Arkivji mensili: Settembru 2014

L-Arċisqof Emeritu Ġużeppi Mercieca: Radd il-ħajr lil Alla għal 40 sena bħala Isqof

    • Il-Knisja f’Malta qed trodd ħajr lil Alla għall-40 anniversarju mill-Ordinazzjoni Episkopali tal-Arċisqof Emeritu Mons. Ġużeppi Mercieca. Għal din l-okkażjoni, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ser jiċċelebra Quddiesa fil-Katidral tal-Imdina, nhar it-Tnejn 29 ta’ Settembru, fis-6.30 p.m. In-Nunzju Appostoliku, Mons. Aldo Cavalli, l-Isqof Mario Grech, l-Isqof Awżiljarju Charles J. Scicluna u l-Isqof Joe Alessandro O.F.M. Kapp. ser jikkonċelebraw, filwaqt li l-Arċisqof Ġużeppi Mercieca ser jassisti matul il-Quddiesa…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 24 ta’ Settembru

  • Luqa 9, 1-6

    Sejjaħ lit-Tnax madwaru u tahom qawwa u setgħa fuq ix-xjaten kollha u li jfejjqu l-mard U bagħathom ixandru s-Saltna ta’ Alla u jfejjqu l-morda. U qalilhom: “Tieħdu xejn magħkom għat-triq, la ħatar, la ħorġa, la ħobż u lanqas flus, u lanqas ma jkollkom żewġ ilbiesi. Jekk tidħlu f’xi dar, ibqgħu hemm sa ma tiġu biex titilqu…

  • Kompli aqra »

Lejn Ewropa fraterna u solidali

  • Europe is a community of life and destiny. Facing the social crisis, Christians have all the tools at their disposal to fashion a Europe of greater fraternity and solidarity that puts people at the heart of its project. The current crisis offers Christians an opportunity to engage in innovative and decided ways for a Europe of solidarity and peace.
     
    This is the feeling that emerges from the interaction between the participants, lay, religious and bishops, who gathered on the occasion of the 2nd Catholic Social Days for Europe…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 23 ta’ Settembru

  • Luqa 8, 19-21

    Ġew għalih ommu u ħutu, iżda ma setgħux jersqu lejh minħabba l-folla. Xi ħadd qallu: “Ommok u ħutek qegħdin hawn barra u jridu jarawk.” Iżda hu weġibhom: “Ommi u ħuti huma dawk li jisimgħu l-kelma ta’ Alla u jagħmlu li jgħid Hu.”

    Il-Qaddis tal-jum: San Piju ta’ Pietralcina

  • Kompli aqra »

Ix-xhieda tal-martri u l-koeżistenza, it-temi maġġuri taż-żjara tal-Papa fl-Albania

  • Pope Francis hast left the Albanian capital, Tirana, at the end of his one day visit to the former communist country. After a brief farewell ceremony, as the president and prime minister said goodbye to their special guest, the Pope’s Alitalia plane took off slightly ahead of schedule and was expected to arrive back in Rome just before 9.30pm.

    The brief, but very intense 11 hour journey to Albania has been focused on two main themes: the witness of the martyrs and the importance of peaceful co-existence…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 22 ta’ Settembru

  • Luqa 8, 16-18

    “Ħadd ma jixgħel musbieħ u jgħattih b’għatu jew iqiegħdu taħt sodda, imma jqiegħdu fuq l-imnara, biex kull min jidħol ġewwa jara  d-dawl. Għax ma hemm xejn moħbi li ma għadx jidher, u xejn ma hemm mistur li ma għadx jingħaraf u jinġieb għad-dawl.  Mela oqogħdu attenti kif tisimgħu! Għax min għandu, jingħatalu; u min ma għandux, jitteħidlu saħansitra dak li jaħseb li għandu.”

    Il-Qaddis tal-jum: San Mawrizju

  • Kompli aqra »

Omelija tal-Arċisqof waqt il-Quddiesa Pontifikali fl-okkażjoni ta’ Jum l-Indipendenza

  • Konkatridral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta
    21 ta’ Settembru 2014

    Din is-sena, iċ-ċelebrazzjoni tal-Indipendenza tieħu valur partikulari għax qegħdin niċċelebraw il-ħamsin sena minn mindu l-Poplu tagħna ħa f’idejh it-tmexxija ta’ pajjiżu. Hu unur għall-Poplu tagħna li minn mindu beda jmexxi lilu nnifsu għamel passi ta’ ġgant. Ta’ dan nirringrazzjaw ‘l Alla, kif nirringrazzjawH ukoll għall-fatt li Malta ħadet l-indipendenza mingħajr tixrid ta’ demm…

  • Kompli aqra »

Kappillan ġdid għall-Parroċċa ta’ Ħaż-Żabbar

    • L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ħatar lil Dun Evan Caruana bħala kappillan tal-parroċċa Madonna tal-Grazzja, Ħaż-Żabbar.

      Dun Evan Caruana twieled fit-2 ta’ Frar 1959. Huwa rċieva l-edukazzjoni tiegħu fil-Kulleġġ De La Salle, il-Birgu. Kompla l-istudju terzjarji (Filosofija u Teoloġija) fil-Fakultà tat-Teoloġija fl-Università ta’ Malta.

      Dun Evan ġie ordnat saċerdot fil-11 ta’ Lulju 1986. Huwa beda l-ħidma pastorali tiegħu

      fil-parroċċa ta’ San Pietru fil-Ktajjen, Birżebbuġa…

  • Kompli aqra »