Arkivji mensili: April 2013

Il-Vanġelu tat-23 ta’ April

Ġwann 10,22-30

Ġerusalemm ħabtet il-festa tal-Konsagrazzjoni tat-tempju. Kienet ix-xitwa, u Ġesù kien miexi minn naħa għal oħra tat-tempju, fil-loġġa ta’ Salamun. Il- Lhud daru miegħu u qalulu: “Kemm se ddum taqlgħalna ruħna? Jekk inti l-Messija għidilna ċar u tond.” Weġibhom Ġesù: “Għedtilkom u intom ma temmnux. L-għemejjel li nagħmel jien f’isem Missieri jixhdu għalija… Kompli aqra »

Ġimgħa Ewkaristika fl-okkażjoni tal-mitt anniversarju mill-Kungress Ewkaristiku Internazzjonali

Bħal għada mitt sena, eżattament fit-23 ta’ April 1913, fetaħ l-24 Kungress Ewkaristiku Internazzjonali li kien sar f’Malta. Il-Kungress għalaq fis-27 ta’ April 1913 b’purċissjoni li bdiet mill-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, għal fejn illum hemm il-monument ta’ Kristu Re, fejn ingħatat il-Barka Ewkaristika. F’din iċ-ċelebrazzjoni ħadu sehem madwar 7,000 ruħ. Il-monument ta’ Kristu Re, li ġie inawgurat nhar il-Ħadd 30 ta’ Diċembru 1917, sar apposta b’tifkira ta’ dan il-Kungress Ewkaristiku Internazzjonali… Kompli aqra »

Il-Papa jgħid li “l-vuċi ta’ Ġesu hi unika”

Pope Francis during Angelus

Waqt il-messaġġ tiegħu ftit qabel it-talba tal-Angelus fi Pjazza San Pietru fil-Vatikan, fir-raba’ Ħadd tal-Għid u Jum Dinji ta’ talb għall-Vokazzjonijiet, Papa Franġisku rrefera għall-evanġelju tar-ragħaj u n-nagħaġ u qal li Ġesu “qed isejħilna biex nipparteċipaw fir-relazzjoni tiegħu mal-Missier u fil-ħajja eterna”.

Kompla li “r-relazzjoni mal-Missier għandu jkollha rapport intimu u profound bħalma r-ragħaj ikollu man-nagħaġ tiegħu li hekk kif jgħajtilhom, jagħrfu l-vuċi tiegħu, iwieġbu għaliha u jimxu warajh… Kompli aqra »

Ftehim Kollettiv għall-impjegati tal-Kurja tal-Arċisqof

L-amministrazzjoni tal-Kurja tal-Arċisqof u l-Union Ħaddiema Magħqudin innegozjaw u kkonkludew Ftehim Kollettiv ġdid għall-impjegati lajċi tal-Kurja. Dan il-ftehim ġie ffirmat nhar il-Ġimgħa, 19 ta’ April, 2013.

Il-Ftehim Kollettiv, li jkopri is-snin 2012 – 2014, ġie iffirmat minn Mons. Anton Portelli, Segretarju Amministrattiv, mis-Sur Ray Bonnici, Property Manager u mis-Sur Richard Saliba, Human Resources Executive, f’isem il-Kurja, u mis-Sur Jesmond Bonello, President tal-Union Ħaddiema Magħqudin u mis-Sur Paul Deguara, Shop Steward, f’isem il-Union… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tat-13 ta’ Mejju

Gwann 16, 29-33

Id-dixxipli Ġesù qalulu: “Ara, issa qiegħed titkellem bil-miftuħ, u ebda tixbiha ma inti tgħid. Issa nafu li int taf kollox, u ma għandekx bżonn li wieħed jistaqsik. Għalhekk aħna nemmnu li inti ħriġt mingħand Alla.” Weġibhom Ġesù: “Temmnu issa? Ara, għad tiġi siegħa, u ġa waslet, meta tixterdu kull wieħed lejn daru, u lili tħalluni waħdi… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-22 ta’ April

Gwann 10,1-10

“Tassew tassew ngħidilkom, min ma jidħolx fil-maqjel tan-nagħaġ mill-bieb imma jaqbeż ġewwa minn naħa oħra, dak hu ħalliel u brigant. Imma min jidħol mill-bieb hu r-ragħaj  tan-nagħaġ. Min ikun mal-bieb lilu jiftaħ, in-nagħaġ minn leħnu jisimgħu, u hu jsejjaħ in-nagħaġ tiegħu waħda waħda b’isimhom u joħroġhom barra. U meta joħroġ in-nagħaġ tiegħu, huwa jmur quddiemhom u n-nagħaġ jimxu warajh, għax jisimgħu leħnu… Kompli aqra »

22-28 t’April

It-Tnejn

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu f’Ħ’Attard.

6.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Familja fid-Dar tas-Sorijiet, f’Ħal Kirkop.

7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Liturġija fid-Dar tas-Sorijiet, f’Ħal Kirkop.

It-Tlieta

5.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Animaturi tal-Evanġelizazzjoni fid-Dar tas-Sorijiet f’Ħal Kirkop.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-subien li jattendu l-katekeżi fil-MUSEUM tas-subien, f’Ħal Kirkop… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-21 ta’ April

Ir-raba’ Hadd ta’ wara l-Għid

Ġwann 10,27-30

L-għemejjel li nagħmel jien f’isem Missieri jixhdu għalija. Iżda intom ma temmnux għax m’intomx min-nagħaġ tiegħi. In-nagħaġ tiegħi jisimgħu leħni, u jiena nagħrafhom, u huma jimxu warajja. U jiena nagħtihom il-ħajja ta’ dejjem; u huma ma jintilfu qatt, u minn idejja ma jaħtafhomli ħadd… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-20 ta’ April

Ġwann 6.60-69

Ħafna dixxipli tiegħu, meta semgħuh, qalu: “Iebes dan il-kliem! Min jiflaħ jisimgħu?” Ġesù ntebaħ waħdu li d-dixxipli tiegħu kienu qegħdin igergru fuq hekk, u qalilhom: “Dan il-kliem qiegħed ifixkilkom? Mela xi tgħidu kieku kellkom taraw lil Bin il-bniedem tiela’ fejn kien qabel? Hu l-ispirtu li jagħti l-ħajja, il-ġisem ma jiswa għal xejn… Kompli aqra »