Arkivji mensili: Marzu 2014

Il-Vanġelu tal-jum – 28 ta’ Marzu

  • Il-Vanġelu tal-jum – 28 ta’ Marzu

  • Mark 12,28-34

    Wieħed mill-kittieba semagħhom jitlewwmu bejniethom, u, meta ra kemm Ġesù kien weġibhom tajjeb, resaq fuqu u staqsieh: “Liema wieħed fost il-kmandamenti kollha huwa l-ewwel?” Ġesù wieġbu: “L-ewwel wieħed huwa dan: Isma’ Iżrael; il-Mulej, Alla tagħna, Mulej wieħed hu, u int għandek tħobb lill-Mulej, Alla tiegħek, b’qalbek kollha, b’ruħek kollha, b’moħħok kollu, u bil-qawwa tiegħek kollha…

  • Kompli aqra »

L-Isqof Scicluna jipprietka l-Eżerċizzi tar-Randan għall-Ħaddiema

  • L-Isqof Scicluna jipprietka l-Eżerċizzi tar-Randan għall-Ħaddiema
  • Matul il-ġimgħa ta’ bejn l-24 u t-28 ta’ Marzu 2014, l-Isqof Charles J. Scicluna qed jipprietka l-eżerċizzi spiritwali tar-Randan għall-ħaddiema. Dawn qed isiru fil-Knisja ta’ San Franġisk ta’ Putirjal, il-Belt Valletta, bejn 12.35p.m. u 13.05p.m.

  • Ritratti: Photocity
    www.photocitymalta.com

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 27 ta’ Marzu

  • Il-Vanġelu tal-jum – 27 ta’ Marzu

  • Luke 11,14-23

    Ġesù kien qiegħed ikeċċi xitan, li kien imbikkem. Meta x-xitan ħareġ, l-imbikkem tkellem, u n-nies stagħġbu. Iżda xi wħud minnhom qalu: “Bis-saħħa ta’ Begħelżebul, il-prinċep tax-xjaten, qiegħed ikeċċihom ix-xjaten.” Oħrajn, biex iġarrbuh, riedu mingħandu sinjal mis-sema…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jiltaqa’ mat-tfal li jattendu għall-katekeżi u l-katekisti tal-Balluta

  • L-Arċisqof jiltaqa’ mat-tfal li jattendu għall-katekeżi u l-katekisti tal-Balluta
  • Nhar it-Tnejn 24 ta’ Marzu 2014, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iltaqa’ mat-tfal mat-tfal li li jattendu għall-katekeżi fiċ-Ċentru Kateketiku tal-Balluta u wara iltaqa’ wkoll mal-katekisti tagħhom.

  • Iktar tard iltaqa wkoll mal-Kunsill Pastorali Parrokjali, Kummissjoni Implementazzjoni Sindodu tal-istess parroċċa…
  • Kompli aqra »

L-Arċisqof iżur ir-residenti tal-Isptar Zammit Clapp

  • L-Arċisqof iżur ir-residenti tal-Isptar Zammit Clapp
  • Nhar il-Ħadd 23 ta’ Marżu 2014, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iċċelebra Quddiesa fl-Isptar Zammit Clapp u wara żar ir-residenti bħala parti miż-Żjara Pastorali tiegħu fil-parroċċa tal-Balluta.

  • Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt…
  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 26 ta’ Marzu

  • Il-Vanġelu tal-jum – 26 ta’ Marzu

  • Mattew 5, 17-19

    “Xejn taħsbu li ġejt inwaqqa’ l-Liġi jew il-Profeti; jiena ma ġejtx biex inwaqqagħhom, iżda biex inwassalhom għall-perfezzjoni. Tassew ngħidilkom, li sa ma jkunu għaddew is-sema u l-art anqas l-iżgħar ittra jew tikka waħda mil-Liġi ma titneħħa sa ma jkun seħħ kollox…

  • Kompli aqra »

Festa ta’ Maħfra

  • Festa ta’ Maħfra
  • Nhar il-Ġimgħa 28 ta’ Marzu, festa ta’ Kristu Redentur, u l-Ħamis 10 ta’ April, lejlet il-festa tad-Duluri, il-Knisja f’Malta u f’Għawdex qed torganizza Festa ta’ Maħfra.

    Nhar il-Ħadd li għadda, il-Papa Franġisku, li fil-messaġġi tiegħu spiss jitkellem dwar il-ħniena t’Alla, stieden lill-Insara jipparteċipaw f’inizjattiva simili li ser issir nhar il-Ġimgħa u s-Sibt, fil-Bażilika ta’ San Pietru u f’diversi knejjes f’Ruma…

  • Kompli aqra »

Quddiesa fil-ftuħ taż-Żjara Pastorali fil-Parroċċa tal-Balluta

  • Quddiesa fil-ftuħ taż-Żjara Pastorali fil-Parroċċa tal-Balluta
  • Nhar is-Sibt 22 ta’ Marzu 2014, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iċċelebra quddiesa fil-Knisja Parrokkjali tal-Balluta, fil-ftuħ taż-Żjara Pastorali f’din il-parroċċa. 

    Il-programm taż-żjara pastorali li qed issir f’din il-parroċċa jinsab hawnhekk.

  • Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt…
  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 25 ta’ Marzu

  • Il-Vanġelu tal-jum – 25 ta’ Marzu

  • Luke 1, 26-38

    Mbagħad fis-sitt xahar Alla bagħat l-anġlu Gabrijel f’belt tal-Galilija. jisimha Nazaret, għand xebba, mgħarrsa ma’ raġel jismu Ġużeppi mid-dar ta’ David. Dix-xebba kien jisimha Marija. L-anġlu daħal għandha u qalilha: “Sliem għalik, mimlija bil-grazzja, il-Mulej miegħek.” Hi tħawwdet ħafna għal dan il-kliem, u bdiet taħseb bejnha u bejn ruħha x’setgħet qatt tfisser din it-tislima…

  • Kompli aqra »