Arkivji mensili: Lulju 2013

Salm 121

  • Salm 121
  • Salm 121

    Il-Mulej jgħasses fuqna

     

    Għanja tat-Telgħat.
       Nerfa’ għajnejja lejn l-għoljiet;
       mnejn se tiġini l-għajnuna?

    2 L-għajnuna tiegħi mingħand il-Mulej,
       li għamel is-sema u l-art.

    3 Ma jħalli qatt li riġlek jogħtor;
       ma jongħosx dak li jħarsek.

    4 Ara, la jongħos u lanqas jorqod
       dak li jħares lil Iżrael…

  • Kompli aqra »

175 sena mill-bidu tal-Provinċja Dumnikana f’Malta

  • 175 sena mill-bidu tal-Provinċja Dumnikana f’Malta

  • Nhar il-Ġimgħa 12 ta’ Lulju 2013, L-Arċisqof assista f’quddiesa ta’ radd-il ħajr fl-okkażjoni tal-175 anniversarju mit-twaqqif tal-Provinċja Dumnikana f’Malta, fil-Knisja tad-Dumnikani, r-Rabat…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tas-17 ta’ Lulju

San Mattew 11:25-27

F’dak iż-żmien Ġesù qabad u qal: “Nfaħħrek, Missier, Sid is-sema u l-art, għax inti dawn il-ħwejjeġ ħbejthom lil min għandu l-għerf u d-dehen u wrejthom liċ-ċkejknin. Iva, Missier, għax lilek hekk għoġbok.

“Kollox kien mogħti lili minn Missieri, u ħadd ma jagħraf lill-Iben jekk mhux il-Missier, kif ħadd ma jagħraf lill-Missier jekk mhux l-Iben u dak li lilu l-Iben irid jgħarrafhulu… Kompli aqra »

Papa Franġisku: “Imitaw il-ħniena t’Alla”

On 14th July 2013, at midday, the Pope presided at his first Sunday Angelus in Castel Gandolfo, praying with the faithful gathered in Piazza della Liberta. He commented on the parable of the good Samaritan from the gospel of St. Luke, emphasizing that “God always wants mercy for everyone and not condemnation. He wants the mercy of the heart because he is merciful and understands well our suffering, our difficulties and even our sins… Kompli aqra »

Mill-Afrika – għall-Afrika

The Pontifical Mission Societies, known as Uffiċċju Missjunarju, situated in Merchants’ Street in Valletta is organising an African Art Exhibition, FROM AFRICA FOR AFRICA. The main aim of this exhibition is to raise awareness about the situation in several African countries – like Tanzania, Zanzibar and Zimbabwe – where talented, but poor artists do not have the means to promote their work due to lack of money and resources… Kompli aqra »

Ix-Xogħol prekarju – Realtà tal-lum

  • Ix-Xogħol prekarju – Realtà tal-lum
  • Min iħaddem b’xogħol prekarju għandu jiġi megħjun jifhem li bil-prekarjat huwa stess mhux se jibbenefika. L-irħis li jaħseb li ser jakkwista, ser jiswielu aktar għali. L-ewwel, il-prekarjat juri nuqqas ta’ serjetà f’min iħaddem u fil-kumpanija tiegħu; min jaħdem bil-prekarjat qed juri li fil-kumpanija tiegħu ma jitħarsux il-valuri nobbli tax-xogħol. It-tieni, il-prekarjat ma jħallix lill-ħaddiem joffri l-aħjar ħidma tiegħu, flok ma x-xogħol ikun in-namra tiegħu, dan isir madmad għalih…
  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jappella l-Pulizija biex qatt ma jaqtgħu qalbhom minn dawk li jagħmlu l-ħażen

Nhar il-Ġimgħa 12 ta’ Lulju 2013, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. assista f’quddiesa ta’ radd ta’ ħajr lil Alla li fakkret il-199 sena mit-twaqqif tal-Korp tal-Pulizija, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann. Fil-messaġġ tiegħu l-Arċisqof qabbel il-ħidma tal-korp tal-pulizija ma’ għadd ta’ ġrajjiet fil-Vanġelu. Qabbel lill-adultera man-nies li żbaljaw u li jiltaqgħu magħhom il-pulizija fil-qadi ta’ dmirijiethom. Appella lill-pulizija biex qatt ma jitiflu t-tama f’dawk li jagħmlu l-ħażen… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tas-16 ta’ Lulju

Mattew 11, 20-24

Ġesù mbagħad qabad iċanfar bis-sħiħ l-ibliet li ma wrewx indiema minkejja l-ħafna mirakli li kien għamel fihom: “Ħażin għalik, Korożajn! Ħażin għalik, Betsajda! Għax kieku l-mirakli li saru fikom saru f’Tir u Sidon, kieku ilhom li wrew indiema bl-ilbies ta’ l-ixkejjer u l-irmied. Iżda ngħidilkom li jum il-ħaqq se jkun eħfef għal Tir u Sidon milli għalikom… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-15 ta’ Lulju

Mattew 10, 34-11,1

“Taħsbux li jiena ġejt inġib il-paċi fuq l-art! Ġejt inġib mhux il-paċi, imma s-sejf. Iva, ġejt nifred lill-bniedem minn missieru, lill-bint minn ommha,u lil mara minn omm żewġha, u l-bniedem ikollu n-nies ta’ daru stess għedewwa tiegħu. Min iħobb lil missieru jew lil ommu iżjed minni ma jistħoqqlux li jkun miegħi; min iħobb lil ibnu jew lil bintu iżjed minni ma jistħoqqlux li jkun tiegħi… Kompli aqra »