Yearly Archives: 2013

Il-Vanġelu tal-jum – 26 ta’ Dicembru

  • Il-Vanġelu tal-jum – 26 ta’ Dicembru
  • Mattew 10,17-22
    Meta telqu, deher anġlu tal-Mulej f”ħolma lil Ġużeppi u qallu: “Qum, ħu miegħek lit-tifel u ‘l ommu, u aħrab lejn l-Eġittu. Ibqa’ hemm sa ma ngħidlek jien, għax Erodi se jfittex lit-tifel biex joqtlu.” Ġużeppi qam, ħa miegħu lit-tifel u ‘l ommu billejl u telaq lejn l-Eġittu, u baqa’ hemmhekk sal-mewt ta’ Erodi, biex hekk iseħħ dak li kien qal il-Mulej permezz tal-profeta, meta qal, ‘Mill-Eġittu sejjaħt lil ibni.’ Meta miet Erodi, deher l-anġlu tal-Mulej f’ħolma lil Ġużeppi fl-Eġittu u qallu: “Qum, ħu miegħek lit-tifel u ‘l ommu, u erġa’ lura lejn l-art ta’ Iżrael, għax mietu dawk li kienu jfittxu l-ħajja tat-tifel.” Ġużeppi qam, ħa miegħu lit-tifel u ‘l ommu, u mar fl-art ta’ Iżrael…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 25 ta’ Dicembru

  • Il-Vanġelu tal-jum – 25 ta’ Dicembru
  • Solennita tat-Twelid tal-Mulej

     
    Luke 2,1-14
    F’dik il-ħabta Ċesari Awgustu ħareġ digriet biex isir ċensiment fid-dinja kollha.  Dan kien l-ewwel ċensiment li sar meta Kirinu kien gvernatur tas-Sirja. U kulħadd mar biex jinkiteb, kull wieħed fil-belt tiegħu. Ġużeppi wkoll mar mill-Galilija, mill-belt ta’ Nazaret, u tala’ l-Lhudija, fil-belt ta’ David jisimha Betlehem – għax hu kien mid-dar u l-familja ta’ David – biex jinkiteb flimkien ma’ Marija l-għarusa tiegħu, li kienet tqila…

  • Kompli aqra »

Messaġġ tal-Milied mill-Arċisqof Pawlu Cremona O.P.

  • Messaġġ tal-Milied mill-Arċisqof Pawlu Cremona O.P.

  • Ħuti, Din is-sena l-Awgurju tal-Milied qed nagħtihulkom mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. Kien hemm raġuni għaliex għażilna dan il-post – għaliex din is-sena nixtieq li niftakru f’dawk kollha li l-Milied mhux se jgħadduh fid-dar tagħhom…

  • Kompli aqra »

Il-Messaġġ tal-Milied tal-Papa Franġisku lill-Kurja Rumana

  • Il-Messaġġ tal-Milied tal-Papa Franġisku lill-Kurja Rumana

  • Pope Francis issued his Christmas greetings to the Roman Curia on Saturday. In his message, the Pope expressed the three hallmarks of a Curial official: professionalism, service and holiness of life. He urged the Curia to be “conscientious objectors to gossip” and expressed his gratitude for the dedicated service of the retiring members of the Curia…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 24 ta’ Dicembru

  • Il-Vanġelu tal-jum – 24 ta’ Dicembru
  • Luqa 1: 67-79
     
    Żakkarija, missier Ġwanni, mtela bl-Ispirtu s-Santu u beda jħabbar u jgħid:”Mbierek il-Mulej, Alla ta’ Iżrael, għaliex ġie jżur u jifdi l-poplu tiegħu, u waqqaf għalina qawwa ta’ salvazzjoni f’dar David qaddej tiegħu, bħalma wiegħed fl-imgħoddi b’fomm il-profeti qaddisin tiegħu, biex isalvana mill-għedewwa tagħna, u minn idejn dawk kollha li jobogħduna…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 23 ta’ Dicembru

  • Il-Vanġelu tal-jum – 23 ta’ Dicembru
  • Luqa 1, 57-66

    Eliżabetta għalqilha ż-żmien biex teħles, u kellha tifel. Il-ġirien u qrabatha semgħu li l-Mulej wera ħniena kbira magħha, u marru jifirħu magħha. Meta mbagħad fit-tmien jum ġew biex jagħmlu ċ-ċirkonċiżjoni lit-tifel riedu jsemmuh Żakkarija għal missieru, imma qabżet ommu u qalet: “Le, iżda Ġwanni jkun jismu.” Qalulha: “Ma hemm ħadd li jismu hekk fost qrabatek!” Mbagħad bdew jistaqsu bis-sinjali lil missieru x’ried isemmih, u hu talabhom xi ħaġa fuqiex jikteb, u kiteb hekk: “Ismu huwa Ġwanni.” U kulħadd baqa’ mistagħġeb…

  • Kompli aqra »

Party b’risq il-Familji fil-Bżonn organizzat minn RTK4Charity

  • Party b’risq il-Familji fil-Bżonn organizzat minn RTK4Charity

  • Nhar il-Ħadd 22 ta’ Diċembri 2013, fis-Seminarju tal-Virtù sar festin għat-tfal organizzat minn RTK4Charity b’risq il-Familji fil-Bżonn. Għal dan il-festin, li kien presenti għalih l-Arċisqof ta’ Malta Pawlu Cremona O.P.,  attendew madwar 250 tifel u tifla…

  • Kompli aqra »

Awguri tal-Istaġun tal-Festi lill-Isqfijiet

  • Awguri tal-Istaġun tal-Festi lill-Isqfijiet

  • Fl-okkażjoni tal-festi ta’ żmien il-Milied u l-bidu tas-Sena l-Ġdida, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P., l-Isqof Awziljarju Charles J. Scicluna u l-Arċisqof Emeritus Ġuzeppi Mercieca, nhar il-Ħadd 29 ta’ Diċembru se jilqgħu lil kull min jixtieq iżurhom għal bdil tal-awguri tal-istaġun, bejn id-9.30 a.m…

  • Kompli aqra »