir Ewkaristija… Kompli aqra »

Il-Messaġġ tal-Arċisqof fid-dħul ta’ żewġ Kandidati ġodda fl-‘Ordo Virginum’

Katidral ta’ San Pawl l-Imdina
16 ta’ Settembru 2012

Aħna lkoll nemmnu f’Alla u hemm ħafna nies ta’ reliġjonijiet oħrajn li jemmnu wkoll f’Alla.  Id-differenza kbira li hemm bejn dawn iż-żewġ twemminiet hija li Alla tar-reliġjonijiet l-oħrajn jispiċċa tajjeb; Alla tar-reliġjon tagħna, Sidna Ġesu Kristu, jispiċċa ħazin għaliex isalbuh.

Allura nistgħu nippruvaw nimmaġinaw daqsxejn l-ewwel komunita nisranija tara lil Kristu miet u ma tafx kif se tagħtih ġieħ… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tas-19 ta’ Settembru

Luqa 7, 31-35

“Ma’ min, mela, se nxebbahhom in-nies ta’ dan iż-żmien? Lil min jixbhu? Jixbhu lil qabda tfal bilqiegħda fil-pjazza, jgħajjtu lil xulxin u jgħidu, ‘Daqqejnielkom il-flawt u ma żfintux, għannejnielkom għanja ta’ niket u ma ħabbattux fuq sidirkom!’ Għax tassew, ġie Ġwanni l-Battista, la jiekol ħobż u lanqas jixrob inbid, u intom tgħidu li ‘għandu fih xitan’. Ġie Bin il-bniedem, jiekol u jixrob, u tgħidu, ‘Araw, xi bniedem wikkiel u sakranazz, ħabib tal-pubblikani u l-midinbin!’ Imma l-ulied ta’ Alla kollha taw raġun lill-għerf tiegħu.”

Il-Qaddis tal-jum: San Genuarius Kompli aqra »