Arkivji mensili: Lulju 2014

Valutazzjoni għat-tagħlim implementata fl-Iskejjel Sekondarji tal-Knisja

    • The Department of Assessment together with subject Heads of Department within the Secretariat for Catholic Education, and all educators at St. Elias College, St. Francis School, and St. Albert the Great College, came together to discuss and share practices of how ‘Assessment for Learning’ can be implemented in their teaching.

  • Hosted at St…

  • Kompli aqra »

Il-Papa jappella għal paċi fil-Lvant Nofsani, l-Iraq u l-Ukraina

    • Pope Francis on Sunday made another urgent appeal for an end to the conflicts in the Middle East, in Iraq and in Ukraine. Speaking after his regular Angleus address to thousands of people gathered in a hot and sunny St Peter’s Square, the Pope spoke of the victims of war, in particular the children who die or are injured and orphaned by the violence…

  • “….bambini morti, bambini feriti, bambini mutilate….”

    I think especially, the Pope said, of the children whose hopes for a dignified future are taken from them, dead children, injured and mutilated children, orphans and children who have bits of weapons as toys, children who don’t know how to smile…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 28 ta’ Lulju

  • Mattew 13, 31-35

    Ġibilhom parabbola oħra u qalilhom: “Is-Saltna tas-Smewwiet tixbah lil żerriegħa tal-mustarda li wieħed raġel ikun qabad u żeragħha fl-għalqa tiegħu. Hija tabilħaqq l-iżgħar waħda fost iż-żrieragħ kollha, iżda meta tikber, tkun l-akbar waħda fost il-ħxejjex u ssir siġra, hekk li l-għasafar ta’ l-ajru jiġu jbejjtu fil-friegħi tagħha.” Qalilhom parabbola oħra: “Is-Saltna tas-Smewwiet tixbah lil ftit ħmira li waħda mara tkun qabdet u ħalltet ma’ tliet sigħan dqiq sa ma tkun għoliet l-għaġna kollha.” Dan kollu Ġesù qalu bil-parabboli lin-nies, u mingħajr xi parabbola ma kienx ikellimhom, biex hekk iseħħ dak li kien ingħad permezz tal-profeta, meta qal:  ‘Niftaħ fommi bil-parabboli, nitkellem fuq ħwejjeġ moħbija sa mit-twaqqif tad-dinja.’

     
    Il-Qaddis tal-jum: San Nazarius and San Celsus

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-lum – 27 ta’ Lulju

  • Is-17 il-Ħadd ta’ Matul is-Sena

    Mattew 13, 44-52

    “Is-Saltna tas-Smewwiet tixbah lil teżor moħbi f’għalqa, li wieħed raġel isibu u jaħbih, u kollu ferħan imur ibigħ kull ma jkollu u jixtri dik l-għalqa.” “Tixbah ukoll is-Saltna tas-Smewwiet lil wieħed neguzjant ifittex ġawhar fin; meta sab ġawhra tiswa ħafna, mar biegħ kull ma kellu u xtara lilha.” “Tixbah ukoll is-Saltna tas-Smewwiet lil xibka mitfugħa l-baħar li fiha jinġabar minn kollox…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 26 ta’ Lulju

  • Mattew 13, 24-43

    Ġibilhom parabbola oħra u qalilhom: “Is-Saltna tas-Smewwiet tixbah lil wieħed raġel li żara’ żerriegħa tajba fl-għalqa tiegħu. Iżda xħin in-nies kienu reqdin, ġie l-għadu tiegħu, żara’ s-sikrana qalb il-qamħ u telaq. Meta mbagħad il-qamħ nibet u ħareġ is-sbul, tfaċċat ukoll is-sikrana. Resqu l-qaddejja fuq sid l-għalqa u qalulu, ‘Sinjur, int mhux żerriegħa tajba żrajt fl-għalqa tiegħek? Mela dis-sikrana mnejn ġiet?’ Iżda hu qalilhom, ‘Dil-biċċa għamilhieli xi għadu tiegħi.’ ‘Tridx immorru niġbruha?’ qalulu l-qaddejja…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 25 ta’ Lulju

  • Mattew 20, 20-28

    Mbagħad resqet lejh omm ulied Żebedew flimkien ma’ wliedha, u nxteħtet quddiemu titolbu xi ħaġa. “Xi trid?” staqsieha. U hi qaltlu: “Ordna li dawn iż-żewġ uliedi joqogħdu wieħed fuq il-lemin tiegħek u l-ieħor fuq ix-xellug fis-Saltna tiegħek.” U Ġesù wieġeb: “Ma tafux x’intom titolbu. Għandkom ħila tixorbuh il-kalċi li se jkolli nixrob jien?” “Għandna,” qalulu. “Il-kalċi tiegħi,” qalilhom, “tixorbuh, iva, imma li wieħed joqgħod fuq il-lemin jew  ix-xellug tiegħi, din m’hijiex ħaġa li nagħtiha jien, imma hi għal dawk li għalihom hi mħejjija minn Missieri.” L-għaxra l-oħra, meta semgħu dan, inkurlaw għaż-żewġt aħwa…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 24 ta’ Lulju

  • Mattew 13, 10-17
     

    Resqu lejh id-dixxipli u staqsewh: “Għaliex tkellimhom bil-parabboli?” Hu weġibhom: “Għax lilkom ingħata li tagħrfu l-misteri tas-Saltna tas-Smewwiet; iżda lilhom dan ma kienx mogħti. Għax kull min għandu, jingħatalu, u jkollu żżejjed ukoll; iżda min ma għandux, jitteħidlu saħansitra dak li għandu. Jien għalhekk inkellimhom bil-parabboli; għax iħarsu kemm iħarsu ma jarawx, u jisimgħu kemm jisimgħu ma jifhmux…

  • Kompli aqra »

Il-Fondazzjoni li tmexxi l-Iskola ‘Sacred Heart’ tgħaddi f’idejn l-Arċidjoċesi

  • Is-Soċjetà tas-Sorijiet tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù (Sisters of the Sacred Heart) għaddew l-Fondazzjoni li tmexxi l-iskola f’San Ġiljan (Foundation of the Convent of the Sacred Heart School) fir-responsabbiltà tal-Arċisqof ta’ Malta. Dan sar permezz ta’ ftehim li ġie ffirmat llum, l-Erbgħa 23 ta’ Lulju 2014, bejn Sr Bernardette Porter, Ekonoma Ġenerali, u Sr Carmen Valentino, Delegata, f’isem is-Soċjetà tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù, u Dr Michelle Tabone, Ekonoma, f’isem l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P…

  • Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku jinnomina Teologu Malti bħala Konsultur

  • Il-Papa Franġisku nnomina lil Dun Hector Scerri bħala wieħed mill-Konsulturi ta’ wieħed mid-Dikasteri tas-Santa Sede – il-Kunsill Pontifiċju li jippromwovi l-Għaqda fost l-Insara. Dun Hector Scerri, li għandu 48 sena, huwa l-Kap tad-Dipartiment tat-Teoloġija Dommatika fl-Università ta’ Malta fejn ilu jgħallem għal dawn l-aħħar sittax-il sena. Bħalissa huwa l-President tal-Kummissjoni Teoloġika tal-Konferenza Episkopali Maltija, u l-President tal-Kummissjoni Ekumenika tal-Arċidjoċesi ta’ Malta…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 23 ta’ Lulju

  • Gwann 15, 1-8

    “Jiena d-dielja vera u Missieri l-bidwi. Kull fergħa fija li ma tagħmilx frott jaqtagħha; u kull waħda li tagħmel il-frott jiżborha u jnaddafha, biex tagħmel frott aktar. Intom ġa ndaf minħabba  l-kelma li għedtilkom. Ibqgħu fija, u jiena nibqa’ fikom. Kif il-fergħa ma tistax tagħmel frott minnha nfisha jekk ma tibqax fid-dielja, hekk anqas intom jekk ma tibqgħux fija…

  • Kompli aqra »