Arkivji mensili: Novembru 2013

Messaġġ tal-Arċisqof għall-festa ta’ Kristu Re u tmiem is-Sena tal-Fidi

  • Messaġġ tal-Arċisqof għall-festa ta’ Kristu Re u tmiem is-Sena tal-Fidi
  • Parrocca Sidtna Marija Mtella’ s-Sema, Mosta

    24 ta’ Novembru 2013

    Eċċellenza President ta’ Malta u Sinjura Abela,

    Ħuti,

    Illum ġejna hawnhekk biex infakkru żewġ avvenimenti: l-ewwelnett sena speċjali li tiġi fi tmiemha llum, jiġifieri s-Sena tal-Fidi, u qegħdin niċċelebraw ukoll lil Kristu li huwa Sultan tal-ħolqien kollu…

  • Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof fl-okkażjoni tal-Gradwazzjoni tal-Istudenti tal-Universita

  • Messaġġ tal-Arċisqof fl-okkażjoni tal-Gradwazzjoni tal-Istudenti tal-Universita’
  • Konkatidral ta’ S. Ġwann

    12 ta’ Novembru 2013

    Eċċellenza President ta’ Malta,

    Ħuti, aħna ġejna għal din l-quddiesa biex l-universita` kollha, kemm dawk li jgħallmu, kemm dawk li marru biex jitgħallmu, illum jirringrazzjaw lil Alla f’dawn il-ġranet tal-gradwazzjoni. Imma jiena naħseb li ma nistgħux nieqfu hemm. Jien nimmaġina lil Alla jirringrazzja lil kull wieħed u waħda minnkom talli t-talenti li takom ma ħlejtuhomx, talli kontu lesti tagħmlu s-sagrifiċċji biex l-għerf li takom il-Mulej iġġubuh għall-għarfien tiegħu…

  • Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet ta’ Kristu Re għall-adolexxenti u t-tfal

  • Ċelebrazzjonijiet ta’ Kristu Re għall-adolexxenti u t-tfal

  • Il-Ġimgħa 22 ta’ Novembru 2013 saret iċ-ċelebrazzjoni ta’ Kristu Re għall-adolexxenti bl-isem ‘Meeteen’ fil-Kumpless Ġwanni Pawlu II, fiċ-ċentru parrokkjali ta’ Ħ’Attard. It-tema għal din l-attività kienet ‘Follow Him’, organiżżata miż-ŻAK Siġġiewi li ħejjew programm interattiv għall-adolexxenti ta’ bejn 12 u 16-il sena…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ tfal subien li jattendu l-MUSEUM u il-Kunsill Pastorali Parrokkjali, il-Kummissjoni Implimentazzjoni Sinodu u l-Kunsill Ekonomiku Parrokkjali f’Ħad-Dingli

  • L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ tfal subien li jattendu l-MUSEUM u il-Kunsill Pastorali Parrokkjali, il-Kummissjoni Implimentazzjoni Sinodu u l-Kunsill Ekonomiku Parrokkjali f’Ħad-Dingli

  • It-Tnejn 18 ta’ Novembru 2013, l-Arċisqof  iltaqa’ mat-tfal miċ-Ċentru tal-MUSEUM tas-subien, bħala parti mill-Viżta Pastorali, f’Ħad-Dingli…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 25 ta’ Novembru

  • Il-Vanġelu tal-jum – 25 ta’ Novembru
  • Luqa 21, 1-4

    Ġesù rafa’ għajnejh u ra l-għonja jitfgħu l-offerti tagħhom fit-teżor tat-tempju. U ra wkoll waħda armla fqira titfa’ biċċtejn żgħar  tal-flus, u qal: “Ngħidilkom is-sew, din l-armla fqira tefgħet iktar minnhom ilkoll. Għax dawn kollha għamlu offerti  miż-żejjed tagħhom, imma hi, fil-faqar tagħha, tefgħet dak kollu li kellha biex tgħix.”

    Il-Qaddisa tal-jum: Santa Katerina tal-Ixandra

  • Kompli aqra »

25 ta’ Novembru – 1 ta’ Diċembru

  • 25 ta’ Novembru – 1 ta’ Diċembru
  • It-Tnejn          

    9.15 a.m.         L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.

    6.00 p.m.         L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummisjoni Tfal, bħala parti miż-żjara pastorali fil-parroċċa ta’ Ħad-Dingli.

    7.00 p.m.         L-Arċisqof jippresiedi l-Assemblea Parrokjali ta’ Ħad-Dingli.

    It-Tlieta          

    4.30 p.m.         L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-bord tas-Seminarju, tal-Virtù.

    7.15 p.m.         L-Arċisqof imexxi velja għas-saċerdoti f’għeluq is-Sena tal-Fidi, fil-Knisja Parrokkjali tal-Furjana…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 24 ta’ Novembru

  • Il-Vanġelu tal-jum – 24 ta’ Novembru
  • Festa ta’ Kristu Re

    Luqa 23, 35-43

    Il-poplu waqaf hemm, iħares, waqt li l-kapijiet bdew jiddieħku b’Ġesù u jgħidu: “Salva lil oħrajn; ħa jsalva lilu nnifsu jekk dan hu l-Messija, il-Maħtur ta’ Alla!”  Is-suldati wkoll bdew jgħadduh biż-żmien; u resqu lejh, newwlulu nbid qares  u qalulu: “Jekk inti s-sultan tal-Lhud salva lilek innifsek!” Fuq rasu kien hemm ukoll kitba li kienet tgħid, ‘Dan huwa s-sultan tal-Lhud.’ Wieħed mill-ħatjin li kienu msallbin miegħu beda jgħajjru u jgħidlu: “Int m’intix il-Messija? …

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 23 ta’ Novembru

  • Il-Vanġelu tal-jum – 23 ta’ Novembru
  • Luqa 20, 27-40

    Mela resqu fuqu xi wħud mis-Sadduċej, dawk li jiċħdu l-qawmien mill-imwiet, u staqsewh: “Mgħallem,” qalulu,”Mosè ħallielna miktub, ‘Jekk wieħed imutlu ħuh miżżewweġ u dan ikun bla tfal, dak ikollu jiżżewweġ l-armla biex inissel ulied lil ħuh.’ Issa jkun hemm sebat aħwa, u l-kbir iżżewweġ u miet bla tfal. It-tieni wieħed, u mbagħad it-tielet, f’kelma waħda, is-sebgħa li kienu, ħadu l-armla, u mietu bla ma ħallew tfal…

  • Kompli aqra »

Benjamin Tonna Lecture 2013

  • Benjamin Tonna Lecture 2013
  • On Monday 25th November 2013, the Institute for Research on the Signs of the Times (DISCERN) is organizing the Benjamin Tonna Lecture 2013 on ‘Tales of Sinai – The Incredible Lady Bible Hunters’. The guest speaker will be Professor Janet Soskice, Professor of Philosophical Theology at the University of Cambridge. This event will be held at the Phoenicia Hotel, Floriana, at 7:00 p.m…

  • Kompli aqra »