Arkivji mensili: Mejju 2013

Dramm “Is-Siegħa t’Alla” fl-Istitut Kattoliku

L-Uffiċċju Missjunarju ser itellà dramm fuq il-missjoni fl-Istitut Kattoliku, nhar il-Ġimgħa 31 ta’ Mejju u nhar is-Sibt 1 ta’ Ġunju fis-7.00 p.m.

Id- dramm “Is-Siegħa t’Alla”, huwa maqsum fi tliet atti, ser isir bil-kooperazzjoni tal-kumpanija teatrali Dun Mikiel Xerri.

L-istorja tibda bir-Rakkont tal-Missjunarju Patri Marco, li jkun qiegħed jirrakonta l-istorja kurjuża tal-għażla tiegħu li jħalli ħajtu u jsir missjunarju… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tad-29 ta’ Mejju

Mark 10, 32-45

Kienu mexjin fit-triq, telgħin lejn Ġerusalemm, u Ġesù kien miexi quddiemhom; u huma kienu mgħaġġbin, u l-oħrajn li kienu mexjin warajhom kienu mbeżżgħin. Raġa’ sejjaħ it-Tnax ħdejh, u beda jgħidilhom x’kien se jgħaddi minn għalih: “Ara, issa aħna telgħin Ġerusalemm, u Bin il-bniedem se jingħata f’idejn il-qassisin  il-kbar u l-kittieba, li jaqtgħuhielu għall-mewt u jerħuh f’idejn  il-pagani; dawn imbagħad jiddieħku bih, jobżqulu fuqu, jagħtuh is-swat u joqtluh, u wara tlitt ijiem iqum mill-mewt.” Ġakbu u Ġwanni, ulied Żebedew, resqu lejh u qalulu: “Mgħallem, dak li se nitolbuk irriduk tagħtihulna.” “Xi triduni nagħmlilkom?” staqsiehom… Kompli aqra »

Il-Festa ta’ Santa Katarina fiż-Żejtun

Wara l-mewt tal-Arċipriet Dun Eric Overand,

wara li l-Awtoritajiet tal-Knisja kienu kkonsultaw lis-Soċjetajiet Soċjali marbuta mal-Festa taż-Żejtun li lkoll qablu li joqgħodu għad-deċizjoni tal-Kurja, u

wara li fid-9 ta’ Mejju l-Kurja ħabbret li tħassret din il-Festa,

Monsinjur Arċisqof, kif kien mitlub, iddeċieda li jikkonsidra mill-ġdid din id-deċiżjoni. Għalhekk saret proposta lill-istess Soċjetajiet li ssir Festa b’attivitajiet imnaqqsa. Fit-22 ta’ Mejju 2013, Dun Gino Gauci, bħala l-Amministrattur Parrokkjali,  ressaq din il-proposta f’forma ta’ working paper quddiem is-Soċjetajiet… Kompli aqra »

Il-Kunċert ‘The Priests In Malta’

Fl-okkażjoni tas-Sena tal-Fidi, il-Knisja f’Malta qed torganizza kunċert bis-sehem ta’ tlett tenuri ta’ fama internazzjonali magħrufa bħala ‘The Priests’. Dawn huma Fr Martin O’Hagan, Fr Eugene O’Hagan u Fr David Delargy, lkoll saċerdoti Kattoliċi mill-Irlanda ta’ Fuq. Din hija l-ewwel darba li ‘The Priests’ ser jagħtu kunċert f’Malta. Il-kunċert ser isir nhar il-Ġimgħa 21 ta’ Ġunju 2013, fl-Istitut Kattoliku, il-Furjana, fis-7.30 p.m… Kompli aqra »

Il-Papa: “Marija dejjem ħerqana biex tgħinna”

Pope Francis

Fl-ewwel żjara pastorali tiegħu fi djoċesi f’Ruma, il-Papa Franġisku mar fil-Parroċċa ddedikata lil Santa Eliżabetta u Żakkarija, fejn ingħata merħba meta wasal b’ħelikopter biex jiċċelebra l-ewkaristija u jamministra l-ewwel tqarbina lit-tfal mressqa quddiemu, li kienu jammontaw għal sittax. Għall-ewwel darba fi żjara tali f’parroċċa, il-Papa deher iqarar lil mill-inqas sebgħa min-nies.

Meta kien qed jindirizza lill-ġemgħa quddiemu, il-Papa enfasizza l-importanza tat-talb lill-Madonna… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tat-28 ta’ Mejju

Mark 10, 28-31

Qabeż Pietru u qal lil Ġesù: “Tajjeb! Aħna ħallejna kollox u ġejna warajk.” Qallu Ġesù: “Tassew ngħidilkom, li fost dawk kollha li minħabba fija u l-Evanġelju jħallu lil darhom jew lil ħuthom jew lil ommhom jew lil missierhom jew lil uliedhom jew l-għelieqi tagħhom, ma hemm ħadd fosthom li minn issa, f’din id-dinja stess, ma jirċevix, għal mitt darba iktar, djar, aħwa, subjien u bniet, ommijiet, ulied u għelieqi flimkien ma’ persekuzzjonijiet, u l-ħajja ta’ dejjem fiż-żmien li ġej… Kompli aqra »

L-Arċisqof jiltaqa’ maż-żgħażagħ f’Ħal Safi

Nhar il-Ħamis 23 ta’ Mejju 2013, l-Arċisqof iltaqa’ ma diversi żgħażagħ tal-Azzjoni Kattolika (ŻAK) u mill-Kummissjoni Festa San Pawl Safi, fiċ-Ċentru Parrokkjali, bħala parti miż-Żjara Pastorali, f’Ħal Safi.

Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt… Kompli aqra »

Programm taż-Żjara Pastorali f’Tas-Sliema (Ġesù Nazzarenu)

It-Tlieta 21 ta’ Mejju

5.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mat-tfal li jattendu għal-katekeżi fil-Knisja Parrokkjali.

6.15 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Katekisti kollha fis-sala tal-kunvent tad-Dumnikani.

L-Erbgħa 22 ta’ Mejju

10.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kappillan fil-Kurja.

Is-Sibt 25 ta’ Mejju

5.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tal-Kummissjoni Djakonija fis-sala tal-kunvent.

7.00 p.m. L-Arċisqof jqaddes fil-Knisja Parrokkjali bħala ftuħ tal-Viżta u wara jiltaqa’ man-nies… Kompli aqra »

Il-Papa jgħid li t-Trinita Qaddisa hi l-wiċċ ta’ Alla

Pope Francis during Angelus

Qabel ma talab l-Angelus mal-pellegrini u turisti miġbura fi Pjazza San Pietru fil-Vatikan, il-Papa Franġisku fakkar fil-festa li ċċelebrat il-Knisja f’ġieħ it-Trinita Qaddisa. Huwa qal li “id-dawl tal-Għid il-Kbir u t’Għid il-Ħamsin iġedded fina ta’ kull sena il-ferħ u l-kobor tal-fidi li tirrikonoxxi lil Alla mhux bħala xi ħaġa vaga jew astratta imma lil Alla bħala mħabba”.

Il-Papa kompla li t-Trinita Qaddisa mhix il-prodott tar-raġuni umana, imma il-wiċċ li permezz tiegħu Alla rrivela lilu nnifsu fil-mixja tiegħu mal-umnita kollha… Kompli aqra »