Arkivji mensili: Settembru 2013

Il-Vanġelu tal-jum – 19 ta’ Settembru

  • Il-Vanġelu tal-jum – 19 ta’ Settembru
  • Luqa 7, 36-50

    Wieħed mill-Fariżej stieden lil Ġesù biex jiekol miegħu; Ġesù daħal għand il-Fariżew u qagħad għall-ikel. Issa fil-belt kien hemm midinba magħrufa. Din saret taf li kien qiegħed għall-ikel fid-dar tal-Fariżew; ġiebet vażett ta’ l-alabastru biż-żejt ifuħ; u marret qagħdet warajh ħdejn riġlejh, tibki u xxarrablu riġlejh bi dmugħha u tixxuttahomlu b’xuxitha; mbagħad bisitlu riġlejh u dilkithomlu biż-żejt ifuħ…

  • Kompli aqra »

Riddick

  • Riddick
  • Direttur:        David Twohy

    Atturi:            Vin Diesel, Jordi Molla, Matt Nable, Katee Sackhoff

    Ħin:                119 minuti

    Klassifika taċ-Ċensura: 15

    Klassifika tal-Knisja: 18

    Riddick, ħabsi minħabba qtil, iwassluh fuq pjaneta b’ambjent ostili ħafna u deżert, infestatha b’annimali li jieklu lil kull min isibu. Kienu tawh x’jifhem li kien se jiġi meħud lura lejn id-dinja tiegħu, iżda hemmhekk dawk li jkunu miegħu jippruvaw joqtluh u meta jaħsbu li jkun miet jitilqgħu u jħalluh hemm…

  • Kompli aqra »

Kick – Ass 2

  • Kick – Ass 2
  • ***

    Direttur:          Jeff  Wedlow

    Atturi:              Aaron Taylor-Johnson, Christopher Mintz-Plasse, Chloe Grace Moretz, Jim Carey, Clark Duke, Olga Kurkulina, Lindy Booth u Morris Chestnut

    Ħin tal-film:    103 min.

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:     15

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:           18       

    Dave Lizewski  jispira ruħhu  minn ċitadini ordinarji biex isir wieħed  mis-“Super Heroes”…

  • Kompli aqra »

2 Guns

  • 2 Guns
  • Direttur:          Baltasar Kormakur

    Atturi:              Denzel Washington, Mark Wahlberg, Paula Patton, Bill Paxton, Fred Ward, James Marsden u Edward James Olmos

    Ħin tal-film:    109 min.

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 15

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                       18

    Robert Trench u Michael Stigman, it-tnejn li huma kriminali, jiġu arrestati mid-Dwana Amerikana  wara li t-tnejn kellhom laqgħa mal-baruni tad-droga Papi Greco ġewwa Messico…

  • Kompli aqra »

Stuck in Love

  • Stuck in Love
  • ****

    Direttur:          Josh Boone

    Atturi:              Jennifer Connelly, Graig Kinnear, Lily Collins, Logan Lerman, Kristen Bell, Liana Liberato u Nat Wolff

    Ħin tal-film:    97 min.

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 15

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                       15

    In-novelist Bill Borgens, f’dawn l-aħħar tliet snin qiegħed jiġi wiċċ imbwiċċ mal-fatt li martu Erica ħallietu għal raġel ieħor…

  • Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof fl-okkażjoni tal-Professjoni Perpetwa ta’ Żewġ Sorijiet Agostinjani

  • Messaġġ tal-Arċisqof fl-okkażjoni tal-Professjoni Perpetwa ta’  Żewġ Sorijiet Agostinjani
  • Parroċċa ta’ S. Pawl il-Baħar

    8 ta’ Settembru 2013

    Ħuti, diġa fil-bidu għamilna riflessjoni li llum iktar minn dak li jidher, irridu nagħtu każ ta’ dak li ma jidhirx, jiġifieri l-wegħda li se jagħmlu Sr Rosanne u Sr Sandra li huma jingħataw lil Alla l-Imbierek…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 17 ta’ Settembru

  • Il-Vanġelu tal-jum – 17 ta’ Settembru
  • Luqa 7, 11-17

    Wara dan imbagħad mar f’belt jisimha Najn, u marru miegħu d-dixxipli tiegħu u kotra kbira ta’ nies.  Kif wasal qrib il-bieb  tal-belt, kienu qegħdin iġorru wieħed mejjet li ommu, mara armla, ma kellhiex ħliefu; u magħha kien hemm għadd ġmielu ta’ nies mill-belt. Kif raha l-Mulej tħassarha.”Tibkix” qalilha.  Resaq, u mess it-tebut…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 16 ta’ Settembru

  • Il-Vanġelu tal-jum – 16 ta’ Settembru
  • Luqa 7, 1-10

    Meta spiċċa jgħid lin-nies kull ma kellu jgħidilhom, daħal Kafarnahum. U jkun hemm ċenturjun li kellu qaddej għażiż ħafna għalih, li kien marid u wasal fl-aħħar. Iċ-ċenturjun sama’ b’Ġesù u bagħatlu xi wħud mix-xjuħ tal-Lhud biex jitolbuh jiġi jfejjaqlu l-qaddej. Dawk marru quddiem Ġesù u bdew jitolbuh b’ħerqa kbira u jgħidulu: “Jixraqlu li tagħmillu dan, għax hu jgħożż il-ġens tagħna, u kien hu li bnielna s-sinagoga.” Ġesù mar magħhom, u ma kienx ‘il bogħod wisq mid-dar meta ċ-ċenturjun bagħat jgħidlu ma’ xi ħbieb: “Sinjur, toqgħodx tinqala’, għax jien ma jistħoqqlix li tidħol taħt is-saqaf tiegħi; għalhekk ħassejt li anqas kien jistħoqqli niġi nsibek jiena stess…

  • Kompli aqra »

16 – 22 ta’ Settembru

  • 16 – 22 ta’ Settembru
  • It-Tnejn

    10.55 p.m.       L-Arċisqof jasal lura Malta mill-Iskozja.         

    L-Erbgħa       

    9.00 a.m.         L-Arċisqof jindirizza laqgħa għall-għalliema u LSAs ġodda fl-iskejjel tal-Knisja, fil- Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl, Rabat.

    5.30 p.m.         L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill tal-Caritas, fil-Kurja, Floriana.

    Il-Ħamis

    Il-Ġimgħa      

    4.30 p.m.         L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill Rappreżentattiv Djoċesan, il-Kurja…

  • Kompli aqra »