Arkivji mensili: Frar 2013

Il-Vanġelu tas-27 ta’ Frar

Mattew 20, 17-28

Huwa u tiela’ lejn Ġerusalemm, fit-triq Ġesù sejjaħ lit-Tnax weħidhom madwaru u qalilhom: “Araw, issa aħna telgħin Ġerusalemm, u Bin il-bniedem se jingħata f’idejn il-qassisin il-kbar u l-kittieba; dawn jaqtgħuhielu għall-mewt,  jerħuh f’idejn il-pagani biex jiddieħku bih, u jagħtuh is-swat u jsallbuh; u fit-tielet jum iqum.” Mbagħad resqet lejn Ġesù omm ulied Żebedew flimkien ma’ wliedha, u nxteħtet quddiemu titolbu xi ħaġa… Kompli aqra »

Memorandum mill-Kummissjoni Pastorali fid-Dinja tax-Xogħol

MEMORANDUM GĦALL-PARTITI POLITIĊI – ELEZZJONIJIET ĠENERALI 2013

.

Il-Kummissjoni Pastorali fid-Dinja tax-Xogħol (KPDX), f’dan iż-żmien li f’Malta qegħdin noqorbu biex nagħżlu min se jmexxi pajjiżna għall-ħames snin li ġejjin, tixtieq twassal il-punti li fuqhom irriflettiet l-istess kummissjoni matul dawn l-aħħar snin.

Dawn il-proposti l-Kummissjoni qiegħda tippreżentahom lil dawk il-partiti li qegħdin jippreżentaw irwieħhom għall-Elezzjoni li ġejja. Huma punti li ħarġu minn laqgħat u seminars li orġanizzajna mal-imsieħba soċjali u mal-istess ħaddiema… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tas-26 ta’ Frar

Mattew 23,1-12

Mbagħad Ġesù kellem lin-nies u lid- dixxipli tiegħu, u qalilhom: “Fuq il-katedra ta’ Mosè qagħdu l-kittieba u Fariżej. Mela kull ma jgħidulkom huma agħmluh u ħarsuh, iżda tagħmlux kif jagħmlu huma, għax huma kliem biss għandhom, imma fatti xejn. Huma jorbtu qatet kbar u tqal u jgħabbuhom fuq spallejn ħaddieħor, waqt li huma stess anqas b’sebagħhom wieħed ma jridu jħarrkuhom.   … Kompli aqra »

Motu Proprio jirriafferma l-prerogattiva tal-Kardinali għal ftuħ il-konklavi

Conclave in Sistine Chapel

Il-Papa Benedittu XVI għamel tibdiliet fil-liġi biex il-Konklavi li jwasslu għall-ħatra ta’ Papa ġdid, jibdew qabel. Dawn kienu ippreżentati lill-media permezz tad-deputat camerlengo tal-Papa, l-Isqof Luigi Celata.

It-tibdil fil-Kostituzzjoni jfisser li l-kardinali ma jkollhomx għalfejn jistennew 15-il jum wara r-riżenja tal-Papa biex jingħata bidu għall-Konklavi, li jfisser li sakemm il-kardinali jkunu kollha f’daqqa, il-Konklavi jista’ jibda qabel il-15 ta’ Marzu… Kompli aqra »

Il-Papa jaċċetta r-riżenja tal-Kardinal O’Brien

Cardinal O'Brien

Fi stqarrija maħruġa mill-Konferenza Episkopali Skoċċiża, il-Kardinal Keith Patrick O’Brien qal li mhux ser jattendi għall-Konklavi fil-Vatikan għax ma jixtieqx li l-attenzjoni tal-media tkun fuqu, iżda fuq il-Papa Benedittu XVI u s-suċċessur tiegħu. Aktar kmieni huwa rtira mill-kariga tiegħu ta’ Arċisqof ta’ St Andrews u Edinburgh fl-Iskozja. Rapporti fil-media internazzjonali allegaw li rtira minn din il-kariga fid-dawl ta’ allegazzjonijiet, li huwa jiċħad, ta’ imġiba mhux flokha fil-konfront ta’ qassisin oħra fis-snin tmenin… Kompli aqra »

L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjonijet tal-parroċċa ta’ San Gejtanu fil-Ħamrun

Matul il-Vista Pastorali li għamel l-Arċisqof fil-parroċċa ta’ San Gejtanu l-Ħamrun, huwa ddiskuta diversi aspetti pastorali ma’ diversi kummissjonijiet, fosthom laqgħat:

  • mal-Kummissjoni Xandir tal-Kelma u l-katekisti kollha, fis- 7 ta’ Frar;
  • mal-Kunsill Pastorali Parrokkjali, mal-Kummissjoni Implimentazzjoni Sinodu u mal-Kunsill Ekonomiku, fit-18 ta’ Frar;
  • Kummissjoni Liturġija u mal-Animaturi tal-Evangelizzazzjoni fid-19 ta’ Frar;
  • u mal-Kummissjoni Djakonija u mal-Kummissjoni Familja u l-koppji Mexxejja fil-21 ta’ Frar…
  • Kompli aqra »

Memorandum mill-Moviment ta’ Kana u mill-Kummissjoni Djoċesana Familja

MEMORANDUM GĦALL-PARTITI POLITIĊI – ELEZZJONIJIET ĠENERALI 2013

  1. Il-Kummissjoni Djoċesana Familja u l-Moviment ta’ Kana jemmnu bis-sħiħ li l-familja mibnija fuq iż-żwieġ dejjiemi bejn raġel u mara toffri l-aktar stabbiltà u għalhekk huwa fl-aħjar interess tal-ulied u tas-soċjetà. Familji b’saħħithom jagħmlu soċjetà b’saħħitha u l-Istat għalhekk għandu l-obbligu li jsaħħaħ il-familja.
  2. Socjetà li tassew tagħraf il-kontribut tal-familja bħala patrimonju naturali u soċjali għandha tiddefendi bl-aktar mod ċar il-familja u tagħmel għażla preferenzjali favur iż-żwieġ dejjiemi bejn mara u raġel u dan mhux biss b’dikjarazzjonijiet, imma b’politika effettiva favur iż-żwieġ u l-familja…
  3. Kompli aqra »

L-Arċisqof iżur lit-tfal u lis-Sorijiet ta’ Nuzzo

Nhar it-Tnejn 18 ta’ Frar 2013, l-Arċisqof żar iċ-ċentru kateketiku għand is-Sorjiet Ulied il-Qalb ta’ Ġesù, u wara ltaqa’ mal-komunita’ tas-sorijiet Ulied il-Qalb ta’ Ġesù, bħala parti miż-żjara Pastorali fil-parroċċa ta’ San Gejtanu l-Ħamrun.

Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt… Kompli aqra »