Arkivji mensili: Novembru 2013

Prisoners

  • Prisoners

  • ****

    Direttur:        Denis Villeneuve
    Atturi:            Jake Gyllenhead, Hugh Jackson, Terrence Howard
    Ħin:                145 minuti

    Klassifika taċ-Ċensura:  15
    Klassifika tal-Knisja:   18

    Keller Dover u marthu Grace flimkien ma’ wliedhom, binthom ta’ sitt snin Anna ħuha ikbar minnha, imorru għand Franklin u Nancy Birch, li għandhom ukoll tifla ta’ mpar Anna jisimgħha Joy u tifla oħra ikbar, għall-ikla tat-Thanksgiving…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Liturġija, mal-Kummissjoni Żgħażagħ, u mal-adolexxenti u żgħażagħ fil-parroċċa ta’ Ħad-Dingli

  • L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Liturġija, mal-Kummissjoni Żgħażagħ, u mal-adolexxenti u żgħażagħ fil-parroċċa ta’ Ħad-Dingli

  • Nhar l-Erbgħa 20 ta’ Novembru 2013, l-Arċisqof iltaqa’ mal-Kummissjoni Liturġija, mal-Kummissjoni Żgħażagħ, u mal-adolexxenti u żgħażagħ mexxejja, bħal parti miż-Żjara Pastorali, fil-parroċċa ta’ Ħad-Dingli…

  • Kompli aqra »

Fr Cyril Axelrod jingħata l-O.B.E. mill-Majesta’ tagħha r-Reġina Eliżabetta II

  • Fr Cyril Axelrod jingħata l-O.B.E. mill-Majesta’ tagħha r-Reġina Eliżabetta II
  • Fr Cyril Axelrod għadu kif ingħata l-O.B.E. (Order of the British Empire) mill-Majesta’ tagħħa r-Reġina Eliżabetta II f’ċerimonja speċjali li saret fil-kastell ta’ Windsor. Fr Cyril huwa l-ewwel persuna nieqes mis-smigħ u mid-dawl li qatt irċeviet dan l-unur li ngħatalu għall-hidma tiegħu biex jitwaqqfu ċentri li joffru servizzi ta’ taħriġ għall-persuni nieqsa mis-smiegħ u b’nuqqas ta’ dawl mis-Soċjeta’ għall-persuni nieqsa mid-dawl f’Hong Kong fejn għall dawn l-aħħar ħames snin kien Konsulent Onorarju…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 27 ta’ Novembru

  • Il-Vanġelu tal-jum – 27 ta’ Novembru
  • Luqa 21, 12-19

    Imma qabel dan kollu jixħtu idejhom fuqkom u jippersegwitawkom, jagħtukom f’idejn il-mexxejja  tas-sinagoga u jitfgħukom il-ħabs, u jeħdukom quddiem slaten u gvernaturi minħabba f’ismi. Dan ikun jiswielkom biex tistgħu tagħtu xhieda. U żommu sewwa f’moħħkom: toqogħdux taħsbu minn qabel kif se tiddefendu ruħkom, għax jien nagħtikom kliem u għerf li kull min ikun kontra tagħkom ma jkunx jista’ jiqaflu jew imerih…

  • Kompli aqra »

The Hunger Games: Catching Fire

  • The Hunger Games: Catching Fire 

  • ****

    Direttur:        Francis Lawrence
    Atturi:            Jennifer Lawrence, Josh Hutcherson, Donald Sutherland
    Ħin:                146 minuti 

    Klassifika taċ-Ċensura: 12A
    Klassifika tal-Knisja: 15

    Katniss Everdeen u Peeta Mellark rebħu l-74 edizzjoni ta’ l-Annual Hunger Games (fl-ewwel film), sfida sal-mewt bejn żgħażagħ rappreżentanti ta’ kull wieħed mit-tnax id-distrett ta’ Panem u li tintwera diretta fuq it-television…

  • Kompli aqra »

Tnedija tat-Tema għaż-żgħażagħ 2013/14

  • Tnedija tat-tema għaż-żgħażagħ 2013/14 
  • L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ser jniedi it-tema tas-sena għaż-żgħażagħ waqt quddiesa li ser issir nhar il-Ħadd, l-1 ta’ Diċembru, fil-Knisja ta’ San Ġużepp Ħaddiem, Birkirkara, fis-6:30pm. It-tema għaż-żgħażagħ li ser iniedi l-Arċisqof u li intgħażlet mill-Papa Franġisku hija: “Henjin il-foqra fl-ispirtu għax tagħhom hija s-saltna tas-smewwiet” (Mt 5,3).

    Din l-attività qiegħda tkun organiżżata mil-Liturgy Team tal-Parroċċa ta’ San Ġużepp Ħaddiem u kkordinata mill-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ (KDŻ). 

  • Kompli aqra »

L-Isqfijiet Maltin f’Konsultazzjoni dwar il-Kurja Rumana

  • L-Isqfijiet Maltin f’Konsultazzjoni dwar il-Kurja Rumana

  • Il-Konferenza Episkopali Maltija intalbet tagħti s-suġġerimenti tagħha dwar it-tmexxija tal-Knisja Universali. Din it-talba waslet mill-Kardinal Reinhard Marx, Arċisqof ta’ Munich u Freising, u membru tal-kunsill tal-Kardinali mwaqqaf mill-Papa Franġisku…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 26 ta’ Novembru

  • Il-Vanġelu tal-jum – 26 ta’ Novembru
  • Luqa 21, 5-11

    Kien hemm xi wħud li bdew jgħidu fuq kemm it-tempju kien imżejjen b’ġebel sabiħ u għotjiet; iżda Ġesù qalilhom: “Kull ma qegħdin taraw, għad jiġi żmien li ma tibqax ġebla fuq oħra minnu li ma tiġġarrafx.” U huma staqsewh u qalulu: “Mgħallem, issa dan meta għad jiġri? U x’se jkun is-sinjal li dawn il-ħwejjeġ ikunu waslu biex iseħħu?” Qalilhom: “Araw li ma titqarrqux…

  • Kompli aqra »