Arkivji mensili: Jannar 2014

Il-Vanġelu tal-jum – 25 ta’ Jannar

  • Il-Vanġelu tal-jum – 25 ta’ Jannar
  • San Mark 16,15-18

    U qalilhom: “Morru fid-dinja kollha, xandru l-Evanġelju lill-ħolqien kollu. Min jemmen u jitgħammed, isalva; iżda min ma jemminx, ikun ikkundannat. U dawn huma s-sinjali li jsieħbu lil dawk li jemmnu: f’ismi jkeċċu x-xjaten, jitkellmu b’ilsna ġodda, jaqbdu s-sriep b’idejhom, u jekk jixorbu xi xorb li jġib il-mewt ma jagħmlilhomx ħsara; iqiegħdu idejhom fuq il-morda u dawn ifiqu.”

     
    Il-Qaddis tal-jum: Il-Konversjoni ta’ San Pawl

  • Kompli aqra »

Ir-Reazzjoni tal-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent dwar id-Dokument Konsultattiv dwar l-Immaniġjar tal-Iskart

  • Ir-Reazzjoni tal-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent għad-Dokument Konsultattiv dwar l-Immaniġjar tal-Iskart
  • The Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent (KA) is concerned that irrespective of the islands’ high population density, limited land space and lack of economies of scale coupled with the effects of its climatic conditions, the Maltese tend to opt for short-term goals with promises of great national economic gains fed into their psyche by short-sighted economists and developers…
  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 24 ta’ Jannar

  • Il-Vanġelu tal-jum – 24 ta’ Jannar
  • San Mark 3,13-19

     
    Tela’ fuq l-għolja u sejjaħ lejh lil dawk li ried. Huma resqu lejh, u għażel tnax li semmiehom appostli biex jibqgħu miegħu u biex jibgħathom jippridkaw, u jkollhom is-setgħa li jkeċċu  x-xjaten. Għażel mela t-Tnax: Xmun, li tah ukoll l-isem ta’ Pietru, u Ġakbu ta’ Żebedew, u Ġwanni, ħu Ġakbu, li tahom ukoll l-isem ta’ Boanerges, jiġifieri wlied ir-ragħad,  u Indrì, u Filippu, u Bartilmew, u Mattew, u Tumas, u Ġakbu ta’ Alfew, u Taddew, u Xmun  il-Kanani, u Ġuda l-Iskarjota, dak li ttradieh…

  • Kompli aqra »

The Wolf of Wall Street

  • The Wolf of Wall Street

  • ****

    Direttur:          Martin Scorsese
    Atturi:             Leonardo DiCaprio, Jonah Hill, Margot Robbie, Matthew McConaughey, Kyle Chandler, Rob Reiner, Jon Bernthal, Jon Favreau u Jean Dujardin
    Ħin tal-film:    179 min
    Maħruġ minn KRS Film Distributors
     
    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 18
    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                     AR
     
    Fl-1987, Jordan Belfort jibda xogħol bħala sensar ta’ ishma llistjati fil-Borża ġewwa kumpanija magħrufa f’Wall Street, New York…

  • Kompli aqra »

The Fifth Estate

  • The Fifth Estate
  • ***

    Direttur:        Bill Condon
    Atturi:            Benedict Cumberbatch, Daniel Bruhl, David Thewlis
    Ħin:                128 minuti
     
    Klassifika taċ-Ċensura: 15
    Klassifika tal-Knisja: 15
     
    Il-film jirrakkonta l-iżvilupp ta’ Wikileaks minn website li kien għadha mhix magħrufa, immexxiha minn Julian Assange, bniedem li kellu kodiċi strett li kien jinkludi li jippromovi l-liberta’ ta’ l-espressjoni, li jesiġi trasparenza mill-kumpaniji l-kbar, u li jipproteġi s-sorsi tiegħu…

  • Kompli aqra »

Getaway

  • Getaway

  • **

    Direttur:        Courtney Solomon
    Atturi:            Ethan Hawke, Selena Gomez, Jon Voight, Rebecca Budig
    Ħin:                90 minuti.
     
    Klassifika taċ-Ċensura: 12A
    Klassifika tal-Knisja: 15
     
    Brent Magna huwa ex-tellieq tal-karozzi…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjonijiet tal-Liturġija, Djakonija u Familja fil-parroċċa ta’ Stella Maris

  • L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjonijiet tal-Liturġija, Djakonija u Familja fil-parroċċa ta’ Stella Maris
  • Nhar l-Erbgħa 22 ta’ Jannar, l-Arċisqof iltaqa’ mal-Kummissjoni Djakonija, mal-Kummissjoni Djakonija, u mal-Kummisjoni Familja bħala parti mill-Viżta Pastorali fil-parroċċa ta’ Stella Maris, tas-Sliema.
  • Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt…
  • Kompli aqra »

Il-Papa qed jikkunsidra żjara fil-Korea t’Isfel

  • Il-Papa qed jikkunsidra żjara fil-Korea t’Isfel

  • The Pope’s trip to South Korea is “being considered”. This was confirmed to the press on the 23rd January 2014 by the director of the Vatican Newsroom, father Federico Lombardi, who said that Pope Francis received “an invitation” from the Korean bishops to coincide with the big Asian youth meeting due to take place in Korea in mid-August…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 23 ta’ Jannar

  • Il-Vanġelu tal-jum – 23 ta’ Jannar
  • Mark 3,7-12

    Ġesù telaq flimkien mad-dixxipli tiegħu għan-naħa tal-baħar, u kotra kbira mill-Galilija marret warajh; u mil-Lhudija, minn Ġerusalemm, mill-Idumija, min-naħa l-oħra tal-Ġordan, u mill-inħawi ta’ Tir u Sidon, kotra kbira ta’ nies, li semgħu b’kull ma kien għamel, marru ħdejh. Hu qal lid-dixxipli tiegħu biex iżommulu dgħajsa mħejjija fil-qrib minħabba l-kotra, biex ma jagħfsux fuqu; għax billi kien fejjaq ħafna nies dawk kollha li kellhom xi mard kienu jrossu fuqu biex imissuh…

  • Kompli aqra »