Arkivji mensili: Diċembru 2012

Il-Vanġelu tas-27 ta’ Dicembru

Ġwann 20,2-8

Kien l-ewwel jum tal-ġimgħa, fil-għodu kmieni kif kien għadu d-dlam, u Marija ta’ Magdala ġiet ħdejn il-qabar u rat il-blata mneħħija mill-qabar. Għalhekk telqet tiġri għand Xmun Pietru u għand id-dixxiplu l-ieħor li kien iħobb Ġesù, u qaltilhom: “Qalgħu l-Mulej  mill-qabar, u ma nafux fejn qegħduh!” Pietru u d-dixxiplu  l-ieħor ħarġu u ġew ħdejn il-qabar… Kompli aqra »

Il-Papa b’messaġġ ta’ tama lid-dinja. Appella għall-paċi fis-Sirja u l-Art Imqaddsa

Pope Benedict XVI

Concern, mixed with joy and hope, were expressed in the words of Pope Benedict XVI this Christmas, during Vigil Mass Christmas eve and again in the Urbi et orbi message, addressed Christmas Day from the central balcony of St. Peter’s basilica to 50 thousand people in St Peter’s Square . The Pope spoke of the Middle East and Africa and launched an appeal to the new leaders of China… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tas-26 ta’ Dicembru

Mattew 10, 17-22

Oqogħdu attenti mill-bnedmin! Għax għad jerħukom f’idejn il-qrati, jagħtukom is-swat fis-sinagogi tagħhom, itellgħukom quddiem gvernaturi u slaten minħabba fija, biex tagħtu xhieda quddiemhom u quddiem il-pagani. Iżda meta jerħukom f’idejhom, tinkwetawx ruħkom kif se titkellmu jew x’se tgħidu, għax dak il-ħin stess jingħatalkom xi jkollkom tgħidu. Għax mhux intom tkunu li titkellmu, imma l-Ispirtu ta’ Missierkom ikun qiegħed jitkellem permezz tagħkom… Kompli aqra »

Il-Messaġġ tal-Arċisqof fil-Quddiesa tal-Milied

Konkatidral, S. Ġwann

25 ta’ Diċembru 2012

Ħuti, dan il-Lejl tal-Milied jispjegalna min hu Alla tagħna għal min jemmen fi Kristu. Alla tagħna ma jibqax fis-smewwiet. Alla tagħna jiġi fostna biex hu jkun jista’ jagħtina s-salvazzjoni. M’hemm l-ebda reliġjon oħra li turi lil Iben t’Alla li jiġi fostna. U dan jurina li aħna fil-qalba ta’ Alla. U allura nistgħu ngħidu li l-lum iktar milli l-festa ta’ Ġesu għax dak huwa l-Iben t’Alla, hija l-festa tagħna, ta’ kull wieħed u waħda minna għaliex Ġesu ġie fostna… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tat-25 ta’ Dicembru

Solennita tat-Twelid tal-Mulej

Luke 2,1-14

F’dik il-ħabta Ċesari Awgustu ħareġ digriet biex isir ċensiment fid-dinja kollha.  Dan kien l-ewwel ċensiment li sar meta Kirinu kien gvernatur tas-Sirja. U kulħadd mar biex jinkiteb, kull wieħed fil-belt tiegħu. Ġużeppi wkoll mar mill-Galilija, mill-belt ta’ Nazaret, u tala’ l-Lhudija, fil-belt ta’ David jisimha Betlehem – għax hu kien mid-dar u l-familja ta’ David – biex jinkiteb flimkien ma’ Marija l-għarusa tiegħu, li kienet tqila… Kompli aqra »

Messaġġ tal-Milied mill-Arċisqof Pawlu Cremona O.P.

.

Agħfas HAWN biex tara l-filmat

.

L-Unjoni Ewropea qed tiddedika s-sena 2013 għaċ-ċittadin. L-iskop hu li ċ-ċittadini kollha tal-Ewropa jagħrfu d-drittijiet li għandhom bħala ċittadini Ewropej ħalli d-deċiżjonijiet li jieħdu f’ħajjithom ikunu ta’ ġid għalihom u għall-oħrajn u jinħoloq ambjent demokratiku.

Għalhekk, din is-sena, ġejt hawn l-MCAST fost iż-żgħażagħ li qegħdin jistudjaw, għax iż-żgħażagħ tal-lum huma ċ-ċittadini t’għada… Kompli aqra »

Messaġġ tal-Milied lill-emigranti mill-Arċisqof Pawlu Cremona O.P.

.

Agħfas HAWN għall-Filmat

.

L-Unjoni Ewropeja qed tiddedika is-sena 2013 għaċ-ċittadin. L-iskop hu li ċ-ċittadini kollha tal-Ewropa jagħrfu d-drittijiet li għandhom bħala ċittadini Ewropej ħalli d-deċiżjonijiet li jieħdu f’ħajjithom ikunu ta’ ġid għalihom u għall-oħrajn u jinħoloq ambjent demokratiku.

Għalhekk din is-sena ġejt hawn l-MĊAST, fost iż-żagħagħ li qiegħdin jistudjaw, għax iż-żgħażagħ tal-llum huma ċ-ċittadini t’għada… Kompli aqra »

Messaġġ tal-Milied lill-missjunarji mill-Arċisqof Pawlu Cremona O.P.

Għeżież Missjunarji,

Nieħu din l-okkażjoni biex f’isem il-Knisja li tinsab ġewwa Malta nibgħatilkom l-isbaħ xewqat qaddisa tal-Milied għal din is-sena.

Din is-Sena ta’ Fidi tħeġġiġna biex dejjem iktar nidħlu fil-qalba tal-Miteri tal-Ħajja ta’ Sidna Ġesù Krsitu. Jiena xtaqt naqsam magħkom din ir-riflessjoni.

Meta ħadt sehem fis-Sinodu tal-Isqfijiet fuq “il-Kelma t’Alla”, waħda mir-riflessjonijiet li laqtuni kienet li aħna m’aħniex in-nies tal-Ktieb, iżda tal-Kelma… Kompli aqra »

L-Arċisqof jiltaqa’ mat-tfal mid-Djar tal-Knisja

Nhar il-Ħadd 23 ta’ Diċembru 2012, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. attenda festin għat-tfal ġejjin mid-Djar tal-Knisja, fis-Seminarju tal-Arċisqof f’Tal-Virtù, r-Rabat. Dan il-festin annwali ġie organizzat minn radju RTK.

Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar… Kompli aqra »

Il-Papa qabel il-Milied jiffoka fuq l-ospitalita

Il-Papa Benedittu XVI, meta indirizza lill-pellegrini fi Pjazza San Pietru fil-Vatikan fir-raba’ Ħadd tal-Avvent, eżattament qabel iċ-ċelebrazzjoni tal-Milied, tkellem dwar iż-żjara tal-Madonna lill-qariba tagħha Santa Eliżabetta. Dan l-episodju, fi kliem il-Papa, “ma jirrappreżentax ġest ta’ kortesija, imma jlaqqa’ it-Testment il-Qadim mal-Ġdid”. Ikompli li Eliżabetta, imdaħħla fl-eta u mirakolożament fertili, tirrappreżenta lil Israel jistenna l-Messija. Il-Papa jinnota l-vers li lissnet Eliżabetta meta laqgħet lil Marija u qaltilha ‘Imbierka inti fost in-nisa’, u jispjega li fl-iskrittura ebrajka hu vers attribwit għal Jael u Ġuditta, li l-azzjonijiet erojċi tagħhom salvaw lil Israel mill-periklu… Kompli aqra »