Arkivji mensili: Ġunju 2013

Messaġġ tal-Arċisqof fl-okkażjoni tal-kappillan il-ġdid ta’ San Pawl il-Baħar

Għax l-Ewkaristija, skont it-tagħlim ta’ l-Papa Ġwanni Pawlu II, mhi xejn iktar ħlief it-tiġdid bħala sagrament, it-tiġdid sagramentali tal-misteru tal-Għid

Parroċċa ta’ Marija Addolorata, S. Pawl il-Baħar

23 ta’ Ġunju 2013

Għeżież ħuti, kieku kellna nistaqsu: Alla l-Imbierek x’għandu l-iktar għażiż fil-ħolqien tiegħu? It-tweġiba skont il-kelma t’Alla hija ċara. Il-bniedem, maħluq xbieha tiegħu, huwa l-qofol tal-ħolqien… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tas-27 ta’ Ġunju

Mattew 7, 21-29

“Mhux kull min jgħidli, ‘Mulej, Mulej’, jidħol fis-Saltna tas-Smewwiet, iżda min jagħmel ir-rieda ta’ Missieri li hu fis-smewwiet! F’dak il-jum ikun hemm ħafna li jgħiduli, ‘Mulej, Mulej, m’hux f’ismek ħabbarna aħna, u m’hux f’ismek keċċejna x-xjaten u f’ismek għamilna ħafna mirakli?’ Mbagħad jien ngħidilhom, ‘Lilkom qatt ma kont nafkom! Warrbu minn quddiemi, intom li tagħmlu l-ħażen!’ “Għalhekk, kull min jisma’ dan kliemi u jagħmel li qiegħed ngħid jien, isir jixbah lil bniedem għaqli li bena daru fuq il-blat… Kompli aqra »

4given

Matul is-sajf ser jtella’ l-programm televisiv ‘4given’ . Programmi li għal- 13 il-ġimgħa sħaħ ser jixxandru fuq Net TV. Il-preżentaturi ta’ din is-sensiela huma Bernice Abdilla u Andrew Camilleri.

It-Tema li ntgħażlet għal din is-sena ta’ ‘4Given’ hija l-Fidi. Bernice u Andrew flimkien ma Dr John Bonnici Mallia u l-mistiedna distinti u professjonali tagħhom ser jiddiskutu u jwieġbu għal mistoqsijiet ta’ dawn is-suġġetti u fuq temi attwali oħrajn… Kompli aqra »

Inawgurata multi-sensory room għall-użu tar-residenti tad-Dar tal-Providenza

On Monday 24th June 2013, the President of Malta, H.E. Dr George Abela and Mrs Abela officially opened a brand new Multi Sensory Room for use by residents of Id-Dar tal-Providenza and this room was blessed by Archbishop Paul Cremona O.P. Dr Abela said that this finished project is a thank you to the generosity of the Maltese people that donate their money to the Malta Community Chest Fund which has in turn made it possible… Kompli aqra »

Patri Sirjan maqtul

Syrian monk murdered

Il-Kongregazzjoni tal-Vatikan għall-Knejjes ta’ Lvant esprimiet sogħba għall-qtil ta’ Fr Franҫois Mourad. Il-Prefett tal-Kongregazzjoni, il-Kardinal Leonardo Sandri, bagħat il-kondoljanzi tiegħu lill-Knisja Siro-kattolika u lill-Kustodja tal-Art Imqaddsa, flimkien mal-komunita kollha tal-pajjiż. Qal li dan il-każ ta’ vjolenza inġustifikabbli jkompli jżid it-tħassib dwar is-sitwazzjoni. Qal li l-mexxejja u l-komunita internazzjonali għandhom jidħlu f’qoxrithom u jixtarru dak li l-Papa ilu jgħid li l-armi tal-gwerra għandhom jisktu u minflok jiftaħ l-istaġun tal-ġustizzja u r-rikonċiljazzjoni, lejn futur ta’ paċi… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tas-26 ta’ Ġunju

Mattew 7, 15-20

“Iftħu għajnejkom mill-profeti foloz; għax dawn jiġu għandkom libsin ta’ nagħaġ, u minn ġewwa jkunu lpup ħattafa! Mill-frott tagħhom tagħrfuhom. Jaqaw jiġbru għeneb mix-xewk, jew tin mill-għollieq? Hekk kull siġra tajba frott tajjeb tagħmel, imma s-siġra l-ħażina frott ħażin tagħmel. Siġra tajba ma tistax tagħmel frott ħażin, anqas siġra ħażina ma tagħmelx frott tajjeb… Kompli aqra »

Il-Papa jħeġġeġ liż-żgħażagħ sabiex imorru kontra l-kurrent

Pope Francis

Waqt l-Angelus ta’ nhar ta’ Ħadd il-Papa Franġisku tkellem fuq il-missjoni tal-Insara li jitilfu ħajjithom għal Ġesu’. Huwa spjega kif dan jista’ jsir billi n-Nisrani jistqarr il-fidi tiegħu u jiddefendi l-verita.

Huwa fakkar fil-martri tal-Knisja fl-ewwel żminijiet li batew fix-xiehda li taw bil-fidi tagħhom fi Kristu. Żied jgħid pero li biex persuna tkun martri m’hemmx għalfejn titlef ħajjitha, imma dan jista’ jsir billi ta’ kuljum tkun xhud tal-Fidi Nisranija… Kompli aqra »

Il-Prim Ministru Dr Joseph Muscat jiltaqa’ mal-Papa Franġisku

Nhar it-Tnejn 24 ta’ Ġunju 2013, il-Prim Ministru l-On. Joseph Muscat kellu udjenza private mal-Qdusija Tiegħu il-Papa Franġisku. Huwa ltaqa’ mad-delegazzjoni Maltija li nkludiet il-Prim MInistru u s-Sinjura Michelle Muscat u t-tewmin bniet tagħhom, l-On. George Vella, Ministru tal-Affarijiet Barranin u s-Sinjura Vella, u l-On. Owen Bonnici, Segretarju Parlamentari għall-Ġustizzja u s-sinjura tiegħu.

Il-Qdusija Tiegħu il-Papa Franġisku u l-Prim Ministru, offrew rigali lil xulxin… Kompli aqra »

Holy Father: “Due to our common roots, a Christian cannot be anti-semitic!”

On 24th June 2013, the Holy Father received 30 members of the delegation of the International Jewish Committee on Interreligious Consultations. The Pope recalled that 21 previous meetings have helped to strengthen the mutual understanding and ties of friendship between Jews and Catholics.

This is Pope Francis’ first official meeting with a group of representatives of Jewish organizations and communities since his election… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-25 ta’ Ġunju

Mattew 7, 6. 12-14

Tagħtux lill-klieb dak li hu qaddis, u tixħtux il-ġawhar tagħkom quddiem il-ħnieżer li ma jmorrux jgħaffġuhom b’saqajhom u mbagħad iduru għalikom u jqattgħukom bi snienhom. Mela dak kollu li tridu li l-bnedmin jagħmlu lilkom, agħmluh ukoll intom lilhom; għax din hi l-Liġi u l-Profeti. Il-bieb id-dejjaq “Għaddu mill-bieb id-dejjaq… Kompli aqra »