Arkivji mensili: Ġunju 2013

L-Udjenza tal-Prim Ministru Malti mal-Papa Franġisku

Komunikat mis-Sala Stampa tas-Santa Sede dwar l-udjenza mill-Prim Ministru ta’ Malta, Dr Joseph Muscat, lill-Q.T. il-Papa Franġisku li saret illum, 24 ta’ Ġunju 2013, fil-Vatikan

Oggi, lunedì 24 giugno 2013, il Santo Padre Francesco ha ricevuto in Udienza, nel Palazzo Apostolico Vaticano, il Primo Ministro della Repubblica di Malta, Sua Eccellenza il Dott. Joseph Muscat, il quale ha poi incontrato l’Em.mo Cardinale Tarcisio Bertone, Segretario di Stato,  accompagnato da S.E… Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof fil-Quddiesa tal-mitt sena anniversarju mill-Kungress Ewkaristiku Internazzjonali

Pjazza S. Ġorġ, Valletta

7 ta’ Ġunju 2013

Ħuti, aħna llum qegħdin niċċelebraw l-imħabba ta’ Alla l-Imbierek li dehret fi Kristu, l-Iben t’Alla li sar bniedem. U llum qegħdin niċċelebrawha taħt żewġ forom. L-ewwel forma hija l- Qalb ta’ Ġesù, il-Qalb minfuda ta’ Ġesù għalina, u min-naħa l-oħra llum qegħdin niċċelebraw ukoll l-Ewkaristija, il-mitt sena tal-Kungress Ewkaristiku Internazzjonali… Kompli aqra »

2by2 ġewwa SKY Club

Nhar il-Ħadd 30 ta’ Ġunju 2013, l-attività tal-bidu tas-sajf mill-KDŻ se ssir ġewwa SKY Club, Paceville mis-7pm ‘il quddiem. It-tema “2by2” tirrifletti l-missjunarjetà ta’ ħafna żgħażagħ li, dan is-sajf, se jqattgħuh f’volontarjat. Bħad-dixxipli f’Luqa 10:1 huma qiegħdin jintbagħatu f’isem Ġesù.

2by2 se jkun hemm kunċert live minn uħud mill-aktar bands insara prominenti; riċetti speċjali ta’ mocktails; kif ukoll iċ-ċerimonja annwali tal-Mandat fejn l-Arċisqof jibagħat simbolikament liż-żgħażagħ voluntiera… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-24 ta’ Ġunju

The Birth of John the Baptist

It-Twelid ta’ San Gwann il-Battista

Luqa 1, 57-66.80

Eliżabetta għalqilha ż-żmien biex teħles, u kellha tifel. Il-ġirien u qrabatha semgħu li l-Mulej wera ħniena kbira magħha, u marru jifirħu magħha. Meta mbagħad fit-tmien jum ġew biex jagħmlu ċ-ċirkonċiżjoni lit-tifel riedu jsemmuh Żakkarija għal missieru, imma qabżet ommu u qalet: “Le, iżda Ġwanni jkun jismu.” Qalulha: “Ma hemm ħadd li jismu hekk fost qrabatek!” Mbagħad bdew jistaqsu bis-sinjali lil missieru x’ried isemmih, u hu talabhom xi ħaġa fuqiex jikteb, u kiteb hekk: “Ismu huwa Ġwanni.” U kulħadd baqa’ mistagħġeb… Kompli aqra »

24 – 30 ta’ Ġunju

It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.

5.00 p.m. L-Arċisqof jinawgura multi-sensory room għall-użu tar-residenzi tad-Dar tal-Providenza.

It-Tlieta

9.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-Sur Stephen Axisa, tal-Aid to the Church in Need, fil-Kurja.

10.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Fondazzjoni għall-Iskejjel tal-Knisja, fil-Kurja.

L-Erbgħa

09.30 a.m. L-Arċisqof jilqa’ lis-Sur Benedetto Lino u Patri Martin Bitzer OFM Conv, mill-Kunsill Ġenerali tal-Ordni Sekulari Franġiskan, fil-Kurja… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tat-23 ta’ Ġunju

It-12 il-Hadd ta’ matul is-Sena

Luqa 9, 18-22

Darba, waqt li kien qiegħed jitlob waħdu, kien hemm miegħu  d-dixxipli tiegħu, u hu staqsiehom: “Min jgħidu n-nies li jien?” Huma weġbuh u qalulu: “Ġwanni l-Battista; oħrajn, Elija; u oħrajn, li qam wieħed mill-profeti ta’ l-imgħoddi.” Qalilhom: “Imma intom min tgħidu li jien?” Qabeż Pietru u qallu: “Inti l-Messija ta’ Alla.” Mbagħad ikkmandahom u qalilhom ħafna biex ma jgħidu lil ħadd b’dan… Kompli aqra »

The Priests f’kunċert ‘live’

Il-Ġimgħa 21 ta’ Ġunju 2013, ittella’ l-kuncert minn ‘The Priests’, li sar il-bierah filgħaxija fl-Istitut Kattoliku, il-Furjana, bis-sehem tas-soprano Maltija Gillian Zammit u orkesta ffurmata minn disa’ mużiċisti Maltin.

Fr Martin O’Hagan, Fr Eugene O’Hagan u Fr David Delargy, it-tlett saċerdoti Kattoliċi u tenuri Irlandiżi li jiffurmaw il-grupp ‘The Priests’, iħallu Malta aktar tard illum.

Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tat-22 ta’ Ġunju

Mattew 6, 24-34

“Ħadd ma jista’ jaqdi żewġ sidien; għax jew ikun jobgħod lil wieħed u jħobb lill-ieħor, jew jintrabat ma’ wieħed u jistmell lill-ieħor. Ma tistgħux taqdu lil Alla u lill-flus. “Għalhekk ngħidilkom: tinkwetawx ruħkom għal ħajjitkom, x’se tieklu jew x’tixorbu, anqas għal ġisimkom x’se tilbsu. Jaqaw il-ħajja m’hijiex aqwa mill-ikel, u l-ġisem aqwa mill-ilbies? … Kompli aqra »

Il-Papa jżid isem San Ġużepp fit-talba Ewkaristika

Fl-ewwel digriet ta’ natura liturġika f’dan il-pontifikat, Papa Franġisku iddeċieda li fit-tieni, fit-tielet u fir-raba’ talba Ewkaristika, hekk kif jidhru fit-tielet edizzjoni tal-Missal Ruman wara li tissemma l-Verġni Mqaddsa Marija, iżid isem San Ġużepp.

Fil-link hawn wieħed jista’ jsib id-digriet sħiħ u fid-dettall maħruġ l-Erbgħa mill-Kongregazzjoni għall-Qima divina u d-dixxiplina tas-Sagramenti.

Kompli aqra »

Ċelebrazzjoni mużikali mill-Laboratorju tal-Paċi

Nhar it-Tlieta 25 ta’ Ġunju 2013, fl-okkażjoni tal-ewwel anniversarju tar-Radju ‘Connect Africa Radio Malta’ il-Laboratorju tal-Paċi f’Ħal Far ser jorganizza attivita’ għal kulħadd li tinkludi mużika, żfin, bejgħ ta’ ikel u krafts Afrikan, henna, ‘hair-braiding’ u attivitajiet għat-tfal.

Programm:

5 p.m. – Ftuħ u divertiment

6 p.m.  – Quddiesa ċċelebrata minn Patri Dionisju Mintoff

6.20 p.m… Kompli aqra »